Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren | українська | bir-Russu | русский

Rispons tal-UE b’saħħtu u komprensiv

L-UE tinsab magħquda fl-appoġġ sod tagħha għall-Ukrajna quddiem il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u t-tentattivi illegali biex jiġi anness it-territorju Ukren. Aħna impenjati li nissoktaw fl-appoġġ politiku, finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari u diplomatiku għall-Ukrajna u għall-poplu tagħha sakemm jibqa’ l-bżonn.

Appoġġ totali tal-UE għall-Ukrajna

B’kollox, l-appoġġ tal-UE lill-Ukrajna mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja jammonta għal €220.2 biljun. Dan jinkludi:

  • €107 biljun ipprovduti jew iggarantiti mill-baġit tal-UE
  • €77 biljun f’miżuri ta’ assistenza militari
  • sa €17-il biljun biex jgħinu lill-Istati Membri jaqdu l-ħtiġijiet tal-Ukreni fl-UE
  • €15.5 biljun f’appoġġ mill-Istati Membri tal-UE
  • €3.8 biljun mir-rikavati tal-assi Russi immobilizzati

Appoġġ mobilizzat permezz tal-baġit tal-UE

Mill-bidu tal-aggressjoni, €107 biljun f’appoġġ għall-Ukrajna ġew ipprovduti jew iggarantiti mill-baġit tal-UE.  Dan jinkludi:

  • €43.3 biljun f’assistenza makrofinanzjarja żborżata biex tgħin lill-Ukrajna tindirizza l-ħtiġijiet urġenti fuq il-post
  • €42 biljun f’assistenza diretta u indiretta fl-ambitu tal-Faċilità għall-Ukrajna
  • €11.6 biljun żborżati fl-ambitu tas-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna
  • €2.8 biljun f’self u garanziji mill-BEI, mill-BERŻ u minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra ggarantiti mill-UE
  • €1.4 biljun f’assistenza umanitarja
  • €1.2 biljun f’kooperazzjoni bilaterali
  • €4.5 biljun f’tipi oħrajn ta’ appoġġ
Tipi oħra ta’ appoġġ jinkludu
  • Assistenza makrofinanzjarja+ sussidju tar-rata tal-imgħax: €1.7 biljun
  • Appoġġ tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-Korsiji ta’ Solidarjetà: €1.6 biljun
  • Pakkett ta’ emerġenza: €330 miljun
  • Miżuri ta’ rispons għall-kriżijiet: €319 miljun
  • Proġetti li għaddejjin aġġustati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet urġenti fuq il-post: €315-il miljun
  • Riabilitazzjoni tal-iskejjel u xarabanks tal-iskola: €114-il miljun
  • Kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari: €108 miljun

Tipi ta’ appoġġ tal-UE

Solidarity with Ukraine - School buses and other humanitarian aid at the EU logistics hub in Romania

Nindirizzaw il-ħtiġijiet immedjati tal-Ukrajna fil-qasam tal-enerġija u s-sigurtà tal-enerġija fit-tul tagħha

Cadets Of The Military Institute Take The Oath In Kyiv

Nindirizzaw il-ħtiġijiet militari u ta’ difiża tal-Ukrajna, mit-taħriġ sat-tagħmir u l-munizzjon

Dokumenti

Skedi informattivi dwar is-solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna

Pubblikazzjonijiet li jispjegaw l-azzjonijiet tal-UE b’reazzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja.

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 30 Lulju 2026