Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer
Il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer huwa impenn politiku li jbiddel kif sejrin l-affarijiet kontra l-kanċer u pass ieħor lejn Unjoni Ewropea tas-Saħħa b’saħħitha u UE aktar sigura, imħejjija aħjar u aktar reżiljenti.
Fl-2024, 2.7 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea ġew dijanjostikati bil-kanċer, u 1.3 miljun ruħ oħra tilfu ħajjithom minħabba fih, inklużi aktar minn 2,000 żagħżugħ u żagħżugħa. Jekk ma niħdux azzjoni deċiżiva issa, il-każijiet tal-kanċer se jiżdiedu b’24% sal-2035, u jsir il-kawża ewlenija tal-mewt fl-UE.
L-azzjonijiet skont il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer huma appoġġati minn diversi programmi ta’ finanzjament, inklużi l-programm l-UE għas-Saħħa, Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali.
Flimkien, l-UE tista’ taħdem lejn:
- ġenerazzjoni ħielsa mit-tabakk: billi tiżgura li anqas minn 5% tal-popolazzjoni tuża t-tabakk sal-2040
- tnaqqis tal-konsum tal-alkoħol li jagħmel il-ħsara f’konformità mal-miri tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (tnaqqis relattiv ta’ mill-anqas 10% fl-użu tal-alkoħol li jagħmel il-ħsara sal-2025) u tnaqqis fl-esponiment taż-żgħażagħ għall-kummerċjalizzazzjoni tal-alkoħol
- tnaqqis tat-tniġġis ambjentali permezz tal-allinjament tal-istandards tal-kwalità tal-arja tal-UE mal-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u tnaqqis fl-esponiment għas-sustanzi karċinoġeniċi u għar-radjazzjoni
- titjib tal-għarfien u l-litteriżmu dwar is-saħħa biex jiġu promossi stili ta’ ħajja aħjar għas-saħħa

F’Ġunju 2024, ġiet adottata Rakkomandazzjoni ġdida biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jipprevjenu l-kanċer permezz tat-tilqim. Bħala parti mill-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer u pilastru ewlieni tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, dan jiffoka fuq it-tisħiħ tal-adozzjoni ta’ żewġ tilqimiet ewlenin li jistgħu jipprevjenu infezzjonijiet virali li jistgħu jwasslu għall-kanċer: il-viruses tal-papilloma uman (HPV) u l-virus tal-Epatite B (HBV), kif ukoll it-titjib tal-monitoraġġ tar-rati ta’ kopertura.
Miri tal-Pjan kontra l-Kanċer għall-2030
Titjib tad-detezzjoni bikrija tal-kanċer
Detezzjoni bikrija permezz tal-iskrinjar tista’ tgħin biex issalva l-ħajjiet. Iżda l-inugwaljanzi fl-aċċess bejn l-Istati Membri għadhom jippersistu.
In-numru ta’ persuni f’riskju li qed jiġu ttestjati jvarja bejn l-Istati Membri. Dan ivarja minn
Bl-approċċ il-ġdid għad-detezzjoni tal-kanċer adottat f’Diċembru 2022, il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri biex jiżguraw li 90% tal-popolazzjoni tal-UE li tikkwalifika għall-iskrinjar tal-kanċer tas-sider, tal-għonq tal-utru u tal-musrana tiġi offruta tali skrinjar. Ir-Rakkomandazzjoni tipproponi wkoll l-espansjoni tal-iskrinjar organizzat tal-kanċer ibbażat fuq il-popolazzjoni għall-kanċers tal-pulmun, tal-prostata u, f’ċerti ċirkostanzi, tal-istonku, abbażi ta’ aktar riċerka.
Kulħadd għandu jkollu l-istess dritt għall-kura, id-dijanjosi u t-trattament ta’ kwalità għolja, l-istess aċċess għall-mediċini, u l-istess tama ta’ sopravivenza, irrispettivament minn fejn jgħix.
Iżda r-rati ta’ sopravivenza wara t-trattament għall-kanċer tas-sider ivarjaw b’20% bejn il-pajjiżi u s-sopravivenza wara ħames snin għall-kanċer tal-kolon tvarja minn 49% sa 68%.
