Qatt rajt reklam politiku f’gazzetta jew paġna web, mingħajr ma kont taf li kien hemm warajh xi partit politiku jew entità barranija? Dan huwa biss eżempju wieħed minn ħafna li f’din l-era tal-informazzjoni qed niltaqgħu dejjem aktar magħhom . Mill-10 ta’ Ottubru, qabdu japplikaw regoli ġodda għall-UE kollha li se jgħinuna ninnavigaw u nifhmu aħjar l-arena politika kumplessa online u offline, b’aktar trasparenza. Ir-regoli jagħmluha faċli għalina biex nagħrfu r-reklami politiċi, nifhmu min qed iħallashom u nkunu nafu jekk u kif konna fil-mira biex nirċievu dawn ir-reklami. B’dan il-mod ninsabu f’pożizzjoni aħjar biex neżerċitaw id-drittijiet demokratiċi tagħna b’mod infurmat. Ir-regoli l-ġodda jiżguraw ukoll li r-reklamar politiku jirrispetta bis-sħiħ id-dritt tagħna għall-privatezza u li l-libertà tal-opinjoni u l-libertà tal-kelma tagħna jkunu protetti. Minn issa ’l quddiem fl-UE: ir-reklami politiċi mħallsa u/jew immirati jridu jiġu ttikkettati bħala tali u jipprovdu xi tagħrif ewleni dwarhom, inkluż l-isponsor tagħhom, l-elezzjoni jew ir-referendum li huma marbuta miegħu, l-ammonti mħallsa, u kwalunkwe użu ta’ tekniki tal-immirar.l-immirar tar-reklami politiċi online jirrispetta kundizzjonijiet aktar stretti. Id-data miġbura minn persuna tista’ tintuża biss wara li din kun tat kunsens espliċitu u separat għall-użu tagħha għar-reklamar politiku. Kategoriji speċjali ta’ data personali, bħal data li tiżvela opinjonijiet politiċi, oriġini razzjali jew etnika ma jistgħux jintużaw għat-tfassil ta’ profili.biex tiġi evitata interferenza barranija, ir-reklami mħallsa minn sponsors ta’ pajjiżi terzi mhux se jkunu possibbli fit-tliet xhur qabel elezzjoni jew referendum f’pajjiż tal-UE. Ir-regoli l-ġodda ma japplikaw għall-ebda fehma espressa f’kapaċità personali u kontenut editorjali. Ir-Regolament ma jirregolax il-kontenut tar-reklami politiċi.Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet linji gwida dwar kif dawk li jiġu affettwati mir-regoli jistgħu jimplimentawhom b’mod effettiv. Dan jinkludi l-isponsors, il-fornituri tas-servizzi ta’ reklamar politiku u l-pubblikaturi tar-reklamar politiku. Dawn ir-regoli dwar ir-reklamar politiku jikkomplementaw inizjattivi oħra mnedija mill-UE biex jipproteġu d-demokrazija tagħna u jippromwovu elezzjonijiet ħielsa u ġusti. Fl-2020, il-Kummissjoni nediet Pjan ta' Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea biex tagħti s-setgħa liċ-ċittadini, ssaħħaħ il-libertà tal-media, u tibni demokraziji aktar reżiljenti madwar l-UE. B’ħarsa ’l quddiem, sa tmiem l-2025 il-Kummissjoni se tadotta t-Tarka Ewropea għad-Demokrazija, qafas strateġiku mfassal biex jissalvagwardja, isaħħaħ u jippromwovi d-demokrazija fl-UE. Għal aktar tagħrif Demokrazija u drittijiet elettorali Stqarrija għall-istampa dwar il-linji gwida b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar it-Trasparenza tar-Reklamar Politiku Nipproteġu d-demokrazija u niddefendu l-valuri tagħna Portal tar-reklamar politiku Dettalji Data tal-pubblikazzjoni10 Ottubru 2025AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni