X’inhi l-Global Gateway?
Il-Global Gateway hija l-istrateġija tal-UE biex tinvesti f’konnessjonijiet sostenibbli u fdati li jaħdmu għan-nies u għall-pjaneta. Din tiffoka fuq it-tisħiħ ta’ rabtiet intelliġenti, nodfa u siguri f’oqsma bħad-diġitali, l-enerġija u t-trasport, u fl-istess waqt isaħħaħ is-sistemi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tar-riċerka.
Din tindirizza wħud mill-aktar sfidi dinjin urġenti, mill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, sat-titjib tas-sistemi tas-saħħa, u t-tisħiħ tal-kompetittività u s-sigurtà tal-ktajjen tal-provvista.
Il-Global Gateway hi wkoll il-kontribut tal-UE biex jonqos id-distakk dinji fl-investiment. Din
Għal xiex ikkontribwiet il-Global Gateway?
Mill-2021 ’l hawn, Tim Ewropa mmobilizza aktar minn €306 biljun għal proġetti ta’ kwalità għolja u sostenibbli li
L-ewwel tappa tal-Global Gateway kienet il-Pakkett ta’ Investiment Afrika-Ewropa b’investiment ta’ madwar €150 biljun, maħsub apposta biex jissaħħu s-sħubijiet mal-Afrika. Il-Global Gateway qed tiġi implimentata wkoll fl-Asja u l-Paċifiku u fl-Amerka t’Isfel u l-Karibew.
Sal-lum, tnedew aktar minn 250 proġett ewlieni madwar id-dinja.
Prinċipji
Il-mudell Ewropew tal-konnettività fdata fil-pajjiżi sħab iħares fit-tul u jaqbel mal-interessi u l-valuri tal-UE: l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, u n-normi u l-istandards internazzjonali. Hu dwar
- investimenti intelliġenti, nodfa u siguri f’infrastruttura ta’ kwalità
- konnettività tal-oġġetti, tan-nies u tas-servizzi madwar id-dinja b’mod sostenibbli
Inizjattivi skont ir-reġjun jew il-pajjiż
Il-Global Gateway titwettaq bi proġetti fl-Amerka t’Isfel u l-Karibew; fil-Lvant Nofsani, l-Asja u l-Paċifiku; u fl-Afrika sub-Saħarjana.
Appoġġ mobilizzat minn Tim Ewropa
Il-Global Gateway se titwettaq bl-approċċ ta’ Tim Ewropa, li jlaqqa’ flimkien lill-UE u lill-Istati Membri tal-UE mal-istituzzjonijiet finanzjarji u tal-iżvilupp tagħhom. Għandha l-għan ukoll li timmobilizza lis-settur privat ħalli jingrana l-investimenti għal impatt trasformattiv.
Il-Global Gateway tistrieħ fuq l-għodod finanzjarji l-ġodda fil-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE 2021-2027, b’mod partikolari l-Istrument tal-Viċinat, tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) - Ewropa Globali, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) III, il-parti diġitali u internazzjonali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, iżda anki l-Interreg, InvestEU u Orizzont Ewropa, il-programm tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE.
Dokumenti
Find infographics that give an overview of projects around the world in 2023
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska
- Deutsch
- français
- Deutsch
- français
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 8 Mejju 2026


