Verżjoni faċli biex tinqara: Din il-verżjoni tuża lingwaġġ u definizzjonijiet sempliċi biex l-informazzjoni tkun aktar faċli biex tinftiehem.
Kull sena, il-President1 tal-Kummissjoni2 Ewropea tagħmel diskors importanti.
L-isem tad-diskors huwa l-Istat tal-Unjoni.
Il-President tagħmel id-diskors fil-Parlament Ewropew3.
Il-Membri kollha tal-Parlament Ewropew4 jisimgħu d-diskors.
Il-poplu tal-Unjoni Ewropea5 jivvota għall-Membri tal-Parlament Ewropew.
Definizzjonijiet
- Il-President tmexxi l-Kummissjoni Ewropea.
Il-President tagħmel id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni kull sena. - Il-Kummissjoni Ewropea hija grupp ta’ nies.
Huma jissuġġerixxu liġijiet u pjanijiet ġodda għall-Unjoni Ewropea. - Il-Parlament Ewropew huwa grupp ta’ nies.
Il-poplu tal-Unjoni Ewropea jivvota għalihom.
Huma jiddeċiedu dwar liġijiet ġodda. - Il-membri tal-Parlament Ewropew huma l-persuni fil-Parlament Ewropew.
Il-poplu tal-Unjoni Ewropea jivvota għalihom. - L-Unjoni Ewropea hi grupp ta’ 27 pajjiż fl-Ewropa.
Dawn il-pajjiżi jaħdmu flimkien.
Dawn jagħmlu xi liġijiet flimkien.
Dwar xiex inhu d-diskors?
- Il-President titkellem dwar is-sena li għaddiet.
- Il-President tgħid x’inhu importanti għall-Unjoni Ewropea bħalissa.
- Il-President tħabbar pjanijiet ġodda.
Il-Kummissjoni Ewropea ssejjaħ lil dawn il-pjanijiet ġodda inizjattivi6.
Is-sena d-dieħla l-Kummissjoni Ewropea se taħdem fuq dawn l-inizjattivi.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha wkoll pjan akbar.
Il-pjan akbar huwa għal 5 snin.
L-inizjattivi huma parti mill-pjan akbar.
Definizzjoni
6. Inizjattiva hija pjan ġdid jew idea ġdida biex issir liġi.
Il-Kummissjoni Ewropea trid taħdem fuqha.
Għaliex il-President tagħmel id-diskors?
- Il-President tmexxi l-Kummissjoni Ewropea.
- Il-Kummissjoni Ewropea biss tista’ tissuġġerixxi liġijiet u pjanijiet ġodda.
- Dawn huma liġijiet għall-Unjoni Ewropea kollha.
X’jiġri wara d-diskors?
Wara d-diskors, il-Membri tal-Parlament Ewropew jitkellmu dwar il-pjanijiet.
- Huma jistgħu jitolbu bidliet.
- Jistgħu jgħidu dak li jridu.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea7 ukoll jgħid dak li jaħseb dwar dawn il-pjanijiet.
Il-Kummissjoni Ewropea tisma’ lill-Membri tal-Parlament Ewropew.
Definizzjoni
7. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa laqgħa.
Il-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jiltaqgħu hemmhekk.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi dwar liġijiet ġodda flimkien mal-Parlament Ewropew.
Il-Kummissjoni Ewropea tisma’ wkoll lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni Ewropea tuża l-ideat tagħhom.
Kulħadd jista’ jara kif l-Unjoni Ewropea tieħu d-deċiżjonijiet tagħha.
Imbagħad il-Kummissjoni Ewropea tikteb il-Programm ta’ Ħidma tagħha.
Il-Programm ta’ Ħidma huwa lista.
Il-lista għandha l-liġijiet u l-pjanijiet il-ġodda għas-sena d-dieħla.