Niddefendu l-paċi EwropeaMagħqudin biex nappoġġjaw lill-Ukrajna Spalla ma’ spalla mal-Ukrajna għal kemm hemm bżonnIr-rispons tagħna għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kien ċar, u jrid ikun wieħed dejjiemi.L-isforzi tagħna biex naħdmu għal paċi ġusta:Nipprovdu għajnuna u appoġġ lill-poplu tal-UkrajnaNgħinu biex jinżammu l-infrastrutturi kritiċi fl-UkrajnaNuru solidarjetà mal-Ukrajna, nagħmlu użu sħiħ mill-ekonomija u l-finanzi tal-UENgħinu lill-Ukrajna tiddefendi lilha nnifisha, infornu tagħmir militari lill-Ukrajna u nħarrġu lis-suldati UkreniInżommu lir-Russja responsabbli ta’ għemilha u nimponu sanzjonijiet biex indgħajfu l-magna tal-gwerra tar-RussjaNibnu mill-ġdid u nappoġġjaw lill-Ukrajna fit-triq Ewropea tagħha Page contents Page contents Nipprovdu għajnuna u appoġġ lill-poplu tal-Ukrajna F’pass storiku bla preċedent, l-UE daħħlet fis-seħħ id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja fl-4 ta’ Marzu 2022, ftit jiem biss wara l-bidu tal-invażjoni Russa. Ir-refuġjati Ukreni ngħataw xi drittijiet fl-UE, inklużi permessi ta’ residenza, aċċess għas-suq tax-xogħol, akkomodazzjoni, servizzi mediċi, u opportunitajiet edukattivi vitali għat-tfal. L-Istati Membri tal-UE fetħu djarhom u qalbhom għal miljuni ta’ refuġjati Ukreni tal-gwerra, u offrew protezzjoni temporanja lil madwar erba’ miljun individwu. Verżjoni f’testAktar minn 5 miljun individwu spostati internament fl-UkrajnaKważi 20% tat-tfal tal-Ukrajna sabu kenn sikur fl-UE F’ċifriBis-saħħa tal-UE u ta’ donaturi oħrajn Verżjoni f’testMinn Jannar 2023 ’l hawn:L-assistenza fi flus kontanti laħqet lil 2.9 miljun ruħAktar minn 4 miljun ruħ ngħataw assistenza alimentariIs-servizzi ta’ protezzjoni kritika ġew offruti lil 1.1 miljun ruħMill-interventi jew provvisti b’rabta mas-saħħa bbenefikaw 5.6 miljun ruħKważi 3.3 miljun ruħ reġgħu kisbu aċċess għal ilma nadif u għal servizzi essenzjali ta’ iġjene u sanità Il-biċċa l-kbira tar-refuġjati Ukreni fl-UE huma integrati tajjebDan huwa partikolarment minnu fl-Estonja, fejn kważi nofs l-Ukreni li jistgħu jaħdmu diġà sabu xogħol. Nappoġġjaw lir-refuġjati li qed jaħarbu mill-gwerraL-inizjattivi CARE (Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa u Assistenza Flessibbli għat-Territorji) introduċew flessibbiltajiet estensivi fil-Politika ta’ Koeżjoni, li jippermettu r-riprogrammazzjoni sa €17-il biljun ta’ fondi mhux allokati għall-perjodu 2014-2020 biex jappoġġjaw lin-nies li qed jaħarbu mill-invażjoni Russa.Il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni ĊiviliPermezz tal-attivazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, l-UE għaddiet b’mod effiċjenti lill-Ukrajna għajnuna mis-27 pajjiż kollha tal-UE, kif ukoll mill-Iżlanda, mill-Maċedonja ta’ Fuq, min-Norveġja, mis-Serbja, u mit-Turkija. Verżjoni f’testAktar minn 2,500 operazzjoni ta’ evakwazzjoni medika mwettqin b’suċċessAktar minn 94,000 tunnellata ta’ assistenza in natura mogħtija, stmata għal aktar minn €760 miljun Nagħmlu użu sħiħ mis-saħħa ekonomika u finanzjarja tal-UE Il-Korsiji ta’ Solidarjetà bejn l-UE u l-Ukrajna ffaċilitaw l-esportazzjoni ta’ kwantità impressjonanti ta’ 49 miljun tunnellata ta’ prodotti agrikoli Ukreni. Dawn il-kurituri vitali mhux biss jiżguraw l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli iżda wkoll l-importazzjoni tal-prodotti bażiċi meħtieġa. Il-valur kummerċjali totali miksub permezz ta’ dan il-kuritur huwa stmat għal madwar €99 biljun. Fi Frar 2023, ġie inkluż patt storiku bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna, li jassoċja lill-Ukrajna mal-Programm tas-Suq Uniku, sforz imfassal biex jiffaċilita l-aċċess għas-suq, irawwem ambjent tan-negozju favorevoli, u jistimula tkabbir sostenibbli fit-tul. Verżjoni f’test€76 biljun mobilizzati mill-UE u l-Istati Membri tagħha b’solidarjetà mal-Ukrajna u mal-poplu tagħha€38.8 biljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika, soċjetali, u finanzjarja ġenerali tal-Ukrajna€20 biljun f’miżuri ta’ għajnuna militari biex jgħinu lill-forzi armati Ukreni 2023L-UE qed tipprovdi pakkett ta’ appoġġ għall-Ukrajna li jitla’ sa €18-il biljun, fil-forma ta’ self konċessjonali ħafna. Bis-saħħa ta’ dan l-appoġġ, l-Ukrajna se tkun tista’ tkompli tħallas il-pagi u l-pensjonijiet u żżomm is-servizzi pubbliċi essenzjali, bħall-isptarijiet, l-iskejjel, u l-akkomodazzjoni għall-persuni rilokati. Jgħin ukoll biex tiġi żgurata l-istabbiltà makroekonomika u titranġa l-infrastruttura kritika meqruda.2022L-UE għaddiet €7.2 biljun f’assistenza makrofinanzjarja biex tiżgura l-operat kontinwu tal-gvern u s-servizzi pubbliċi tal-Ukrajna. Niggarantixxu l-infrastrutturi kritiċi Is-sikurezza nukleariPeress li r-Russja qed tkompli tpoġġi l-installazzjonijiet nukleari ċivili f’riskju, l-UE pprovdiet lill-Ukrajna b’aktar minn €54.8 miljun f’assistenza materjali relatata mas-sikurezza nukleari mir-riżerva strateġika rescEU, bħar-restawr tat-tagħmir u tal-laboratorji.L-enerġijaB’reazzjoni għall-attakki sfaċċati tar-Russja fuq l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna, ittieħdu malajr miżuri ta’ emerġenza. Sa mill-bidu tal-gwerra, l-UE ħadet pass deċiżiv biex tistabbilizza s-sistemi tal-elettriku tal-Ukrajna u tal-Moldova, u ssinkronizzat il-grilji tal-elettriku tagħhom mal-Grilja Ewropea kontinentali. Verżjoni f’test5,760 ġeneratur tal-enerġija fornuti lill-Ukrajna5,700 pannella solari mogħtijin b’donazzjoni lill-Ukrajna It-telekomunikazzjoniIl-Kummissjoni Ewropea nnegozjat b’suċċess mal-operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-UE u tal-Ukrajna biex tippermetti lir-refuġjati Ukreni jużaw il-mobiles tagħhom b’tariffi minimi jew mingħajr tariffi tar-roaming għal perjodu ta’ tliet xhur. Minbarra li għamlet ir-roaming affordabbli, l-UE qassmet 2.5 miljun kard SIM lill-Ukreni li kienu qed ifittxu rifuġju u stabbiliet hotspots tal-Wi-Fi f’punti tal-fruntiera u f’postijiet ta’ kenn. Ngħinu lill-Ukrajna tiddefendi lilha nnifisha €20 biljun f’appoġġ militari għall-Ukrajna (UE + Stati Membri) Il-Faċilità Ewropea għall-Paċi, bil-finanzjament tagħha ta’ €5.6 biljun, ippermettiet il-konsenja ta’ tankijiet, ħelikopters, sistemi tad-difiża tal-ajru, missili, u munizzjon.Il-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-UE b’appoġġ għall-Ukrajna ħarrġet aktar minn 25,000 suldat Ukren. Għaddejjin b’ritmu stabbli biex nilħqu l-mira tagħna li sa tmiem is-sena nkunu tajna taħriġ sħiħ lil 30,000 suldat Ukren .F’Lulju 2023, daħal fis-seħħ l-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (ASAP). Dan