Fi triqitha lura d-dar wara nżul ix-xemx, mara tneħħi l-headphones, tniżżel il-barnuża, u toqgħod attenta għal kull raġel li jgħaddi. Ma tistax tieqaf taħseb fuq ir-raġel li kien baqa’ jsegwiha sad-dar tagħha u attakkaha. Hija waħda minn kull 3 nisa li esperjenzaw vjolenza fiżika u/jew sesswali f’dawn l-aħħar 12-il xahar u li ma qalu lil ħadd.Sadanittant, grupp ta’ nisa jimxu lura wara mixja ta’ dimostrazzjoni favur id-drittijiet tan-nisa. Min-naħa l-oħra tat-triq jgħaddu xi rġiel li jgħajtu u jagħmlu l-ġesti fid-direzzjoni tagħhom. Fil-fatt wieħed minn kull sitt rġiel għadhom iqisuha aċċettabbli li jagħtu fastidju lin-nisa. Sfortunatament għal ħafna nisa fl-Ewropa, dawn l-istejjer huma familjari wisq. L-istess jista’ jingħad għall-fatt li għal aktar minn 60 % tal-każijiet huma n-nisa li jsajru u/jew jagħmlu x-xogħol tad-dar ta’ kuljum. Dan juri li l-progress lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għadu kajman wisq. Fis-soċjetajiet tagħna għad hemm għadd kbir ta’ normi diskriminatorji strutturali li jeħtieġ li jiġu indirizzati u megħluba.Għalhekk illum, bi tħejjija għall-Jum Internazzjonali tan-Nisa fit-8 ta’ Marzu, il-Kummissjoni Ewropea qed issaħħaħ l-impenn tagħha għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b’viżjoni fit-tul għall-progress li jrid isir. Bil-Pjan Direzzjonali l-ġdid għad-Drittijiet tan-Nisa, il-Kummissjoni qed tippjana li tkompli twitti t-triq lejn:il-libertà mill-vjolenza abbażi tal-ġenerul-ogħla standards tas-saħħail-paga ugwali u l-għoti tas-setgħa ekonomikail-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-kural-opportunitajiet indaqs ta’ impjieg u kundizzjonijiet tax-xogħol adegwatil-edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalitàil-parteċipazzjoni politika u r-rappreżentanza ugwaliil-mekkaniżmi istituzzjonali li jwasslu għar-rispett tad-drittijiet tan-nisaIl-Pjan Direzzjonali jibni fuq il-progress sinifikanti miksub bl-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020–2025. Bis-saħħa ta’ din l-istrateġija, sar progress storiku fl-UE matul dawn l-aħħar 5 snin, b’regoli dwar it-trasparenza fil-pagi, il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet tal-kumpaniji, u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa. Ir-Rapport tal-2025 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-UE – li wkoll ġie ppubblikat illum – jipprovdi deskrizzjoni aktar dettaljata ta’ dan il-progress u tal-oqsma fejn hija meħtieġa aktar azzjoni. Għal aktar informazzjoniStqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tvara l-Pjan Direzzjonali tagħha għat-tisħiħ tad-drittijiet tan-nisaKomunikazzjoni tal-Kummissjoni: Pjan Direzzjonali għad-Drittijiet tan-NisaDikjarazzjoni tal-prinċipji għal soċjetà ugwali bejn il-ġeneri Rapport Annwali dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri Actions for gender equalityStrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri Dettalji Data tal-pubblikazzjoni7 Marzu 2025AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni