L-iddisinjar ta’ faċilità għall-konferenzi
Id-Direttorat Ġenerali tal-Interpretazzjoni b’mod regolari jaqsam l-għarfien tiegħu mal-periti, il-bennejja u l-promoturi tas-swali tal-konferenzi pubbliċi u privati u taċ-ċentri tal-konvenzjonijiet.
It-tim speċjalizzat tagħna jiċċekkja li s-swali kollha tal-laqgħat fl-Ewropa u barra minnha fejn l-interpreti tagħna jintalbu jaħdmu, ikunu konformi mal-istandards ISO rilevanti u l-ispeċifikazzjonijiet tagħna.
Id-dipartiment tal-interpretazzjoni jista’ jiġi kkonsultat għal parir ġenerali dwar is-swali tal-laqgħat, b’mod partikolari kif tapplika l-istandards internazzjonali fil-prattika. Jista’ joffri wkoll pariri dwar l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda bħal pjattaformi ta’ laqgħat virtwali bl-interpretazzjoni f’ambjent ta’ sala tal-laqgħat eżistenti.
Il-kabini tal-interpretazzjoni
It-Tim tal-Konformità Teknika jaħdem biex isaħħaħ l-istandards li jiżguraw kundizzjonijiet mill-aqwa tax-xogħol għall-interpreti u biex jipprovdi lid-delegati b’interpretazzjoni tal-aqwa kwalità.
Il-kabini tal-interpretazzjoni jrid ikollhom l-iżolazzjoni akustika, ikollhom l-arja kkundizzjonata, ikunu mdawlin tajjeb, ikunu mgħammra b’siġġijiet ergonomiċi u jrid ikollhom veduta diretta u sħiħa tad-delegati kollha.
L-istandards tal-ISO ġew stabbiliti għall-kabini tal-interpretazzjoni permanenti u mobbli, kif ukoll għat-tagħmir tal-konferenzi u tal-interpretazzjoni:
- ISO 17651-1:2024 - Interpretazzjoni simultanja - Ambjent tax-xogħol tal-interpreti Parti 1: Rekwiżiti u rakkomandazzjonijiet għal kabini permanenti
- ISO 17651-2:2024 - Interpretazzjoni simultanja - Ambjent tax-xogħol tal-interpreti Parti 2: Rekwiżiti u rakkomandazzjonijiet għal kabini mobbli
- ISO 17651-3:2026 — Interpretazzjoni simultanja — Ambjent tax-xogħol tal-interpreti Parti 3: Rekwiżiti u rakkomandazzjonijiet għaċ-ċentri tal-interpretazzjoni
- ISO 24019:2022 – Pjattaformi għall-għoti ta’ servizzi ta’ interpretazzjoni simultanja
- ISO 20109:2025 – Interpretazzjoni simultanja – Tagħmir – Rekwiżiti
- ISO 22259:2019 – Sistemi ta’ konferenzi – Tagħmir – Rekwiżiti
Dokumenti
- 6 MARZU 2026
- български(190.49 KB - PDF)
- español(120.25 KB - PDF)
- čeština(171.06 KB - PDF)
- dansk(167.51 KB - PDF)
- Deutsch(147.84 KB - PDF)
- eesti(119.66 KB - PDF)
- ελληνικά(192.58 KB - PDF)
- English(181.49 KB - PDF)
- français(173.45 KB - PDF)
- hrvatski(170.33 KB - PDF)
- italiano(144.05 KB - PDF)
- latviešu(151.12 KB - PDF)
- lietuvių(185.68 KB - PDF)
- magyar(351.1 KB - PDF)
- Nederlands(170.93 KB - PDF)
- polski(223.85 KB - PDF)
- português(167.2 KB - PDF)
- română(179.79 KB - PDF)
- slovenčina(188.16 KB - PDF)
- slovenščina(183.36 KB - PDF)
- suomi(185 KB - PDF)
- svenska(170.87 KB - PDF)
- 22 APRIL 2025
- 6 MARZU 2026
