Id-drittijiet tat-tfal fl-ambjent diġitaliIt-tfal huma nattivi diġitali. Jekk jingħataw l-opportunità u l-aċċess għar-riżorsi, huma jinnavigaw l-internet, il-media soċjali u għodod diġitali oħra b’faċilità. Id-dinja online toffri ħafna opportunitajiet għat-tagħlim, l-interazzjonijiet soċjali, l-iżvilupp tal-ħiliet, il-logħob, l-organizzazzjoni tal-ħajja ta’ kuljum. Apparat u programmi ta’ assistenza jgħinu lit-tfal b’diżabbiltà biex, fost affarijiet oħra, jikkonnettjaw ma’ sħabhom u jipparteċipaw fil-lezzjonijiet. Għad fadal diversi sfidi. Mhux it-tfal kollha għandhom aċċess ugwali għall-internet, l-għodod u l-apparat elettroniċi. Id-dinja diġitali tista’ ġġib magħha xi theddid kif ukoll abbuż, bullying ċibernetiku, diskors ta’ mibegħda, kontenut dannuż, u miżinformazzjoni. L-esponiment żejjed għall-ħin quddiem l-iskrin jista’ jwassal għal problemi tas-saħħa.Azzjonijiet tal-UE biex jiġi żgurat li t-tfal jistgħu jinnavigaw l-ambjent diġitali b’mod sikur u jisfruttaw l-opportunitajiet tiegħuIl-qafas tal-UE biex jipproteġi d-drittijiet tat-tfal fl-ambjent diġitali:Direttiva 2011/93/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografijaDeċiżjoni Qafas 2008/913/JHA dwar il-ġlieda kontra forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobijaDirettiva (UE) 2018/1808 dwar is-Servizzi tal-Media AwdjoviżivaDirettiva (UE) 2019/882 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizziRegolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' din id-dataDirettiva 2005/29/KE dwar Prattiki Kummerċjali ŻlealiKomunikazzjoni dwar l-Indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew, COM(2018)236;Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal, COM(2012)196.Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (Att dwar is-Servizzi Diġitali)Qafas ta’ Kompetenza Diġitali 2.0, Ċentru tax-Xjenza tal-UE, Kummissjoni EwropeaĊentri għal Internet Iktar SikurPjattaforma għal Internet Aħjar għat-TfalSkont l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal, il-Kummissjoni impenjat ruħha li:fl-2022 tadotta Strateġija aġġornata għal Internet Aħjar għat-Tfal;toħloq u tiffaċilita proċess immexxi mit-tfal immirat lejn l-iżvilupp ta’ sett ta’ prinċipji li għandhom jiġu promossi u rispettati mill-industrija;tippromwovi l-iżvilupp u l-użu ta’ ICT aċċessibbli u teknoloġiji ta’ assistenza għat-tfal b’diżabbiltà bħar-rikonoxximent tat-taħdit, is-sottotitoli deskrittivi attivati b'għażla u oħrajn, inkluż fil-konferenzi u l-avvenimenti tal-Kummissjoni;tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà;tħaffef il-ġlieda kontra kull forma ta’ abbuż sesswali tat-tfal, billi tipproponi l-leġiżlazzjoni meħtieġa inklużi obbligi għall-fornituri tas-servizzi online rilevanti biex jidentifikaw u jirrappurtaw materjal magħruf ta’ abbuż sesswali tat-tfal online. Links relatati Wegħda taż-Żgħażagħ għal Internet AħjarAbbozz ta’ Gwida Politika dwar l-IA għat-Tfal, 2020, UNICEFStandards Ewropej Armonizzati, Rekwiżit ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi tal-ICT, ETSI, 2018Qafas ta’ Kompetenza Diġitali 2.0, Ċentru tax-Xjenza tal-UE, Kummissjoni Ewropea