Il-kooperazzjoni u s-solidarjetà globali huma ta’ importanza kbira fil-ġlieda effettiva konta l-pandemija tal-COVID-19 u fl-iżgurar ta’ aċċess bikri għall-vaċċini, id-dijanjostika u t-trattamenti kullimkien.Ħadd mhu se jkun sikur sakemm ma jkunx sikur kulħadd.Hu għalhekk li l-UE qed tmexxi r-rispons multilaterali biex tiżgura li ħadd ma jibqa’ lura. Is-sigurtà tas-saħħa u l-irkupru globali sostenibbli jiddependu minnu. Page contents Page contents Punti Ewlenin Sħubija bejn l-UE u l-Amerka Latina u l-Karibew22 ta’ Ġunju 2022 - Il-Kummissjoni Ewropea u Spanja nedew sħubija ġdida bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew dwar il-manifattura lokali ta’ vaċċini, mediċini u teknoloġiji oħra tas-saħħa, u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa. Is-sħubija se tikkomplementa u tkompli ssaħħaħ ir-rabtiet soċjali, ekonomiċi u xjentifiċi bejn iż-żewġ reġjuni. Tim Ewropa B’kollox, ir-rispons globali tal-UE għall-pandemija tal-COVID-19 jammonta għal €46 biljun mit-“Tim Ewropa”, azzjoni konġunta li tinvolvi l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej. Dawn il-fondi qed jgħinu lil aktar minn 130 pajjiż sieħeb jindirizzaw l-emerġenza tas-saħħa isaħħu s-sistemi tas-saħħa tagħhom jintroduċu miżuri tal-ilma u tas-sanità itaffu l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-pandemija Kważi €10 biljun huma ffukati fuq it-tisħiħ ta’ setturi ewlenin biex irażżnu l-kriżi bħas-saħħa, l-ilma u s-sanità. Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili Sa mill-bidu tal-pandemija, il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili kkoordina u kkofinanzja t-twassil ta’ aktar minn 23 miljun oġġett ta’ tagħmir personali protettiv u mediku lil aktar minn 30 pajjiż biex jappoġġja r-rispons tagħhom għall-COVID-19. Twasslu 32 miljun doża ta’ vaċċini lil 40 pajjiż permezz tal-Mekkaniżmu. Summit Globali dwar is-Saħħa Fis-Summit Globali dwar is-Saħħa, il-mexxejja tal-G20 impenjaw ruħhom għal serje ta’ azzjonijiet biex iħaffu t-tmiem tal-kriżi tal-COVID-19 kullimkien u biex iħejju aħjar għal pandemiji futuri. Il-G20 enfasizza l-importanza ta’ manifattura akbar u diversifikata u rrikonoxxa r-rwol tal-proprjetà intellettwali fl-iżgurar tal-ekwità. Il-G20 enfasizza b’mod ċar il-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess ekwu għall-vaċċini u li jingħata appoġġ lill-pajjiżi bi dħul baxx u medju. It-Tim Ewropa ppreżenta l-kontribuzzjonijiet konkreti tiegħu lis-summit, inkluża l-ħidma tiegħu mas-sħab industrijali, li qed jimmanifatturaw il-vaċċini fl-Ewropa, biex id-dożi tal-vaċċini jsiru disponibbli malajr għall-pajjiżi bi dħul baxx u medju. Appoġġ għall-produzzjoni lokali tal-vaċċini Biex tingħata spinta lill-kapaċità tal-manifattura fl-Afrika u l-aċċess għall-vaċċini, il-mediċini u t-teknoloġiji tas-saħħa, it-Tim Ewropa nieda inizjattiva ta’ €1 biljun fil-21 ta’ Mejju 2021 b’appoġġ għall-għan tal-Unjoni Afrikana li timmanifattura lokalment 60% tal-vaċċini użati fil-kontinent sal-2040, filwaqt li ssaħħaħ is-sistemi farmaċewtiċi lokali. L-UE, fi sħubija ma’ Spanja, nediet ukoll sħubija mal-Amerika Latina u l-Karibew biex tappoġġja l-manifattura lokali ta’ vaċċini, mediċini u teknoloġiji oħra tas-saħħa, u biex issaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa. Maratona ta’ wegħdiet ta’ donazzjonijiet F’Mejju 2020, il-Kummissjoni nediet ir-Rispons Globali għall-Coronavirus – maratona ta’ wegħdiet ta’ donazzjonijiet biex timmobilizza fondi għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ testijiet, trattamenti u vaċċini.Bl-għan li jissaħħu s-sistemi tas-saħħa u l-irkupru globali, donaturi minn mad-dinja kollha impenjaw kważi €16-il biljun, inklużi €1.4 biljun mill-Kummissjoni. Aċċelleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-COVID-19 (ACT) F’April 2020, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-UE u organizzazzjonijiet dinjija tas-saħħa nedew l-Aċċelleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-COVID-19 (ACT). L-għan huwa li iħaffef l-iżvilupp tal-vaċċini kontra l-COVID-19, tat-testijiet u tat-trattamenti jiżguralhom aċċess globali b’mod ugwali isaħħaħ is-sistemi tas-saħħa L-Aċċelleratur-ACT ilaqqa’ flimkien lill-gvernijiet, lix-xjentisti, lis-soċjetà ċivili, lill-organizzazzjonijiet tal-karità u lill-organizzazzjonijiet dinjija tas-saħħa. S’issa ġew imwiegħda €23.06 biljun biex jappoġġjaw il-ħidma tiegħu. COVAX L-Aċċess Globali għall-Vaċċini Kontra l-COVID-19 (COVAX) hija inizjattiva globali mmirata lejn aċċess ekwu għall-vaċċini kontra l-COVID-19 immexxija minn Gavi, l-Alleanza għall-Vaċċini, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Koalizzjoni għall-Innovazzjonijiet ta’ Tħejjija għall-Epidemija (CEPI), flimkien mal-UNICEF, sieħeb ewlieni fil-konsenja. Hija l-pilastru tal-vaċċin tal-Aċċelleratur-ACT. S’issa ġew imwiegħda €12.2-il biljun b’appoġġ għall-COVAX. Aktar minn €5 biljun mit-Tim Ewropa tal-UE qed iressquna eqreb lejn l-objettiv tal-COVAX li jsiru disponibbli 1.8 biljun doża lill-ekonomiji bi dħul aktar baxx. Fl-24 ta’ Frar 2021, il-Ghana saret l-ewwel pajjiż li rċieva d-dożi tal-vaċċin kontra l-COVID-19 mibgħuta permezz tal-Faċilità COVAX. F’Accra waslu 600,000 doża ta’ vaċċini li jsalvaw il-ħajja. Il-President von der Leyen qalet li dan hu “mument reali u storiku ta’ solidarjetà globali”. Sa nofs Ġunju 2022, twasslu aktar minn 1.5 biljun doża lil 145 pajjiż bis-saħħa tal-COVAX. Mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-vaċċini tal-UE Il-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-vaċċini tal-UE jippermetti lil 27 Stat Membru biex jaqsmu d-dożi mixtrija tal-UE ma’ pajjiżi terzi, inkluż permezz tal-COVAX.Sa Ġunju 2022, l-Istati Membri tal-UE qasmu aktar minn 477 miljun doża bħala donazzjoni lil pajjiżi mad-dinja kollha, u b’hekk qbiżna l-mira tagħna tal-kondiviżjoni tal-vaċċini. Il-maġġoranza l-kbira, madwar 407 miljun doża, ġew kondiviżi permezz tal-COVAX. Barra minn hekk, l-Istati Membri tal-UE wasslu aktar minn 70 miljun doża permezz ta’ donazzjonijiet bilaterali – pereżempju lill-ġirien tagħna fil-Balkani tal-Punent. F’dan il-punt, 62% tal-popolazzjoni dinjija hija mlaqqma. Parti kbira mid-dożi meħtieġa għal dan it-tilqim ġiet esportata jew kondiviża mill-Ewropa. U se nagħmlu aktar. Se nżidu l-isforz tagħna biex nappoġġjaw lill-Afrika fejn it-tilqim huwa aktar baxx minn f’partijiet oħra tad-dinja. Din hija r-raġuni għaliex, fit-Tieni Summit dwar il-COVID-19, il-President von der Leyen ħabbret €300 miljun oħra biex tħaffef l-introduzzjoni u l-adozzjoni tal-vaċċini fl-Afrika u €100 miljun addizzjonali biex ittejjeb l-aċċess u l-użu tad-dijanjostika, it-terapiji u ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi sħab. Il-Kummissjoni tipprevedi wkoll li tikkontribwixxi €427 miljun ($450 miljun) għall-Fond Globali għat-Tħejjija għall-Pandemiji biex tappoġġja l-isforzi għall-prevenzjoni u r-rispons aħjar għal pandemiji futuri, soġġett għal ftehim dwar il-governanza tagħha. Se nkomplu naħdmu id f’id ma’ sħab internazzjonali bħall-Istati Uniti biex inżidu l-isforzi tat-tilqim, insaħħu l-ktajjen tal-provvista globali u l-manifattura lokali u ntejbu l-arkitettura globali tas-sigurtà tas-saħħa. B’kollox, it-Tim Ewropa impenja ruħu li jikkondividi 700 miljun doża sal-2022. L-għan tagħna huwa li niżguraw li 70% tal-popolazzjoni dinjija tkun imlaqqma kemm jista’ jkun malajr 70%tal-popolazzjoni globali għandha tkun imlaqqma kemm jista’ jkun malajr700 miljun dożahuma mistennija li jingħataw mit-Tim Ewropa sal-2022 Esportazzjonijiet ta’ vaċċini Matul il-pandemija, l-UE baqgħet ġusta u miftuħa għad-dinja. Minn Diċembru 2020 ’l hawn, ġew esportati kważi 2.5 biljun doża lejn 168 pajjiż. L-UE kienet fuq quddiem nett tal-ħidma fuq ir-rispons tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) għall-pandemija tal-COVID-19. B’reazzjoni għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-pandemija tal-COVID-19, matul it-12-il Konferenza Ministerjali tad-WTO, il-Ministri qablu dwar għadd ta’ kjarifiki u eżenzjoni ta’ ċerti obbligi tal-Ftehim TRIPS biex il-Membri eliġibbli tad-WTO jkunu jistgħu jawtorizzaw kumpanija timmanifattura u tesporta l-vaċċini kontra l-COVID-19 b’mod rapidu u ssimplifikat mingħajr il-kunsens tas-sid tal-privattiva. Dokumenti 6 DIĊEMBRU 2021Factsheet: Team Europe COVID-19 global solidarity
Il-kooperazzjoni u s-solidarjetà globali huma ta’ importanza kbira fil-ġlieda effettiva konta l-pandemija tal-COVID-19 u fl-iżgurar ta’ aċċess bikri għall-vaċċini, id-dijanjostika u t-trattamenti kullimkien.Ħadd mhu se jkun sikur sakemm ma jkunx sikur kulħadd.Hu għalhekk li l-UE qed tmexxi r-rispons multilaterali biex tiżgura li ħadd ma jibqa’ lura. Is-sigurtà tas-saħħa u l-irkupru globali sostenibbli jiddependu minnu.
Sħubija bejn l-UE u l-Amerka Latina u l-Karibew22 ta’ Ġunju 2022 - Il-Kummissjoni Ewropea u Spanja nedew sħubija ġdida bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew dwar il-manifattura lokali ta’ vaċċini, mediċini u teknoloġiji oħra tas-saħħa, u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa. Is-sħubija se tikkomplementa u tkompli ssaħħaħ ir-rabtiet soċjali, ekonomiċi u xjentifiċi bejn iż-żewġ reġjuni.
Fis-Summit Globali dwar is-Saħħa, il-mexxejja tal-G20 impenjaw ruħhom għal serje ta’ azzjonijiet biex iħaffu t-tmiem tal-kriżi tal-COVID-19 kullimkien u biex iħejju aħjar għal pandemiji futuri. Il-G20 enfasizza l-importanza ta’ manifattura akbar u diversifikata u rrikonoxxa r-rwol tal-proprjetà intellettwali fl-iżgurar tal-ekwità. Il-G20 enfasizza b’mod ċar il-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess ekwu għall-vaċċini u li jingħata appoġġ lill-pajjiżi bi dħul baxx u medju.
F’Mejju 2020, il-Kummissjoni nediet ir-Rispons Globali għall-Coronavirus – maratona ta’ wegħdiet ta’ donazzjonijiet biex timmobilizza fondi għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ testijiet, trattamenti u vaċċini.Bl-għan li jissaħħu s-sistemi tas-saħħa u l-irkupru globali, donaturi minn mad-dinja kollha impenjaw kważi €16-il biljun, inklużi €1.4 biljun mill-Kummissjoni.
Il-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-vaċċini tal-UE jippermetti lil 27 Stat Membru biex jaqsmu d-dożi mixtrija tal-UE ma’ pajjiżi terzi, inkluż permezz tal-COVAX.Sa Ġunju 2022, l-Istati Membri tal-UE qasmu aktar minn 477 miljun doża bħala donazzjoni lil pajjiżi mad-dinja kollha, u b’hekk qbiżna l-mira tagħna tal-kondiviżjoni tal-vaċċini. Il-maġġoranza l-kbira, madwar 407 miljun doża, ġew kondiviżi permezz tal-COVAX.