Il-Pjan tal-UE Kontra l-Kanċer jipprevedi pjattaforma tal-UE biex jittejjeb l-aċċess għall-mediċini kontra l-kanċer kif ukoll appoġġ għall-forza tax-xogħol fil-kura tal-kanċer permezz ta’ programm ta’ taħriġ interspeċjalizzat li qed jiġi implimentat f’aktar minn 100 ċentru tal-kanċer madwar l-UE.
Il-Kummissjoni qed timmira wkoll li ssaħħaħ il-kapaċitajiet diġitali taċ-ċentri tal-kanċer. Dan jinkludi l-espansjoni tal-użu tat-telemediċina u tal-monitoraġġ elettroniku mill-bogħod b’inizjattiva ġdida, eCAN Plus, imnedija f’Ġunju 2025.

Titjib tal-kwalità tal-ħajja għall-pazjenti bil-kanċer u għall-persuni li fiequ mill-kanċer.
Hu stmat li fl-Ewropa hemm aktar minn 12-il miljun persuna li fiequ mill-kanċer, inklużi madwar 300,000 persuna li fiequ mill-kanċer fit-tfulija, bis-saħħa ta’ avvanzi fid-detezzjoni bikrija, terapiji effettivi u kura ta’ appoġġ.
Bis-saħħa tal-avvanzi fid-detezzjoni bikrija, fit-terapiji effettivi u fil-kura ta’ appoġġ, huwa stmat li hemm
inklużi madwar 300,000 persuna li fiequ mill-kanċer fit-tfulija
Filwaqt li dan jagħti lok għall-ottimiżmu, hemm bżonn ukoll ta’ kura ta’ segwitu xierqa u aċċess għall-protezzjoni soċjali.
Inizjattivi ewlenin
- Ċentru tal-Għarfien dwar il-Kanċer
- Dijanjostika u Trattament tal-Kanċer għal Kulħadd
- Inizjattiva Ewropea dwar l-Immaġnijiet tal-Kanċer
- Inizjattiva Ewropea biex Nifhmu l-Kanċer
- Eliminazzjoni tal-kanċers ikkawżati mill-virus tal-papilloma uman
- Inizjattiva għal ħajja aħjar għall-pazjenti bil-kanċer
- Skema tal-UE għall-Iskrinjar tal-Kanċer
- Reġistru tal-Inugwaljanzi b’rabta mal-Kanċer
- Network tal-UE ta’ Ċentri Nazzjonali Komprensivi tal-Kanċer
- Inizjattiva Għajnuna għat-Tfal bil-Kanċer
- Networks Ġodda ta’ Għarfien Espert (għall-oqsma orizzontali tal-kanċer)
Dokumenti
- 4 FRAR 2025
- 22 MEJJU 2024
- 2 FRAR 2022
- 31 JANNAR 2022
- 5 FRAR 2021
- 3 FRAR 2021
- български(456.2 KB - HTML)
- español(362.09 KB - HTML)
- čeština(352.29 KB - HTML)
- dansk(349.71 KB - HTML)
- Deutsch(364.62 KB - HTML)
- eesti(343.55 KB - HTML)
- ελληνικά(463.84 KB - HTML)
- English(339.46 KB - HTML)
- français(372.65 KB - HTML)
- hrvatski(344.11 KB - HTML)
- italiano(359.9 KB - HTML)
- latviešu(352.56 KB - HTML)
- lietuvių(355.52 KB - HTML)
- magyar(370.12 KB - HTML)
- Nederlands(358.24 KB - HTML)
- polski(366.44 KB - HTML)
- português(358.78 KB - HTML)
- română(370.3 KB - HTML)
- slovenčina(361.02 KB - HTML)
- slovenščina(347.3 KB - HTML)
- suomi(352.2 KB - HTML)
- svenska(346.13 KB - HTML)
- 3 FRAR 2021
- Deutsch(HTML)
- français(HTML)
Links relatati
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 24 April 2026