Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Glenn Micallef

KUMMISSARJU (2024-2029) L-Ekwità Interġenerazzjonali, iż-Żgħażagħ, il-Kultura, u l-Isport

Responsabbiltajiet

Glenn Micallef huwa l-Kummissarju għall-Ekwità Interġenerazzjonali, il-Kultura, iż-Żgħażagħ, u l-Isport. Il-kompitu tiegħu hu li jagħti liż-żgħażagħ aktar libertà, vuċi, u responsabbiltà fis-soċjetajiet tagħna, filwaqt li jibni fuq dak li jgħaqqadna flimkien fid-diversità, mill-wirt kulturali tagħna għall-isport fil-livelli kollha.

Għandu r-responsabbiltà li:

  • iħejji Strateġija dwar l-Ekwità Interġenerazzjonali biex jiġi żgurat li l-interessi tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri jiġu rispettati fit-tfassil tal-politika u tal-liġijiet
  • jiggarantixxi li l-vuċijiet taż-żgħażagħ jinstemgħu biex jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa, inkluż billi jiġu kkoordinati d-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ li kull wieħed u waħda mill-Kummissarji se jorganizzaw darba fis-sena, u jgħin biex jitwaqqaf il-Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ għall-President
  • jiżviluppa Kumpass Kulturali ġdid biex jiggwida u jisfrutta d-diversi dimensjonijiet tal-kultura, b’enfasi fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-artisti u tal-professjonisti kulturali
  • jaħdem fuq strateġija biex jissaħħaħ il-Mudell Ewropew tal-Isport u jsir l-aħjar użu mill-potenzjal tal-attività fiżika sabiex tittejjeb is-saħħa fiżika u mentali tan-nies
  • jaħdem fuq pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetiku u fuq l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal
  • jissokta bil-ħidma fuq il-prospettiva strateġika biex jiġu identifikati żviluppi fix-xejriet, fir-riċerka, u fit-teknoloġija li se jolqtu l-ġenerazzjonijiet futuri

Kompli aqra dwar il-politika tal-Kummissjoni dwar iż-żgħażagħ u dwar l-isforzi biex jiġu sostnuti l-kultura u l-isport.

Kuntatti

Jgħinu fix-xogħol tiegħu ta’ kuljum

Kalendarju

Commissioner Micallef speaks at 'Artistic freedom in the European Union' round table
Brussels, Belgium
Commissioner Micallef participates in the implementation dialogue on the European Week of Sport
Brussels, Belgium

Trasparenza

Laqgħat u missjonijiet

Bħala parti mill-impenn tal-Kummissjoni favur it-trasparenza, il-Kummissarji u l-membri tal-kabinetti tagħhom jippubblikaw informazzjoni dwar il-laqgħat kollha li jkollhom mar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess kif ukoll il-minuti tagħhom. Kull xahrejn, jippubblikaw ukoll rapport ġenerali dwar l-ispejjeż tal-missjonijiet.

Smigħ quddiem il-Parlament Ewropew

Aqra t-tweġibiet li ta l-Kummissarju Micallef għall-kwestjonarju tal-Parlament Ewropew.

Dikjarazzjoni tal-interessi

Kull Kummissarju jippubblika dikjarazzjoni tal-interessi, f’konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Kummissjoni għall-Membri tal-Kummissjoni. Fil-qiegħ ta’ din il-paġna qed tiġi ppubblikata verżjoni awtentika u ffirmata. Kif jitlob il-Kodiċi ta’ Kondotta, se tkun disponibbli wkoll verżjoni li tinqara mill-magni tad-dikjarazzjonijiet kollha.

Bijografija

  1. 2024-illum

    Il-Kummissarju Ewropew għall-Ekwità Interġenerazzjonali, iż-Żgħażagħ, il-Kultura, u l-Isport

  2. 2021-2024

    Il-President tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann

  3. 2020-2024

    Il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru ta’ Malta, Konsulent dwar l-Affarijiet tal-UE, u Sherpa tal-Kunsill Ewropew

  4. 2017-2020

    Id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment ta’ Koordinazzjoni tal-UE f’Malta, fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Dokumenti

  • 1 DIĊEMBRU 2024
President von der Leyen’s mission letter to Glenn Micallef
  • 22 JANNAR 2026
Declaration of interests - Glenn Micallef