ir-Regolament se jipprovdi miżuri speċifiċi u mmirati biex tingħata spinta lill-produzzjoni u tiġi żgurata provvista sigura ta’ munizzjon fl-Ewropa.L-UE saħħet ir-reżiljenza ċibernetika tal-Ukrajna b’investiment ta’ €10 miljun għal tagħmir, software, u appoġġ relatat ieħor. Inżommu lir-Russja responsabbli ta’ għemilha Bħalissa, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna qed jinvestiga aktar minn 100,000 każ ta’ allegati delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità – li huma meqjusin bħala l-aktar ksur gravi tad-dritt internazzjonali. L-UE hija impenjata li tappoġġja l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ dawn id-delitti, fid-dawl tal-ammont dejjem jiżdied ta’ evidenza.L-UE qed tiddedika €7.5 miljun biex tassisti fl-investigazzjonijiet tal-Qorti Kriminali Internazzjonali dwar id-delitti tal-gwerra mwettqin mir-Russja. Il-Kummissjoni appoġġjat ukoll il-ħolqien taċ-Ċentru Internazzjonali għall-prosekuzzjoni tad-delitt ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Iċ-Ċentru, li beda l-operazzjonijiet tiegħu f’Lulju 2023, jappoġġja u jsaħħaħ l-investigazzjonijiet li għaddejjin u dawk futuri dwar id-delitt ta’ aggressjoni u jikkontribwixxi għall-iskambju u l-analiżi tal-evidenza miġbura mill-bidu tal-aggressjoni Russa. © Scott Peterson/Getty ImagesIl-voluntier Konstantin Gudauskas, iben missier Litwan u omm Każakistana, uża l-passaport Każakistani tiegħu biex jivvjaġġa minn ġo territorji okkupati mir-Russja fl-Ukrajna, u għen biex isalvaw aktar minn 200 persuna fir-reġjun ta’ Kiev, b’mod partikolari f’Bucha. L-Ukreni laqqmuh l-“Anġlu ta’ Bucha”. Nimponu sanzjonijiet biex indgħajfu l-magna tal-gwerra tar-Russja 11-il pakkett ta’ sanzjonijiet b’saħħithom kontra r-Russja promulgati mill-UEDawn is-sanzjonijiet jolqtu l-qalba tal-ekonomija tar-Russja, billi jċaħħduha minn teknoloġiji u swieq ewlenin, u jfixklu serjament il-kapaċità tal-Kremlin li jiffinanzja u jmexxi l-gwerra. Verżjoni f’testKważi 1,800 individwu u entità sanzjonati mill-UEAktar minn €24 biljun f’assi ffriżati li huma proprjetà ta’ individwi Russi fl-UEMadwar 70% tal-assi tas-sistema bankarja Russa jinsabu taħt sanzjonijiet strettiAktar minn €200 biljun ta’ assi tal-Bank Ċentrali Russu mobilizzati fl-UE Ġew adottati wkoll sanzjonijiet mill-UE kontra l-Belarussja b’reazzjoni għall-involviment tagħha fl-invażjoni tal-Ukrajna. L-Iran ġie ssanzjonat ukoll fir-rigward tal-manifattura u l-provvista ta’ droni użati biex jattakkaw l-Ukrajna. L-UE ppromulgat ukoll “klawżola kontra ċ-ċirkomvenzjoni” stretta li tipprojbixxi liċ-ċittadini jew lin-negozji tal-UE milli jevitaw is-sanzjonijiet konxjament u intenzjonalment. Nibnu mill-ġdid u nappoġġjaw lill-Ukrajna fit-triq Ewropea tagħha Il-futur tal-Ukrajna jinsab fl-Unjoni Ewropea. Dan l-impenn ġie kkonfermat matul l-ewwel laqgħa li qatt saret bejn il-Kulleġġ tal-Kummissarji Ewropej u l-Gvern Ukren, u s-Summit bejn l-UE u l-Ukrajna fi Frar 2023. Minn Ġunju 2022 ’l hawn, l-Ukrajna ngħatat l-istatus ta’ kandidat, bil-kundizzjoni li twettaq riformi ewlenin. L-Ukrajna għamlet progress fir-rigward tal-passi ta’ riforma meħtieġa deskritti fl-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Ukrajna għas-sħubija fl-UE. Minkejja l-gwerra li għaddejja, l-UE diġà bdiet issawwar