Mur għall-kontenut ewlieni

Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Kif beda kollox

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa kienet sensiela ta' dibattiti u diskussjonijiet immexxija miċ-ċittadini li damu għaddejjin minn April 2021 sa Mejju 2022 u li ppermettew lin-nies mill-Ewropa kollha jaqsmu l-ideat tagħhom u jgħinu fit-tiswir tal-futur komuni tagħna.

Il-Konferenza kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha: bħala eżerċizzju demokratiku pan-Ewropew ewlieni, b’dibattiti mmexxijin miċ-ċittadini li jippermettu lin-nies mill-Ewropa kollha jaqsmu l-ideat tagħhom u jgħinu fit-tiswir tal-futur komuni tagħna. Dan sar permezz ta' Pjattaforma Diġitali Multilingwi innovattiva fejn kwalunkwe Ewropew seta' jaqsam l-ideat, kemm permezz tal-panels nazzjonali kif ukoll permezz tal-Panels taċ-Ċittadini Ewropej.

B’aktar minn 5 miljun viżitatur uniku fil-pjattaforma u b’aktar minn 700,000 parteċipant fl-avveniment, il-Konferenza rnexxielha toħloq forum pubbliku għal dibattitu miftuħ, inklużiv u trasparenti maċ-ċittadini dwar numri ta’ prijoritajiet u sfidi ewlenin.

Aqra aktar dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (arkivjata)

Rapporti u proposti finali

Wara vjaġġ eċċezzjonali ta’ sena ta’ diskussjonijiet, deliberazzjonijiet u kollaborazzjoni minn ċittadini mill-Ewropa kollha, dwar it-tip ta’ Ewropa li jixtiequ jgħixu fiha, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ntemmet uffiċjalment fid-9 ta’ Mejju 2022 – Jum l-Ewropa – fi Strasburgu. F’dan il-jum, il-Kopresidenti tal-Bord Eżekuttiv tal-Konferenza ppreżentaw rapport finali li fih id-49 proposta lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.  

Dawn il-proposti koprew disa’ suġġetti: it-tibdil fil-klima u l-ambjent; is-saħħa; ekonomija aktar b’saħħitha, il-ġustizzja soċjali u l-impjiegi; l-UE fid-dinja; il-valuri u d-drittijiet, l-istat tad-dritt, is-sigurtà; it-trasformazzjoni diġitali; id-demokrazija Ewropea; il-migrazzjoni; l-edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ u l-isport. Dawn inkludew objettivi ġenerali u aktar minn 300 miżura konkreta, u t-tliet istituzzjonijiet issa qed jeżaminaw kif għandhom ikomplu jaħdmu fuqhom b’mod effettiv, kull waħda fl-isferi ta’ kompetenzi tagħha stess u f’konformità mat-Trattati.

Is-segwitu tal-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-Konferenza

Fis-17 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni li toffri valutazzjoni dettaljata ta’ dak li hu meħtieġ biex jingħata segwitu għall-proposti tal-Konferenza. Din tagħti ħarsa ġenerali lejn il-passi li jmiss, tistabbilixxi kif l-aħjar nitgħallmu mill-Konferenza u tinkorpora d-demokrazija parteċipattiva fil-politika u t-tfassil tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. Pereżempju, filwaqt li tibni fuq is-suċċess tal-Panels taċ-Ċittadini Ewropej, il-Kummissjoni se tippermetti lil dawn il-panels jiddeliberaw u jagħmlu rakkomandazzjonijiet qabel ċerti proposti ewlenin, bħala parti mit-tfassil usa’ tal-politika tagħha u f’konformità mal-prinċipji ta’ Regolamentazzjoni Aħjar. Il-Kummissjoni qed torganizza l-ewwel ġenerazzjoni ġdida ta’ panel taċ-ċittadini dwar kif tista’ tiżdied l-azzjoni biex titnaqqas il-ħela tal-ikel fl-UE.

Panels taċ-ċittadini Ewropej

Il-President von der Leyen ħabbret l-ewwel sett ta’ proposti ġodda fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni f’Settembru 2022, kif ukoll fl-Ittra ta’ Intenzjoni li takkumpanjah. Dawn il-proposti ġew inklużi wkoll fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2023. F’Diċembru tal-2022 ġie organizzat avveniment ta’ feedback, biex iċ-ċittadini li ħadu sehem fil-Konferenza jinżammu infurmati u biex jinżamm il-momentum. Dan l-avveniment kien opportunità biex jiġi spjegat liċ-ċittadini kif it-tliet istituzzjonijiet tal-UE qed isegwu l-proposti mill-Konferenza.

Dwar il-konferenza

       
President von der Leyen
Għidtulna li tixtiequ tibnu futur aħjar billi jiġu ssodisfati l-wegħdiet l-aktar dejjiema tal-passat. Wegħdiet ta’ paċi u prosperità, ġustizzja u progress; ta’ Ewropa li hi soċjali u sostenibbli, li tieħu ħsieb u li hi qalbiena. Għidtulna fejn tixtiequ li tmur din l-Ewropa. U issa hija r-responsabbiltà tagħna li nieħdu l-aktar triq dritta, billi nużaw il-limiti sħaħ ta’ dak li nistgħu nagħmlu fi ħdan it-Trattati, jew billi nbiddlu t-Trattati jekk ikun hemm bżonn.

Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea

Kienet parti mill-wegħda tal-President von der Leyen li tagħti lill-Ewropej vuċi akbar dwar x’tagħmel l-UE u kif taħdem għalihom. L-Ewropej kollha - huma min huma u jinsabu fejn jinsabu - setgħu jieħdu sehem.

Il-Konferenza kellha l-għan li tirrifletti d-diversità tagħna, u li twassal lill-Ewropa lil hinn mill-bliet kapitali tagħha, biex b'hekk tilħaq kull rokna tal-UE u ssaħħaħ ir-rabta bejn l-Ewropej u l-istituzzjonijiet li jaqduhom. Għamlet dan permezz ta’ għadd kbir ta’ avvenimenti u dibattiti organizzati fl-UE kollha, kif ukoll permezz ta’ pjattaforma diġitali multilingwi. U rnexxielha: sa Mejju 2022 il-pjattaforma kienet irċeviet kważi 5 miljun viżitatur uniku u aktar minn 50,000 parteċipant attiv kienu ħadu sehem fi 18,000 dibattitu u f’aktar minn 6,500 avveniment irreġistrat.  

Iż-żgħażagħ b’mod partikolari kienu mħeġġa jieħdu sehem u jixxerjaw l-ideat tagħhom. L-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll is-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet oħrajn setgħu wkoll jorganizzaw avvenimenti biex jinvolvu kemm jista’ jkun nies.

Videos

Il-Konferenza fil-qosor

 

Esperjenza tal-membri tal-panels Ewropej

 

L-aktar reċenti

Dokumenti

 

  • 17 ĠUNJU 2022
Communication on the Conference on the Future of Europe

 

  • 17 ĠUNJU 2022
Annex to the Communication on the Conference on the Future of Europe

 

  • 13 MEJJU 2022
Factsheet - Conference on the Future of Europe - Report on the final outcome

 

  • 9 MEJJU 2022
Conference on the Future of Europe: Report on the final outcome

 

  • 8 MARZU 2021
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL

 

  • 22 JANNAR 2020
Communication: Shaping the Conference on the Future of Europe

 

Skedi informattivi

  • 10 ĠUNJU 2021
Factsheet - Conference Roll-out

 

  • 10 ĠUNJU 2021
Factsheet - Digital Platform