Nibnu r-reżiljenza tas-soċjetà Ewropea Id-demokrazija Ewropea dejjem tevolvi Fl-2022 u fl-2023, il-Kummissjoni baqgħet fidila lejn ir-rwol tagħha bħala l-gwardjan tat-Trattati. Filwaqt li ddefendiet id-demokrazija u bniet Ewropa b’saħħitha u reżiljenti, l-enfasi kienet fuq it-temi li ġejjin:id-difiża tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoniil-promozzjoni ta’ forom ġodda ta’ impenn demokratikuil-bini ta’ Unjoni tal-Ugwaljanzait-tisħiħ tar-reżiljenza u l-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UEir-rebħa fuq il-pandemija tal-COVID-19 u l-bini ta’ Unjoni tas-Saħħail-bini ta’ sistema ta’ migrazzjoni sostenibbli u ġustair-rispons għas-sejħa umanitarja Page contents Page contents Niddefendu l-istat tad-dritt u niġġieldu kontra l-korruzzjoniIl-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna tfakkarna fil-ħtieġa li niddefendu d-demokrazija u l-libertajiet li tant batejna biex ksibna. Kull ġenerazzjoni ta’ Ewropej trid tagħti sehemha biex nibnu r-reżiljenza tad-demokrazija Ewropea u nġeddu l-wegħda tal-proġett Ewropew għall-paċi.L-istat tad-dritt – libertà, ġustizzja, ugwaljanzaL-istat tad-dritt huwa s-sies tal-Unjoni tagħna. Ir-Rapport annwali dwar l-Istat tad-Dritt jissorvelja l-iżviluppi, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, relatati mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri.Ir-Rapport tal-2023 jirrifletti xejra pożittiva filwaqt li jirrikonoxxi li xi riformi jeħtieġu aktar żmien biex jitlestew. Verżjoni f’testIr-Rapport tal-2023 juri li 65% tar-rakkomandazzjonijiet tal-2022 ġew indirizzati mill-Istati Membri. Politiki effettivi kontra l-korruzzjoniF’Mejju 2023, il-Kummissjoni ħadet azzjoni deċiżiva biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni fl-UE u biex tarmonizza r-regoli tal-UE dwar id-definizzjonijiet tar-reati ta’ korruzzjoni u l-pieni għalihom. L-għan huwa li:jiġu żgurati standards għoljin kontra l-firxa sħiħa ta’ reati ta’ korruzzjonijittejjeb l-infurzar tagħhomjiġu stabbiliti strutturi fl-Istati Membri li għandhom jipprevjenu aħjar il-korruzzjoni.Il-Kummissjoni pproponiet ukoll reġim ġdid ta’ sanzjonijiet speċifiku biex jiġu indirizzati atti serji ta’ korruzzjoni fid-dinja kollha. Verżjoni f’testIl-politiki kontra l-korruzzjoni huma parti essenzjali mill-ambjent abilitanti meħtieġ għall-istat tad-dritt, flimkien ma’ dawn l-elementi:ir-rispett għall-indipendenza ġudizzjarjamidja ħielsa u pluralistikaamministrazzjoni pubblika trasparenti u ta’ kwalità għoljasoċjetà ċivili ħielsa u attiva Proposta biex jinħoloq Korp Interistituzzjonali tal-EtikaF'Ġunju 2023, il-Kummissjoni pproponiet li jinħoloq Korp Interistituzzjonali tal-Etika. Se jkun hemm standards komuni għall-imġiba etika tal-membri tal-istituzzjonijiet tal-UE u mekkaniżmu formali għall-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ fehmiet dwar ir-rekwiżiti etiċi fost l-istituzzjonijiet. Il-promozzjoni ta’ forom ġodda ta’ impenn demokratiku L-involviment taċ-ċittadiniWara l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, eżerċizzju bla preċedent fid-demokrazija parteċipattiva, il-Kummissjoni qed taġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini.Fil-Panels taċ-Ċittadini, li għadhom kif ġew introdotti, madwar 150 individwu magħżulin b’mod aleatorju jagħtu l-kontribut tagħhom qabel ċerti proposti kruċjali tal-Kummissjoni. L-enfasi hi fuq il-ġenerazzjoni żagħżugħa u r-rwol kruċjali tagħhom fit-tiswir tal-futur. Verżjoni f’testFil-Panels taċ-Ċittadini l-ġodda, madwar 150 individwu magħżulin b’mod aleatorju jagħtu l-kontribut tagħhom qabel proposti kruċjali tal-Kummissjoni. Is-suġġetti ewlenin koperti fl-2023 kienu l-ħela tal-ikel, id-dinjiet virtwali, u l-mobbiltà għat-tagħlim. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej numru 100Fit-18 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rreġistrat il-100 inizjattiva li titlob biex l-ibliet Ewropej kollha jkunu konnessi bi trenijiet ta’ veloċità għolja. Sa mill-bidu tagħhom fl-2012, l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej servew bħala għodda b’saħħitha tad-demokrazija parteċipattiva, u ġabru aktar minn 17-il miljun firma għal diversi proposti. Nibnu Unjoni tal-Ugwaljanza Il-Kummissjoni tibqa’ impenjata favur soċjetà fejn kulħadd igawdi opportunitajiet indaqs biex jiffjorixxi. Kulħadd għandu jkun liberu li jesprimi l-individwalità tiegħu, jgħid dak li għandu f’moħħu, jipprattika twemminu liberament, u jħobb lil min irid.L-ugwaljanza bejn il-ġeneriL-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025 tenfasizza l-importanza li nippromwovu soċjetà u ekonomija b’saħħithom u bbażati fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. F’konformità magħha, ippreżentajna proposti biex:nipproteġu u nsaħħu d-drittijiet tal-familji f’sitwazzjonijiet transfruntieriinsaħħu l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, biex fl-aħħar narmu d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fil-barmil taż-żibel tal-istorjaneqirdu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Verżjoni f’testF’Novembru 2022, biex intejbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-bordijiet korporattivi, adottajna regoli importanti li jobbligaw li, sal-2026, mill-inqas 40% tal-pożizzjonijiet ta’ diretturi mhux eżekuttivi f’kumpaniji kkwotati fil-Borża jridu jkunu okkupati mis-sess sottorappreżentat. Neqirdu l-vjolenza kontra n-nisaFl-1 ta’ Ġunju 2023, seba’ snin wara l-proposta tal-Kummissjoni, l-UE finalment ingħaqdet mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika. Ninsabu fil-proċess li ninnegozjaw standards minimi fil-liġi tal-UE biex:nikkriminalizzaw ċerti forom ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneruintejbu l-aċċess tal-vittmi għall-ġustizzja, il-protezzjoni, u l-appoġġniżguraw il-koordinazzjoni bejn is-servizzi rilevantinipprevjenu dawn it-tipi ta’ reati.Id-drittijiet tal-persuni LGBTIQKif previst fl-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025, il-Kummissjoni ppreżentat proposta f’Diċembru 2022 biex issaħħaħ il-korpi tal-ugwaljanza fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, billi tistabbilixxi standards minimi f’termini tal-mandat, is-setgħat, il-kompiti, ir-riżorsi, u l-indipendenza tagħhom.Il-ġlieda kontra r-razziżmuFil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE Kontra r-Razziżmu 2020-2025, il-Kummissjoni:inkoraġġiet lill-Istati Membri biex jadottaw pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu sa tmiem l-2022ħeġġet lill-Istati Membri jfasslu strateġiji nazzjonali għall-ġlieda kontra l-antisemitiżmuevalwat l-oqfsa nazzjonali tar-Romħatret koordinatur ġdid biex jiġġieled kontra l-mibegħda kontra l-Musulmani.Il-Pakkett dwar l-Impjiegi għall-Persuni b’DiżabbiltàBħal kulħadd, il-persuni b’diżabilità huma intitolati li jipparteċipaw bis-sħiħ fl-aspetti kollha tal-ħajja. Il-Pakkett dwar l-Impjiegi għall-Persuni b’Diżabilità, ippreżentat f’Settembru 2022, jappoġġja lill-Istati Membri biex:jippromwovu l-inklużjoni soċjalijiġġieldu kontra l-faqarisaħħu l-ħiliet u l-kompetenzi tal-persuni b’diżabilità.F’Settembru 2023, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għall-introduzzjoni tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE, li hija maħsuba biex tiżgura r-rikonoxximent transfruntier tal-istatus ta’ diżabilità. Dan se jiffaċilita soġġorni qosra fi Stati Membri oħrajn billi jagħti l-istess aċċess fl-UE kollha għal kundizzjonijiet speċjali jew trattament preferenzjali bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru fir-rigward tas-servizzi. Insaħħu r-reżiljenza u nipproteġu liċ-ċittadini tal-UE Fl-ambitu tal-Unjoni Ewropea tas-Sigurtà, l-UE hija impenjata favur il-protezzjoni taċ-ċittadini u n-negozji kollha tagħha, kemm online kif ukoll offline. Minn Lulju 2020 ’l hawn, sar progress sostanzjali li saħħaħ l-erba’ pilastri tal-istrateġija. Verżjoni f’testMinn Lulju 2020 ’l hawn, sar progress sostanzjali li saħħaħ l-erba’ pilastri tal-istrateġija:l-indirizzar tal-vulnerabbiltajietit-tisħiħ taċ-ċibersigurtàit-trawwim tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġiu l-appoġġ għar-reżiljenza kontra t-theddid ibridu Barra minn hekk, issa hemm fis-seħħ regoli moderni li jiżguraw l-aspetti fiżiċi u diġitali tas-setturi tal-infrastruttura kritika, inklużi l-enerġija, it-trasport, is-saħħa, l-ispazju, it-telekomunikazzjoni, u d-diġitali. L-Att dwar iċ-ĊibersolidarjetàL-Att dwar is-Solidarjetà Ċibernetika propost għandu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni fl-Unjoni biex jiġi miġġieled it-theddid ċibernetiku billi:jittejbu d-detezzjoni u s-sensibilizzazzjoni tat-theddidtissaħħaħ it-tħejjija tal-entitajiet kritiċijissaħħu l-kapaċitajiet miftiehma ta’ ġestjoni tal-kriżijiet u ta’ rispons fl-Istati Membri.L-Istrateġija tal-UE għas-Sigurtà MarittimaF’Marzu 2023, il-Kummissjoni żvelat Strateġija aġġornata tal-UE għas-Sigurtà Marittima, li tipproponi miżuri biex tissaħħaħ is-sigurtà marittima, li jinkludu:eżerċizzji navali fil-livell tal-UEoperazzjonijiet imtejbin tal-gwardja tal-kostaspezzjonijiet tas-sigurtà msaħħin fil-portijiet tal-UE, bil-għan li tiġi promossa kooperazzjoni aktar profonda ma’ sħab bħan-NATO biex jinżamm l-ordni fil-baħar ibbażat fuq ir-regoli.L-Istrateġija Spazjali Ewropea għas-Sigurtà u d-DifiżaL-Istrateġija Spazjali Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża tirrifletti r-rikonoxximent tal-UE tal-ispazju bħala dominju strateġiku kkontestat, u għandha l-għan li:tipproteġi l-assi spazjali tagħha, bħas-satellititiskoraġġixxi attivitajiet ostili fl-ispazju, bħall-ispjunaġġissaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha. Il-Port Spazjali ta’ Esrange fl-IżvezjaĠie inawgurat f’Jannar 2023 u huwa l-ewwel port spazjali fl-UE kontinentali. Jista’ jtella’ fl-ispazju kostellazzjonijiet ta’ satelliti żgħar li jsaħħu l-kapaċitajiet tal-UE li twettaq osservazzjoni tad-dinja, li huma kruċjali biex jiġu miġġielda d-diżastri klimatiċi jew it-theddid militari f’ħin reali.Iċ-Ċentru Spazjali ta’ Esrange Insaħħu r-reżiljenza għad-diżastri naturali u għal dawk ikkawżati mill-bniedemIr-riżerva ta’ inġenji tal-ajru għat-tifi tan-nar tar-rescEU rduppjat bi tħejjija għal dan is-sajf u issa tinkludi 24 ajruplan u erba’ ħelikopters minn 10 Stati Membri. Fl-2023, l-UE immobilizzat, permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, mijiet ta’ ħaddiema tat-tifi tan-nar, vetturi, u ajruplani għal nirien kbar ħafna fl-Ewropa u biex turi solidarjetà mas-sħab internazzjonali tagħna, bħall-Kanada. Fl-2022, il-Kummissjoni żviluppat ukoll il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Prevenzjoni tan-Nirien fil-Foresti.Fi Frar 2023, il-Kummissjoni adottat ukoll Rakkomandazzjoni u Komunikazzjoni biex tistabbilixxi għanijiet komuni biex jagħtu spinta lir-reżiljenza Ewropea għad-diżastri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. Dan jinkludi modi biex il-pajjiżi Ewropej jitħejjew aħjar għall-perikli naturali, inklużi t-terremoti, l-għargħar, u n-nirien fil-foresti. Waqt iż-żjara tal-President von der Leyen fl-Emilia-Romagna wara l-għargħarIl-President von der Leyen żaret żoni li ġarr u għargħar fl-Emilia-Romagna, l-Italja, biex tara b’għajnejha s-sens qawwi ta’ altruwiżmu u ta’ solidarjetà li wrew mijiet ta’ voluntieri. Ħafna ħadu xi jiem liv mix xogħol biex jgħinu fit-tindif massiv li kien meħtieġ u biex jagħtu daqqa t’id lil dawk li kienu tilfu djarhom u lin-negozji biex jibnu futur mill-ġdid.Cesena, fl-Emilia Romagna Negħlbu l-pandemija u nibnu Unjoni tas-Saħħa Il-COVID-19Fil-5 ta’ Mejju 2023, il-COVID-19 tneħħa uffiċjalment mill-istatus tiegħu bħala emerġenza tas-saħħa dinjija. L-ispirtu qawwi ta’ reżiljenza, solidarjetà, u koordinazzjoni li wrejna, u l-fiduċja profonda u l-investiment qawwi tagħna fix-xjenza u fl-innovazzjoni ppermettewlna negħlbu din il-kriżi bla preċedent.L-istrateġija tal-UE għall-vaċċiniL-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini tat riżultati impressjonanti, b’aktar minn 70% tal-popolazzjoni tal-UE mlaqqma kompletament kontra l-COVID-19.Permezz tal-EU FAB (Network tal-produtturi tal-vaċċini għall-emerġenzi tas-saħħa futuri), b’kapaċità kontinwa biex jiġu prodotti bejn 500 u 700 miljun doża ta’ vaċċini kull sena, nistgħu niżguraw li l-vaċċini jkunu disponibbli malajr biex tiġi miġġielda kwalunkwe kriżi futura. Nibqgħu impenjati li niżguraw li l-vaċċini jkunu aċċessibbli għall-partijiet kollha tad-dinja. Minn Diċembru 2020 ’l hawn, ġew esportati kważi 2.5 biljun doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19 lejn 168 pajjiż. Verżjoni f’testAktar minn 70% tal-popolazzjoni tal-UE hija kompletament imlaqqma kontra l-COVID-19Bejn 500 u 700 miljun doża ta’ vaċċini jistgħu jiġu prodotti kull sena f’każ ta’ kriżi futuraMinn Diċembru 2020 ’l hawn, ġew esportati kważi 2.5 biljun doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19 lejn 168 pajjiż Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UEIċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ffaċilita l-ivvjaġġar sikur u mingħajr ħlas għaċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea kollha meta l-Istati Membri rrestrinġew l-ivvjaġġar matul il-pandemija. Inħarġu aktar minn 2.3 biljun ċertifikat fl-UE minn meta tnieda fl-2021. Abbażi tas-suċċess tiegħu, f’Ġunju 2023 l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa adottat is-sistema tal-UE ta’ ċertifikazzjoni diġitali tal-COVID-19 biex tistabbilixxi sistema dinjija li se tgħin biex iċ-ċittadini madwar id-dinja kollha jiġu protetti minn theddid attwali u futur għal saħħithom.L-Unjoni Ewropea tas-SaħħaF’din l-aħħar sena, kompliet il-ħidma biex tinbena Unjoni Ewropea tas-Saħħa b’saħħitha biex tipproteġi aħjar is-saħħa taċ-ċittadini tagħna. Din tgħammar lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jipprevjenu u jindirizzaw aħjar pandemiji futuri u jtejbu r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tal-Ewropa.Pjan biex Jingħeleb il-KanċerB’aktar minn 2.7 miljun dijanjożi tal-kanċer u 1.3 miljun fatalità rreġistrati fl-UE fl-2020, il-Pjan dwar il-Kanċer huwa l-aktar inizjattiva komprensiva tal-UE li qatt saret dwar il-kanċer u huwa ffinanzjat b’mod robust b’baġit ta’ €4 biljun. Bħala parti minnu, f’Settembru 2022 ġie introdott approċċ ġdid ibbażat fuq ix-xjenza għall-iskrinjar tal-kanċer u fl-2023 tnediet l-Inizjattiva Ewropea dwar l-Immaġnijiet tal-Kanċer, bl-użu tal-qawwa tad-data u tat-teknoloġiji diġitali biex jiġi identifikat u indirizzat aħjar il-kanċer. Verżjoni f’test’Il fuq minn 2.7 miljun djanjożi tal-kanċer fl-20201.3 miljun fatalità fl-UE fl-2020Baġit ta’ €4 biljun għall-Pjan dwar il-Kanċer Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtikaF’April 2023 żdied pilastru ewlieni għall-Unjoni Ewropea tas-Saħħa — l-aktar reviżjoni sinifikanti tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika f’għoxrin sena. Din għandha l-għan li toħloq suq uniku għall-mediċini billi tippromwovi disponibbiltà, aċċessibbiltà, u prezzijiet aħjar tal-mediċini filwaqt li ssaħħaħ l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-industrija farmaċewtika tal-UE. L-ewwel approċċ komprensiv tal-UE għas-saħħa mentaliL-ewwel approċċ komprensiv tal-UE għas-saħħa mentali, li ġie żvelat f’Ġunju 2023, jirrifletti r-rakkomandazzjonijiet miċ-ċittadini fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u jwieġeb għat-talbiet tal-Parlament Ewropew għal azzjoni akbar dwar is-saħħa mentali. Jipproponi azzjonijiet għall-promozzjoni ta’ saħħa mentali tajba, b’enfasi speċjali fuq it-tfal u ż-żgħażagħ. Il-Kummissjoni se tappoġġja lill-Istati Membri biex ipoġġu lin-nies u lis-saħħa mentali tagħhom l-ewwel permezz ta’ 20 inizjattiva ewlenija u €1.2 biljun ta’ finanzjament tal-UE. Nibnu sistema ta’ migrazzjoni sostenibbli u ġusta Bil-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, il-Kummissjoni għandha l-għan li ssaħħaħ u tintegra l-politiki ewlenin tal-UE dwar il-migrazzjoni, l-ażil, u l-ġestjoni tal-fruntieri. Huwa kruċjali li jintlaħaq qbil dwar is-sett sħiħ ta’ riformi tal-ażil u tal-migrazzjoni li qed jiġu nnegozjati bħalissa. Nipprevjenu u niġġieldu kontra t-traffikar tal-bnedminFid-19 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni pproponiet li ssaħħaħ ir-regoli li jipprevjenu u jiġġieldu kontra t-traffikar tal-bnedmin.Ir-regoli aġġornati se jagħmluha aktar faċli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji biex jinvestigaw u jieħdu passi fil-konfront ta’ forom ġodda ta’ sfruttament u jgħinu fl-identifikazzjoni u l-appoġġ tal-vittmi. Verżjoni f’testKull sena aktar minn 7,000 persuna jisfaw vittmi tat-traffikar tal-bnedmin fl-UE. Il-maġġoranza tal-vittmi huma nisa u bniet, iżda l-perċentwal ta’ vittmi rġiel qed jiżdied ukoll, b’mod partikulari minħabba l-isfruttament tal-ħaddiema. Il-migrazzjoni tal-ħaddiema tas-sengħaL-iżvilupp ta’ perkorsi legali jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-migrazzjoni irregolari u jista’ jgħin biex jissaħħu l-ekonomiji Ewropej. Għal dan il-għan, f’Ottubru 2022 il-Kummissjoni nediet l-ewwel pjattaforma għall-UE kollha bl-għan li l-UE ssir aktar attraenti għal ċittadini mhux tal-UE li qed ifittxu opportunitajiet ta’ impjieg fl-UE. Din se tgħin lill-impjegaturi tal-UE jsibu t-talent li jeħtieġu u jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti.Barra minn hekk, biex tippromwovi l-migrazzjoni tal-ħaddiema tas-sengħa minn pajjiżi mhux tal-UE lejn l-UE u biex tiżgura li tkun ġestita tajjeb u mmirata lejn fejn jinsabu l-ħtiġijiet b’rabta mal-ħaddiema u l-ħiliet, f’Jannar 2023 il-Kummissjoni nediet il-Pjattaforma tal-Migrazzjoni tal-Ħaddiema. Inwieġbu għas-sejħa umanitarja Filwaqt li pprovdiet appoġġ bla preċedent lill-Ukrajna, il-Kummissjoni Ewropea kompliet ukoll tipprovdi għajnuna umanitarja madwar id-dinja lil dawk li l-aktar għandhom bżonnha. Fl-aħħar sena, il-livell diġà rekord ta’ ħtiġijiet umanitarji ma waqafx jogħla globalment. L-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, ħabbru finanzjament umanitarju inizjali ta’ €8.4 biljun għall-2023, bħala espressjoni konkreta tas-solidarjetà dinjija u tar-rwol ewlieni tal-UE fl-azzjoni umanitarja. It-terremot fit-Turkija u fis-SirjaIl-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, u l-Presidenza Żvediża tal-Kunsill tal-UE ospitaw flimkien Konferenza Internazzjonali tad-Donaturi b’solidarjetà mal-vittmi tat-terremot. Il-wegħdiet totali tal-konferenza ammontaw għal kważi €7 biljun, li minnhom €6.05 biljun ingħataw f’għotjiet u self għat-Turkija u €911-il miljun ingħataw f’għotjiet għas-Sirja.Il-kriżi fis-SirjaF’Ġunju 2023, l-UE ospitat is-seba’ konferenza ta’ Brussell dwar il-futur tas-Sirja u tar-reġjun, li matulha twiegħdu €5.6 biljun. Il-konferenza rrepetiet l-appoġġ ma jaqta’ xejn tal-UE u tal-komunità internazzjonali għall-poplu Sirjan, għar-refuġjati Sirjani, u għall-komunitajiet li qed jilqgħuhom fil-pajjiżi ġirien.Il-VenezwelaL-UE u l-Kanada ospitaw flimkien il-Konferenza Internazzjonali f’Solidarjetà mar-Refuġjati u l-Migranti Venezwelani u l-Pajjiżi u l-Komunitajiet Ospitanti tagħhom. L-avveniment iffoka fuq l-importanza ta’ azzjoni koordinata fir-rigward tal-objettiv triplu tal-azzjoni umanitarja, l-iżvilupp, u l-istabbilizzazzjoni.Is-Sudan u ċ-ChadFid-dawl tal-gwerra li faqqgħet f’April 2023 fis-Sudan, l-UE żiedet il-finanzjament umanitarju inizjali tagħha ta’ €73 miljun b’€60 miljun addizzjonali f’Ġunju 2023. L-UE nediet ukoll Pont Umanitarju bl-Ajru għas-Sudan u l-viċinat taċ-Chad biex twassal oġġetti li jsalvaw il-ħajjiet f’dawk il-pajjiżi.Il-Burkina FasoF’Novembru 2022 tnieda pont umanitarju bl-ajru lejn il-Burkina Faso. Dan għen biex jitwasslu ikel u provvisti essenzjali lil mijiet ta’ eluf ta’ persuni fir-riskju tal-ġuħ f’żoni taħt imblokk.Ir-Repubblika Demokratika tal-KongoF’Marzu 2023, l-UE tat bidu għal operazzjoni ta’ pont umanitarju bl-ajru lejn Goma. Bl-appoġġ ta’ Franza, wasslet provvisti mediċi u nutrizzjonali, fost oġġetti oħrajn.L-AfganistanSabiex tiffaċilita t-twassil ta’ għajnuna li ssalva l-ħajjiet, minn Awwissu 2021 ’l hawn l-UE operat 29 titjira tal-merkanzija permezz tal-pont umanitarju bl-ajru lejn l-Afganistan, bl-aħħar titjira tinżel fl-Afganistan fl-24 ta’ Mejju 2023.Id-diżastri naturali fiċ-Ċilì u fil-KanadaFi Frar 2023, l-UE kkoordinat l-iskjerament ta’ aktar minn 250 pumpier tal-UE fiċ-Ċilì flimkien ma’ esperti ta’ koordinazzjoni u persunal mediku permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili. Anki l-Kanada, irċeviet assistenza immedjata għat-tifi tan-nar biex tindirizza l-agħar nirien fis-selvaġġ f’dawn l-aħħar għaxar snin. Pubblikazzjonijiet ġenerali8 Settembru 2023L-Istat tal-Unjoni 2023 — Dokumenti Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda ta’ Responsabbiltà: id-data f’din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fit-8 ta’ Settembru 2023 Progress f’oqsma oħrajnNiddefendu l-paċi EwropeaSpalla ma’ spalla mal-Ukrajna sakemm ikun hemm bżonnNinvestu fil-prosperità tal-EwropaNibnu ekonomija ekoloġika u diġitali ġusta għal kulħadd Links relatati Spinta ġdida għad-demokrazija EwropeaIl-promozzjoni tal-istil ta’ ħajja Ewropew tagħna
Fl-2022 u fl-2023, il-Kummissjoni baqgħet fidila lejn ir-rwol tagħha bħala l-gwardjan tat-Trattati. Filwaqt li ddefendiet id-demokrazija u bniet Ewropa b’saħħitha u reżiljenti, l-enfasi kienet fuq it-temi li ġejjin:id-difiża tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoniil-promozzjoni ta’ forom ġodda ta’ impenn demokratikuil-bini ta’ Unjoni tal-Ugwaljanzait-tisħiħ tar-reżiljenza u l-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UEir-rebħa fuq il-pandemija tal-COVID-19 u l-bini ta’ Unjoni tas-Saħħail-bini ta’ sistema ta’ migrazzjoni sostenibbli u ġustair-rispons għas-sejħa umanitarja
Barra minn hekk, issa hemm fis-seħħ regoli moderni li jiżguraw l-aspetti fiżiċi u diġitali tas-setturi tal-infrastruttura kritika, inklużi l-enerġija, it-trasport, is-saħħa, l-ispazju, it-telekomunikazzjoni, u d-diġitali.
Il-Port Spazjali ta’ Esrange fl-IżvezjaĠie inawgurat f’Jannar 2023 u huwa l-ewwel port spazjali fl-UE kontinentali. Jista’ jtella’ fl-ispazju kostellazzjonijiet ta’ satelliti żgħar li jsaħħu l-kapaċitajiet tal-UE li twettaq osservazzjoni tad-dinja, li huma kruċjali biex jiġu miġġielda d-diżastri klimatiċi jew it-theddid militari f’ħin reali.Iċ-Ċentru Spazjali ta’ Esrange
Waqt iż-żjara tal-President von der Leyen fl-Emilia-Romagna wara l-għargħarIl-President von der Leyen żaret żoni li ġarr u għargħar fl-Emilia-Romagna, l-Italja, biex tara b’għajnejha s-sens qawwi ta’ altruwiżmu u ta’ solidarjetà li wrew mijiet ta’ voluntieri. Ħafna ħadu xi jiem liv mix xogħol biex jgħinu fit-tindif massiv li kien meħtieġ u biex jagħtu daqqa t’id lil dawk li kienu tilfu djarhom u lin-negozji biex jibnu futur mill-ġdid.Cesena, fl-Emilia Romagna