il-pedamenti tar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, u nbdew sforzi internazzjonali. Verżjoni f’testAktar minn 2,800 faċilità edukattivasaritilhom ħsara jew inqerduImpenn ta’ €100 miljun mill-UE biex tiffinanzja r-riabilitazzjoni tal-iskejjel li ġarrbu ħsaratIngħataw €14-il miljun u appoġġ addizzjonali permezz tal-kampanja “Xarabanks tal-iskola għall-Ukrajna” li saret fi 11-il Stat Membru tal-UE. Saret donazzjoni ta’ 300 xarabank, li huma essenzjali biex it-tfal Ukreni jitwasslu b’mod sikur fl-iskejjel tagħhomL-aggressjoni tar-Russja affettwat 5.7 miljun tifel u tifla tal-età tal-iskola Ġunju 2023Faċilità proposta għall-Ukrajna b’valur sa €50 biljun fil-baġit tal-UE, ippjanata għall-perjodu 2024-2027 biex tindirizza kemm il-ħtiġijiet immedjati ta’ rkupru kif ukoll l-isforzi ta’ modernizzazzjoni fuq terminu medju fid-dawl tal-implimentazzjoni ta’ riformi ewlenin fit-triq tal-adeżjoni tagħha mal-UEJannar 2023Il-Pjattaforma ta’ Koordinazzjoni tad-Donaturi,li tinkludi diversi aġenziji, tnediet biex tiffaċilita l-koordinazzjoni fost id-donaturi internazzjonali u l-organizzazzjonijiet finanzjarji sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ jingħata b’mod koerenti, trasparenti, u responsabbliOttubru 2022Il-Kummissjoni Ewropea u l-Ġermanja, li dak iż-żmien kellha l-Presidenza tal-G7, ospitaw b’mod konġunt f’Berlin il-Konferenza Internazzjonali tal-Esperti dwar l-Irkupru, ir-Rikostruzzjoni, u l-Modernizzazzjoni tal-Ukrajna It-tekniċi Kroati tat-tneħħija tal-mini diġà qed jaqsmu l-kompetenza tagħhom ma’ esperti mill-Ukrajna. B’konsegwenza tal-gwerra tas-snin disgħin, il-Kroazja hija l-uniku Stat Membru tal-UE li għadu qed ineħħi l-mini mill-art tiegħu, b’appoġġ ta’ €120 miljun mill-UE li jkopri sal-2027. L-esperjenza iebsa tal-gwerra armat lill-Kroazja b’ħiliet imprezzabbli li bihom tista’ tgħin lill-Ukrajna tirkupra u tibni mill-ġdid. Niftħu fażi ġdida fl-unifikazzjoni tal-kontinent tagħna It-tkexkixa mill-gwerra ta’ aggressjoni ta’ Putin inħasset immedjatament fis-sitt pajjiżi sħabna tal-Balkani tal-Punent. Estendejna lill-Balkani tal-Punent l-istess miżuri ta’ solidarjetà li ħadna fi ħdan l-Unjoni tagħna. F’Diċembru 2022, kellna Summit storiku bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, li għall-ewwel darba sar fir-reġjun. F’Ġunju 2023, il-President von der Leyen żvelat pjan ġdid ta’ tkabbir għall-Balkani tal-Punent. F’Ġunju 2023, fit-tieni laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea, il-President von der Leyen ħabbret pakkett ġdid ta’ appoġġ ta’ €300 miljun biex jgħin lill-Moldova tiffaċċja l-isfida ta’ gwerra fuq l-għatba tagħha, u biex tħaffef l-integrazzjoni Ewropea tagħha. Insaħħu d-difiża Ewropea Minħabba t-theddida kontinwa u palpabbli mir-Russja, is-sħubija strateġika bejn l-UE u n-NATO laħqet livelli ġodda ta’ kooperazzjoni bl-iffirmar tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO f’Jannar 2023. Wara l-konklużjoni tad-diskussjonijiet tal-adeżjoni, il-Finlandja u l-Iżvezja iffirmaw il-protokolli tal-adeżjoni tan-NATO fil-5 ta’ Lulju 2022. Il-Finlandja ssieħbet uffiċjalment bħala l-31 Stat Membru tan-NATO fl-4 ta’ April 2023. Kien hemm ukoll spinta fil-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża tal-UE. F’referendum fl-1 ta’ Ġunju 2022, il-votanti Daniżi appoġġjaw lid-Danimarka biex tissieħeb fil-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni tal-UEu b’hekk, wara 30 sena, intemmet in-nonparteċipazzjoni tad-Danimarka fil-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tad-difiża. Mill-2021 ’l hawn, il-Kummissjoni bdiet u implimentat b’suċċess il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF, European Defence Fund). S’issa, il-proġetti rċevew aktar minn €3 biljun – investiment fit-teknoloġiji u s-sistemi tad-difiża ta’ għada. Fl-2023, l-EDF se jinjetta €1.2 biljun oħrajn fi proġetti f’oqsma kruċjali tad-difiża, bħall-għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju, il-ġlieda kontra l-missili ipersoniċi, u l-iżvilupp ta’ prototip ta’ korvetta ta’ pattulja Ewropea. Dokumenti Pubblikazzjonijiet ġenerali8 Settembru 2023L-Istat tal-Unjoni 2023 — Dokumenti Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: id-data f’din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fit-8 ta’ Settembru 2023 Progress f’oqsma oħrajnNinvestu fil-prosperità tal-EwropaNibnu ekonomija ekoloġika u diġitali ġusta għal kulħaddNibnu r-reżiljenza tas-soċjetà EwropeaNipproteġu u nsaħħu l-valuri demokratiċi u d-drittijiet tagħna għal soċjetà inklużiva
Spalla ma’ spalla mal-Ukrajna għal kemm hemm bżonnIr-rispons tagħna għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kien ċar, u jrid ikun wieħed dejjiemi.L-isforzi tagħna biex naħdmu għal paċi ġusta:Nipprovdu għajnuna u appoġġ lill-poplu tal-UkrajnaNgħinu biex jinżammu l-infrastrutturi kritiċi fl-UkrajnaNuru solidarjetà mal-Ukrajna, nagħmlu użu sħiħ mill-ekonomija u l-finanzi tal-UENgħinu lill-Ukrajna tiddefendi lilha nnifisha, infornu tagħmir militari lill-Ukrajna u nħarrġu lis-suldati UkreniInżommu lir-Russja responsabbli ta’ għemilha u nimponu sanzjonijiet biex indgħajfu l-magna tal-gwerra tar-RussjaNibnu mill-ġdid u nappoġġjaw lill-Ukrajna fit-triq Ewropea tagħha
© Scott Peterson/Getty ImagesIl-voluntier Konstantin Gudauskas, iben missier Litwan u omm Każakistana, uża l-passaport Każakistani tiegħu biex jivvjaġġa minn ġo territorji okkupati mir-Russja fl-Ukrajna, u għen biex isalvaw aktar minn 200 persuna fir-reġjun ta’ Kiev, b’mod partikolari f’Bucha. L-Ukreni laqqmuh l-“Anġlu ta’ Bucha”.
It-tekniċi Kroati tat-tneħħija tal-mini diġà qed jaqsmu l-kompetenza tagħhom ma’ esperti mill-Ukrajna. B’konsegwenza tal-gwerra tas-snin disgħin, il-Kroazja hija l-uniku Stat Membru tal-UE li għadu qed ineħħi l-mini mill-art tiegħu, b’appoġġ ta’ €120 miljun mill-UE li jkopri sal-2027. L-esperjenza iebsa tal-gwerra armat lill-Kroazja b’ħiliet imprezzabbli li bihom tista’ tgħin lill-Ukrajna tirkupra u tibni mill-ġdid.
Minħabba t-theddida kontinwa u palpabbli mir-Russja, is-sħubija strateġika bejn l-UE u n-NATO laħqet livelli ġodda ta’ kooperazzjoni bl-iffirmar tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO f’Jannar 2023. Wara l-konklużjoni tad-diskussjonijiet tal-adeżjoni, il-Finlandja u l-Iżvezja iffirmaw il-protokolli tal-adeżjoni tan-NATO fil-5 ta’ Lulju 2022. Il-Finlandja ssieħbet uffiċjalment bħala l-31 Stat Membru tan-NATO fl-4 ta’ April 2023.
Nibnu r-reżiljenza tas-soċjetà EwropeaNipproteġu u nsaħħu l-valuri demokratiċi u d-drittijiet tagħna għal soċjetà inklużiva