Fl-UE hawn 450 miljun konsumatur, li b’dak li jonfqu jikkontribwixxu aktar minn 51% tal-PDG tal-UE. Għalkemm bħala konsumaturi jgawdu minn drittijiet b’saħħithom, kaġun taż-żieda fl-għoli tal-ħajja u l-evoluzzjoni tal-prattiki tas-suq, speċjalment online, il-liġi tal-konsumaturi trid tiġi adattata sikwit. Bil-ħsieb li torjenta l-politika tal-UE dwar il-konsumaturi tul il-ħames snin li ġejjin, il-Kummissjoni ħabbret l-Aġenda tal-Konsumaturi 2030, li tiffoka fuq erba’ prijoritajiet ewleninPjan ta’ azzjoni biex jitlesta s-suq uniku għall-konsumaturi. Dan se jnaqqas l-ispejjeż għall-konsumaturi, jagħti spinta lill-opportunitajiet għan-negozji, jinkoraġġixxi l-mobbiltà, u jtejjeb l-aċċess għas-servizzi finanzjarji transfruntieri.Att dwar l-Ekwità Diġitali, li għandu jiġi propost fl-2026, biex nipproteġu lill-konsumaturi, speċjalment lit-tfal, fl-ambjent diġitali. Il-Kummissjoni se tissimplifika wkoll ir-regoli għan-negozji, tnaqqas il-piż amministrattiv permezz ta’ għodod diġitali, ittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni, u ssaħħaħ l-azzjoni kontra l-frodi online.Il-promozzjoni tal-konsum sostenibbli billi lill-pajjiżi tal-UE ngħinuhom japplikaw il-liġijiet tal-UE li jippromwovu l-prodotti sostenibbli. Il-Kummissjoni għandha wkoll l-għan li tippromwovi r-ritorn ta’ oġġetti li m’għadhomx jintużaw, is-swieq tal-oġġetti użati, jew start-ups ċirkolari innovattivi.Il-protezzjoni tal-konsumaturi minn prodotti online mhux sikuri jew mhux konformi billi niggarantixxu infurzar u rimedji effettivi. Dan se jsir billi jiġi riformat ir-Regolament dwar Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi, b’ħidma mal-awtoritajiet nazzjonali biex jiġi żgurat l-infurzar effettiv tar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti, u tiġi proposta reviżjoni tar-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq. L-UE se tkompli wkoll tikkoopera direttament ma’ pajjiżi terzi biex tindirizza s-sikurezza tal-prodotti fis-sors.Mis-snin sebgħin ’l hawn, l-UE ħolqot drittijiet b’saħħithom għall-konsumaturi, b’mod li adatta għat-teknoloġiji ġodda u għall-bidliet fis-soċjetà. L-aġenda l-ġdida 2030 hija l-aħħar qafas strateġiku biex tissawwar il-politika tal-konsumatur fl-Ewropa. Din tissostitwixxi l-pjan ta’ azzjoni għall-perjodu 2020–2025, li ffoka fuq it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, filwaqt li tindirizza prattiki online inġusti. Sib aktar informazzjoniStqarrija għall-istampa - Il-Kummissjoni tippreżenta l-Aġenda tal-Konsumatur 2030 biex issaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur, il-kompetittività u t-tkabbir sostenibbliL-Aġenda tal-Konsumaturi 2030 Dettalji Data tal-pubblikazzjoni19 Novembru 2025AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni