Il-promozzjoni tal-istil ta’ ħajja Ewropew tagħnaNipproteġu liċ-ċittadini u l-valuri tagħna Inwettqu l-wegħdiet tagħna F’dinja dejjem aktar imprevedibbli, għamilniha prijorità li nipproteġu liċ-ċittadini tagħna u niżguraw is-sigurtà komuni tagħna. Fid-dawl tat-theddid dejjem jinbidel u li qed jevolvi, għażilna approċċ olistiku għas-sigurtà u ħdimna fuq għodod biex l-Ewropej jinżammu sikuri. Aħna pproteġajna u żgurajna l-funzjonament tajjeb tal-fruntieri esterni tagħna, filwaqt li ssorveljajna t-tkabbir sikur u ta’ suċċess taż-żona Schengen. U wara l-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, żidna l-kapaċitajiet ta’ difiża tagħna u saħħaħna s-sħubija tagħna man-NATO. Peress li l-Ewropej qed juru tħassib dejjem akbar dwar il-kwistjoni tal-migrazzjoni u l-ażil, aħna ffukajna wkoll l-attenzjoni tagħna fuq l-iżvilupp ta’ sistema komuni għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Din il-ħidma rriżultat fil-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, fejn l-ebda Stat Membru ma jitħalla waħdu biex jindirizza l-pressjonijiet tal-migrazzjoni u l-ażil jiġi ttrattat b’mod dinjituż u sostenibbli. Sfruttajna wkoll il-potenzjal pożittiv tal-migrazzjoni, billi nedejna sħubijiet ta’ talent ma’ pajjiżi sħab ewlenin. Hekk kif ingħelbet il-COVID-19, impenjajna ruħna li nħejju aħjar lill-UE biex tiffaċċja emerġenzi tas-saħħa pubblika fil-futur. Biex niksbu dan, bdejna nibnu l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, li fiha l-pajjiżi kollha tal-UE jħejju u jirrispondu flimkien għall-kriżijiet tas-saħħa. L-Unjoni issa qed tiżgura li l-provvisti mediċi jkunu disponibbli, affordabbli u innovattivi, u li l-pajjiżi jaħdmu flimkien biex itejbu l-prevenzjoni, it-trattament, u l-kura ta’ wara t-trattament għal kull tip ta’ mard, inkluż il-kanċer. Wegħdiet miżmuma Il-ġestjoni tal-migrazzjoni Adottajna l-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil fl-2024, li jistabbilixxi sistema unifikata għall-ġestjoni sostenibbli tal-migrazzjoni, b’mekkaniżmi għas-solidarjetà fost l-Istati Membri li qed jiffaċċjaw żidiet migratorji.Id-Direttiva dwar il-Karta Blu daħlet fis-seħħ f’Novembru 2021, u ppermettiet li ħaddiema bi kwalifiki għoljin minn pajjiżi mhux tal-UE jibbenefikaw minn proċeduri rapidi ta’ ammissjoni biex jiġu u jikkontribwixxu għall-kompetittività ekonomika tal-UE.Tħejjew Talent Partnerships ma’ pajjiżi sħab ewlenin, inkluż il-Marokk, it-Tuneżija, l-Eġittu, il-Bangladesh u l-Pakistan.Fl-2023, ipproponejna Riżerva ta’ Talent tal-UE li se tgħaqqad l-impjegaturi fl-UE ma’ persuni internazzjonali li qed ifittxu impjieg.L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil ġie ttrasformat f’aġenzija tal-asil kompluta: l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil, b’aktar għodod biex tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġestjoni tal-ażil u tal-akkoljenza.Il-persunal tal-Frontex ġie skjerat fil-fruntieri esterni tal-UE u l-Korp Permanenti tagħha se jilħaq 10,000 membru sal-2027.Alleanza Globali għall-Ġlieda Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti (2023) u leġiżlazzjoni aġġornata saħħew l-isforzi għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, appoġġati mill-Europol. Titkabbar iż-żona Schengen Iż-żona Schengen twessgħet b’suċċess biex tinkludi l-Kroazja, ir-Rumanija u l-Bulgarija, u l-governanza u r-regoli tagħha ġew aġġornati. Il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata Ittieħdu azzjonijiet konkreti biex jiġi evitat u jingħata rispons aħjar għat-theddid terroristiku bbażat fuq l-Aġenda Kontra t-Terroriżmu ppreżentata fl-2020.Fi Frar 2021, daħlu fis-seħħ regoli ġodda dwar il-kontroll imsaħħaħ tal-armi tan-nar miżmuma legalment u l-aċċess għall-isplussivi.Nedejna Alleanza Ewropea tal-Portijiet ġdida biex tiżdied ir-reżiljenza tal-portijiet kontra l-infiltrazzjoni kriminali billi tissaħħaħ il-ħidma tal-awtoritajiet doganali, tal-infurzar tal-liġi, u tal-atturi pubbliċi u privati fil-portijiet fl-UE.F’Lulju 2024, daħlu fis-seħħ regoli riveduti għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin. Dawn ir-regoli jżidu ż-żwieġ furzat, l-adozzjoni illegali, u l-maternità surrogata, bħala tipi ta’ sfruttament. Kooperazzjoni mal-pulizija Il-mandati tal-Europol u tal-Eurojust ġew imsaħħa flimkien ma’ riżorsi ġodda biex jappoġġaw lill-pulizija nazzjonali f’investigazzjonijiet transfruntiera, u rispons aktar rapidu għall-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. It-tisħiħ tal-infrastruttura kritika u r-reżiljenza ċibernetika Id-Direttiva dwar ir-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi daħlet fis-seħħ fl-2023, u saħħet ir-reżiljenza tagħna kontra l-perikli naturali, l-attakki terroristiċi, is-sabotaġġ, u l-emerġenzi pubbliċi għall-entitajiet kritiċi.Id-Direttiva NIS2 tespandi r-regoli taċ-ċibersigurtà biex tkopri setturi ġodda, bħall-fornituri tat-telekomunikazzjoni, is-servizzi postali, l-amministrazzjoni pubblika, u l-kura tas-saħħa.L-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali, fis-seħħ mill-2023, jiżgura li s-settur finanzjarju fl-Ewropa jkun jista’ jkompli jiffunzjona f’kull ħin f’każ ta’ tfixkil operazzjonali.L-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika, maqbul fl-2023, itejjeb il-livell taċ-ċibersigurtà tal-prodotti diġitali, minn monitors tat-trabi, arloġġi intelliġenti, u logħob tal-kompjuter sa firewalls u routers. Ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal Fl-2022, ipproponejna leġiżlazzjoni għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-abbuż sesswali tat-tfal online, biex nipproteġu lit-tfal fid-dinja reali u online. Unjoni Ewropea tas-Saħħa Il-Kummissjoni stabbiliet l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA) tagħha stess biex tiżgura li l-UE u l-Istati Membri jkunu lesti li jaġixxu fid-dawl tat-theddid transfruntier għas-saħħa.Stabbilixxejna Alleanza għall-Mediċini Kritiċi biex nidentifikaw l-isfidi u s-soluzzjonijiet ta’ politika għan-nuqqas ta’ mediċini, u f’Diċembru 2023 ippreżentajna l-ewwel verżjoni ta’ lista tal-Unjoni ta’ mediċini kritiċi.Fl-2024 intlaħaq qbil dwar Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa li jagħti s-setgħa lin-nies jikkontrollaw u jużaw id-data dwar is-saħħa tagħhom madwar l-UE u jrawwem suq uniku għas-servizzi u l-prodotti tas-saħħa diġitali.Fl-2021, nedejna l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, li se jagħmel EUR 4 biljuni ta’ finanzjament disponibbli għall-ġlieda kontra l-kanċer. Tgħallem aktar dwar dak li għamlet il-Kummissjoni biex timmaniġġja l-migrazzjoni b’mod responsabbli u tagħmel l-Ewropa aktar sigura Oqsma ta' politikaIl-migrazzjoni u l-ażilĠestjoni tal-migrazzjoni fit-tul, filwaqt li jiġu pprovduti ċarezza u kundizzjonijiet deċenti għall-persuni li jaslu fl-UEUnjoni Ewropea tas-SaħħaProtezzjoni tas-saħħa tal-Ewropej u rispons b’mod kollettiv għall-kriżijiet tas-saħħa transfruntieriUnjoni tas-Sigurtà EwropeaIl-protezzjoni taċ-ċittadini tagħna u l-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà li qed tiffaċċja s-soċjetà tagħna u d-demokrazija tagħnaEdukazzjoni u TaħriġL-appoġġ għall-edukazzjoni fl-Ewropa permezz ta’ diversi inizjattiviSaħħa mentaliL-iżvilupp ta’ approċċ komprensiv għas-saħħa mentali u l-indirizzar tal-isfidi, permezz tal-Inizjattiva Healthier Together u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet b’impatt għoli, minn prevenzjoni proattiva sal-inklużjoni soċjaliDrittijiet fundamentaliNiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni u nippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b’mod partikolari billi nissalvagwardjaw l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentaliIl-Ġlieda kontra l-antisemitiżmuNimpedixxu l-antisemitiżmu, inħarsu u nrawmu l-ħajja Lhudija, u nippromrovu r-riċerka, l-edukazzjoni u t-tifkira tal-Olokawst
Il-migrazzjoni u l-ażilĠestjoni tal-migrazzjoni fit-tul, filwaqt li jiġu pprovduti ċarezza u kundizzjonijiet deċenti għall-persuni li jaslu fl-UE
Unjoni Ewropea tas-SaħħaProtezzjoni tas-saħħa tal-Ewropej u rispons b’mod kollettiv għall-kriżijiet tas-saħħa transfruntieri
Unjoni tas-Sigurtà EwropeaIl-protezzjoni taċ-ċittadini tagħna u l-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà li qed tiffaċċja s-soċjetà tagħna u d-demokrazija tagħna
Saħħa mentaliL-iżvilupp ta’ approċċ komprensiv għas-saħħa mentali u l-indirizzar tal-isfidi, permezz tal-Inizjattiva Healthier Together u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet b’impatt għoli, minn prevenzjoni proattiva sal-inklużjoni soċjali
Drittijiet fundamentaliNiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni u nippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b’mod partikolari billi nissalvagwardjaw l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali
Il-Ġlieda kontra l-antisemitiżmuNimpedixxu l-antisemitiżmu, inħarsu u nrawmu l-ħajja Lhudija, u nippromrovu r-riċerka, l-edukazzjoni u t-tifkira tal-Olokawst