Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
alt=""
Flimkien għan-nies tat-Turkija u tas-Sirja

Konferenza tad-Donaturi biex jinġabru l-fondi, jiġu mobilizzati r-riżorsi u jiġi kkoordinat ir-rispons għall-irkupru u s-sokkors wara t-terremoti devastanti

Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll f’dawn il-lingwi: it-Tork türkçe | l-Għarbi | العربية

Konferenza tad-Donaturi biex jinġabru l-fondi

Illum huwa jum tajjeb ħafna għas-solidarjetà internazzjonali. Flimkien ma’ sħabna, b’kollox ġbarna €7 biljun biex nappoġġjaw lin-nies fit-Turkija u fis-Sirja, wara t-terremoti devastanti. Aktar minn nofs din il-wegħda ġejja mit-Tim Ewropa. Urejna lid-dinja li qed nappoġġjaw lill-persuni fil-bżonn. U li dejjem ninsabu qrib sħabna.

Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea

Il-laqgħa tal-lum kellha għan wieħed importanti: li nibdlu l-kliem tagħna ta’ kondoljanzi u solidarjetà f’azzjoni. U li nipprovdu rispons b’saħħtu, effiċjenti u kkoordinat biex ngħinu lin-nies affettwati mit-terremoti devastanti. Għall-Presidenza Żvediża tal-UE, aħna grati lill-Kummissjoni għall-kooperazzjoni xierqa fl-organizzazzjoni tal-konferenza tal-lum, impressjonati ħafna bir-riżultati sostanzjali miksuba, u nilqgħu b’umiltà l-ħidma importanti li qed tistenniena.

Ulf Kristersson, Prim Ministru tal-Iżvezja

Wegħdiet totali

alt=""
€7 biljun

fondi miġbura

Il-wegħda totali ta’ din il-konferenza Internazzjonali tad-Donaturi tammonta għal €7 biljun, li minnhom €6.05 biljun f’għotjiet u self lit-Turkija u €911-il miljun f’għotjiet lis-Sirja. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE, kif ukoll il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp jirrappreżentaw aktar minn 50% ta’ din il-wegħda totali, bħala t-Tim Ewropa, bi €3.6 biljun. Il-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa għamel ukoll kontribuzzjoni importanti ta’ €500 miljun f’self u €3 miljun addizzjonali f’għotjiet.

Il-fondi għat-Turkija se jintużaw biex ikopru l-ħtiġijiet umanitarji u jgħinu fir-rikostruzzjoni tar-reġjuni milquta. Il-valutazzjoni preliminari tal-ħsara fit-Turkija turi ħtiġijiet kbar ħafna li jammontaw għal aktar minn $100 biljun b’ħafna ħsara fl-infrastruttura pubblika u fil-bini residenzjali. L-isforzi ta’ rikostruzzjoni se jiżguraw li jitqiesu l-istandards internazzjonali kollha għall-kostruzzjoni fir-reġjuni sismiċi kif ukoll il-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Tork. Il-fondi għas-Sirja se jintużaw biex jissodisfaw il-ħtiġijiet umanitarji u jappoġġjaw l-irkupru bikri u r-reżiljenza.

* It-Tim Ewropa jikkonsisti mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tal-UE — inklużi l-aġenziji ta’ implimentazzjoni tagħhom u l-banek pubbliċi tal-iżvilupp — kif ukoll il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ).

Wegħdiet imħabbra mill-pajjiżi u l-organizzazzjonijiet

Għotjiet għan-nies tas-Sirja u t-Turkija

Wegħdiet mit-Tim Ewropa (il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri)
DonaturGħotjiet - Is-Sirja f’€Għotjiet - It-Turkija f’€
Il-Kummissjoni Ewropea108,000,0001,000,000,000
Il-Ġermanja117,000,000121,000,000
In-Netherlands38,200,00011,500,000
L-Iżvezja13,836,81530,798,072
Id-Danimarka14,504,4329,555,466
L-Italja13,000,0004,000,000
Il-Polonja3,234,0439,638,298
Il-Finlandja6,000,0006,000,000
Franza7,000,0005,000,000
L-Irlanda6,500,0003,500,000
Il-Greċja1,000,0004,000,000
Spanja2,200,0002,206,000
L-Awstrija3,000,0001,000,000
Il-Kroazja200,0003,500,000
L-Ungerija947,9571,873,500
Il-Lussemburgu778,0001,873,500
Il-Belġju2,000,0000
Ir-Repubblika Ċeka417,6761,044,190
Ir-Rumanija300,0001,000,000
Il-Latvja564,669270,000
Ċipru250,000250,000
Is-Slovenja300,000200,000
Is-Slovakkja154,000132,000
Il-Portugall200,0000
Il-Bulgarija30,67871,581
Malta40,00040,000
L-Estonja50,0000
Tim Ewropa (Total)339,908,2701,218,775,021 
Wegħdiet minn pajjiżi terzi
DonaturGħotjiet - Is-Sirja f’€Għotjiet - It-Turkija f’€
L-Emirati Għarab Magħquda245,520,903105,223,244
L-Ażerbajġan094,795,715
Il-Kuwajt46,307,70646,307,707
Ir-Renju Unit32,438,13317,193,356
L-Istati Uniti35,074,41512,323,442
Il-Kanada13,289,30020,683,949
Il-Ġappun24,296,1418,057,637
In-Norveġja20,337,15510,527,043
Ir-Repubblika tal-Korea947,95714,219,358
L-Iżvizzera5,551,5573,187,005
New Zealand1,234,8581,117,253
Is-Serbja750,000750,000
L-Albanija01,000,000
Il-Kosovo*100,000500,000
Il-Moldova0415,252
Il-Liechtenstein205,613205,613

 

DonaturIs-Sirja/It-Turkija
Il-Qatar1142,193,572
L-Arabja Sawdija1142,193,572

1. Ma ġie pprovdut l-ebda tqassim skont il-pajjiż.

* Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

Wegħdiet minn organizzazzjonijiet internazzjonali
DonaturGħotjiet - Is-Sirja f’€Għotjiet - It-Turkija f’€
Il-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa03,000,000
L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol473,9792,464,689
Il-Bank Iżlamiku tal-Iżvilupp1,421,9361,421,936
Il-Bank Ewropew tal-Investiment2200,000300,000
Il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati333,178,50050,241,729

2. Soġġett għall-approvazzjoni tal-korpi governattivi tal-Bank Ewropew tal-Investiment.

3. Dan jirreferi għall-ammont riċevut b’reazzjoni għall-appell umanitarju tal-UNHCR. Ma tqisx biex jiġi kkalkulat l-ammont totali ta’ wegħdiet.

 

Self imwiegħed minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u donaturi bilaterali għar-rikostruzzjoni fit-Turkija

Minbarra l-għotjiet, il-banek multilaterali tal-iżvilupp, u donatur bilaterali wiegħdu €4.3 biljun f’self għar-rikostruzzjoni fit-Turkija. It-termini ta’ dan is-self għad iridu jiġu miftiehma.

Self imwiegħed minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u donaturi bilaterali
DonaturSelf f’€
Il-Bank Dinji1,687,363,731
Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp1,500,000,000
Il-Bank Ewropew tal-Investiment*500,000,000
Il-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa500,000,000
Il-Bank tal-Kummerċ u l-Iżvilupp tal-Baħar l-Iswed    55,000,000
Spanja50,000,000
Total4,292,363,731

*Soġġett għall-approvazzjoni tal-korpi governattivi tal-BEI.

Rispons komprensiv tal-UE

L-UE diġà kienet attiva fl-appoġġ lit-Turkija u lis-Sirja, u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni Ċivili ġie attivat immedjatament wara li seħħ id-diżastru naturali. 

21 Stati Membri + l-Albanija, il-Montenegro u s-Serbja
assistenza mobilizzata għas-Sirja u t-Turkija
32 tim ta’ tfittxija u salvataġġ
fit-Turkija
6 timijiet mediċi inklużi 5 sptarijiet fuq il-post
s’issa ttrattaw aktar minn 15,000 persuna fit-Turkija

Barra minn hekk, l-UE mmobilizzat ir-riżervi strateġiċi tagħha tar-rescEU biex twassal 500 unità ta’ akkomodazzjoni temporanja, 2,000 tinda, u 8,000 sodda lit-Turkija mill-ħażniet ta’ emerġenza tagħha ospitati mill-Iżvezja u r-Rumanija. 

B’kollox, ġew allokati kważi €8.6 miljun ta’ għajnuna umanitarja tal-UE biex jirrispondu għall-ħtiġijiet immedjati tal-popolazzjoni fit-Turkija, u madwar €10 miljun ġew mobilizzati immedjatament biex jirrispondu għall-konsegwenzi immedjati tat-terremot fis-Sirja.

Dokumenti

  • 24 MARZU 2023
Pledging Statement of the International Donors’ Conference for the people in Türkiye and Syria
  • 20 MARZU 2023
Skeda informattiva: Appoġġ tal-UE għall-poplu fit-Turkija u s-Sirja wara t-terremoti
  • 16 MARZU 2023
Agenda: International Donors’ Conference
  • 20 MARZU 2023
List of participants from the Donors' Conference
  • 15 MARZU 2023
Media advisory: Donors' Conference

L-aħħar aħbarijiet