Page contents Page contents Merħba fil-ProtokollIr-rwol tas-Servizz tal-Protokoll huwa li jiffaċilita l-kuntatti diplomatiċi ta’ livell għoli bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jew l-istati terzi, kif ukoll bejn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.Is-Servizz tal-Protokoll jaħdem ma’ dipartimenti oħra biex itejjeb l-immaġni pożittiva tal-Kummissjoni Ewropea kemm f’għajnejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-Istati terzi kif ukoll istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u l-pubbliku ġenerali, u b’hekk jikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali tal-Kummissjoni.Il-Protokoll huwa għodda li biha jissawwar kuntest favorevoli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi. Meta mistieden iħossu stmat, hemm iktar ċans li jaqdi rwol produttiv fin-negozjati li jkun ġie biex jipparteċipa fihom.Il-kompitu ewlieni tal-Protokoll huwa li jinstabu soluzzjonijiet raġonevoli u loġiċi għal sitwazzjonijiet li bilfors jinqalgħu, kemm jekk previsti kif ukoll jekk le. Madankollu, wieħed ma jistax ikun flessibbli jekk ma jkunx jaf sew ir-regoli li normalment japplikaw.L-ispirtu tal-Protokoll fil-Kummissjoni Ewropea jrid ikun modern, adattabbli u funzjonali. Biex jinkiteb protokoll "Ewropew", għandhom jitqiesu bosta kulturi u tradizzjonijiet nazzjonali, u l-protokoll li jissawwar se jkun wieħed kemxejn inqas formali u aktar minimalist minn dak li wieħed normalment jistenna.Fil-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz tal-Protokoll jinsab fis-Segretarjat Ġenerali u huwa mmexxi mill-Aġent Kap tal-Protokoll, is-Sinjura Pernilla Sjölin.Ikkuntattja lit-tim tal-protokollX’inhu l-Protokoll?Il-Protokoll huwa deskritt, ġeneralment, bħala sett ta’ regoli ta’ korteżija aċċettati u rikonoxxuti internazzjonalment. Dawn ir-regoli, proċeduri, konvenzjonijiet u ċerimonji tradizzjonali u ankrati tant tajjeb, ġew stabbiliti biex jagħmluha eħfef għan-nazzjonijiet u għan-nies li jgħixu u jaħdmu flimkien. Il-Protokoll jista’ jitqies ukoll bħala l-kodiċi ta’ proċedura jew imġiba aċċettata jew stabbilita fi kwalunkwe grupp, organizzazzjoni jew sitwazzjoni.It-terminu protokoll huwa derivat mill-kelma Griega protokollan (l-ewwel kolla). Din ġejja minn meta kienet titwaħħal folja fuq in-naħa ta’ quddiem ta’ dokument biex jiġi ppreservat meta tissiġillah, li kien jagħtih awtentiċità addizzjonali. Fil-bidu, it-terminu protokoll kien relatat mad-diversi forom ta’ interazzjoni osservati fil-korrispondenza uffiċjali bejn l-istati, li spiss kienu ta’ natura elaborata. Madankollu, maż-żmien, sar ikopri firxa ħafna usa’ ta’ relazzjonijiet internazzjonali.L-Unjoni Ewropea għandha relazzjonijiet diplomatiċi mal-192 Stat Membru tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi s-27 Stat Membru tal-UE, u s-Santa Sede. Hija akkreditat wkoll lill-Kapijiet tad-Delegazzjoni fil-Gżejjer Cook u f’Niue, u għandha rappreżentanzi fix-Xatt tal-Punent u f’Gaża, fi New Caledonia, fit-Tajwan, f’Hong Kong u fil-Kosovo. Dokumenti 20 JANNAR 2022The Vienna Convention Links relatati Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna - SEAE