Dan hu l-mument li fih nuru lill-ġenerazzjoni li tiela’ li nistgħu nibnu kontinent fejn tista’ tkun dak li int, tħobb lil min trid, u timmira fl-għoli kemm trid. Kontinent rikonċiljat man-natura u li juri t-triq ’il quddiem fil-qasam tat-teknoloġiji ġodda. Kontinent magħqud fil-ħelsien u s-sliem. Dan huwa l-mument li fih għal darb’oħra l-Ewropa tilqa’ l-appuntament mal-istorja.
Inwittu t-triq tal-futur Ewropew tagħna
Fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni fit-13 ta’ Settembru 2023, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen iddeskriviet il-prijoritajiet ewlenin u l-inizjattivi ewlenin għas-sena li kien imiss, fuq il-bażi tas-suċċessi u l-kisbiet tal-Unjoni Ewropea fis-snin li għaddew.
Inizjattivi proposti
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew- Il-Pakkett Ewropew dwar l-Enerġija mir-Riħ
- Il-mira klimatika għall-2040
- L-Inizjattiva dwar ir-Reżiljenza tal-Ilma
Ewropa Lesta għall-Era Diġitali- Il-liġi tal-UE dwar l-Ispazju
- L-Istrateġija dwar l-Ekonomija tad-Data Spazjali
- L-inizjattiva biex il-kapaċità tas-superkompjuters Ewropej tinfetaħ għal start-ups etiċi u responsabbli tal-IA
Ekonomija għas-Servizz tan-Nies- L-Inizjattiva tal-UE dwar il-Bijoteknoloġija u l-Bijomanifattura
- Is-segwitu għas-Summit ta’ Val Duchesse
- Materjali avvanzati għat-tmexxija industrijali
- L-inizjattiva dwar ir-regoli dwar il-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet
Ewropa Aktar b’Saħħitha fid-Dinja- It-tisħiħ tas-sħubija mal-Afrika
- L-Istrateġija għall-Industrija tad-Difiża Ewropea
Il-Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna- L-estensjoni tal-Protezzjoni Temporanja għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna
- Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, inkluża l-Alleanza Ewropea tal-Portijiet
- L-aġġornament tal-qafas legali u tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti
- Il-Lawrja Ewropea Konġunta
Spinta ġdida għad-demokrazija Ewropea- Il-Komunikazzjoni dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżami tal-politika
- Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal
L-ittra ta’ intenzjoni
Il-President von der Leyen bagħtet ukoll ittra ta’ intenzjoni lill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, u lill-Prim Ministru ta’ Spanja, Pedro Sánchez, li pajjiżu bħalissa għandu l-Presidenza tal-Kunsill. Fiha tat dettalji dwar l-azzjonijiet li l-Kummissjoni kienet beħsiebha tieħu fis-sena li kien imiss permezz ta’ leġiżlazzjoni u inizjattivi oħrajn.
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska
Il-Kummissjoni von der Leyen: xi nkiseb fil-perjodu 2022-2023
Matul l-aħħar sena, l-Ewropej irnexxielhom jegħlbu kriżi tal-enerġija, laqgħu miljuni ta’ refuġjati Ukreni fi djarhom kaġun tal-akbar spostament tan-nies mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn, u taw spinta lill-ekonomija b’investimenti Ewropej mingħajr preċedent
Kienet sena oħra ta’ sfidi mingħajr preċedent u l-UE reġgħet uriet kemm hi kapaċi taffronta ċ-ċirkustanzi tal-mument.
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska




