L-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn is-sħab jibqa’ għodda importanti ta’ kooperazzjoni fl-indirizzar ta’ theddid komuni għas-sigurtà.
Jekk theddida konġunta għas-sigurtà twassal biex dan ikun meħtieġ, ċerta informazzjoni klassifikata tal-UE tista’ tiġi kondiviża ma’ pajjiżi terzi, iżda biss fuq bażi ta’ każ b’każ u dment li jkun ġie konkluż Ftehim iddedikat dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni (SIA) bejn l-UE u pajjiż terz.
F’dan l-isfond, l-UE u r-Renju Unit ikkonkludew Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni. Il-Ftehim se jippermetti lill-UE u lir-Renju Unit jiskambjaw informazzjoni klassifikata, billi japplikaw garanziji b’saħħithom fir-rigward tat-trattament u l-protezzjoni tal-informazzjoni skambjata.
Il-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit huwa applikabbli proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2021, wara li ntlaħaq qbil dwaru min-negozjaturi tal-UE u tar-Renju Unit fl-24 ta’ Diċembru 2020.
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska