Mur għall-kontenut ewlieni

Skeda ta’ żmien tal-azzjoni tal-UE tal-2022

Ottubru 2022

  1. 11 ta' Ottubru 2022
    Il-Kummissjoni tiġbor €11-il biljun ieħor għan-NextGenerationEU u tappoġġja lill-Ukrajna

    Il-Kummissjoni ħarġet €11-il biljun fi tranżazzjoni ta’ segment doppju, li r-rikavat minnha se jintuża biex jappoġġja lill-Ukrajna taħt il-programm tal-AMF tal-UE u l-irkupru tal-Ewropa taħt il-programm ewlieni tan-NextGenerationEU. Il-Ftehim kien jikkonsisti f’€5 biljun tal-bond ta’ 7 snin dovut fl-4 ta’ Diċembru 2029 u bond ġdid ta’ 20 sena ta’ €6 biljun dovut fl-4 ta’ Novembru 2042.

Settembru 2022.

  1. 26 ta' Settembru 2022
    Ir-raba’ rapport jikkonferma s-suċċess ta’ SURE fil-protezzjoni tal-impjiegi matul il-pandemija

    Il-Kummissjoni ppubblikat ir-raba’ rapport biannwali tagħha dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ SURE. Ir-rapport sab li l-miżuri nazzjonali tas-suq tax-xogħol appoġġjati minn SURE pproteġew b’mod effettiv madwar 1.5 miljun persuna mill-qgħad fl-2020. Il-protezzjoni tal-impjiegi kienet kruċjali biex jiġi ffaċilitat l-irkupru ekonomiku rapidu fl-2021, li kien aktar mgħaġġel milli fi kriżijiet preċedenti. SURE għen biex dan ikun possibbli permezz ta’ skemi ta’ finanzjament li jippermettu lid-ditti jżommu l-impjegati u l-ħiliet, u biex jgħinu lil dawk li jaħdmu għal rashom biex ikunu lesti jerġgħu jibdew l-attivitajiet tagħhom immedjatament, kif ukoll billi jagħtu spinta lill-fiduċja madwar l-UE.

  2. 13 ta' Settembru 2022
    Il-Kummissjoni tiġbor €12-il biljun ieħor għall-irkupru tal-Ewropa

    Il-Kummissjoni ħarġet €12-il biljun fi tranżazzjoni ta’ segment doppju taħt il-programm ewlieni tagħha tan-NextGenerationEU. Il-Ftehim kien it-12-il tranżazzjoni sindakata taħt in-NextGenerationEU u s-7 waħda fl-2022. Dan kien jikkonsisti f’bond ġdid ta’ 5 snin ta’ €7 biljun dovut fl-4 ta’ Ottubru 2027 u bond ġdid ta’ 30 sena ta’ €5 biljun dovut fl-4 ta’ Ottubru 2052.

  3. 8 ta' Settembru 2022
    Il-Kummissjoni tapprova l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ta’ €4.7 biljun tan-Netherlands

    Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tan-Netherlands. Dan hu pass ewlieni li jwitti t-triq għall-UE biex tiżborża €4.7 biljun f’għotjiet lin-Netherlands taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Dan il-finanzjament se jappoġġja l-implimentazzjoni tal-miżuri kruċjali ta’ investiment u riforma deskritti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tan-Netherlands. Se jkollu rwol kruċjali biex jippermetti lin-Netherlands joħorġu aktar b’saħħithom mill-pandemija tal-COVID-19.

  4. 1 ta' Settembru 2022
    Il-Kummissjoni tawtorizza żewġ vaċċini adattati

    Abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-Kummissjoni awtorizzat l-ewwel żewġ vaċċini booster kontra l-COVID-19 adattati għall-varjanti, minn BioNTech Pfizer u Moderna.

Awwissu 2022

  1. 2 ta' Awwissu 2022
    Il-Kummissjoni tiffirma kuntratt ta’ Akkwist Konġunt ma’ HIPRA għall-vaċċini kontra l-COVID-19

    L-HERA, l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa tal-Kummissjoni Ewropea, iffirmat Kuntratt Qafas ta’ akkwist konġunt mal-kumpanija HIPRA HUMAN HEALTH għall-provvista tal-vaċċin abbażi ta’ proteini kontra l-COVID-19 tagħha. 14-il Stat Membru u pajjiż qed jipparteċipaw f’dan l-akkwist konġunt, li permezz tiegħu jistgħu jixtru sa 250 miljun doża.

Lulju 2022

  1. 12 ta' Lulju 2022
    Il-Kummissjoni tiġbor €8 biljun fil-11-il tranżazzjoni tagħha mill-bidu tal-programm

    Il-Kummissjoni Ewropea llum ħarġet €8 biljun fi tranżazzjoni b’żewġ segmenti taħt l-istrument għall-irkupru tan-NextGenerationEU. Il-Ftehim kien il-11-il tranżazzjoni sindakata taħt in-NextGenerationEU u s-6 waħda fl-2022. Dan kien jikkonsisti f’bond ġdid ta’ 7 snin ta’ €5 biljun dovut fl-4 ta’ Diċembru 2029 u ħruġ ta’ €3 biljun ta’ bond eżistenti ta’ 20 sena dovut fl-4 ta’ Lulju 2041.

Ġunju 2022

  1. 24 ta' Ġunju 2022
    Il-Kummissjoni tawtorizza s-sitt vaċċin kontra l-COVID-19

    Il-Kummissjoni tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-vaċċin kontra l-COVID-19 żviluppat minn Valneva, is-sitt vaċċin kontra l-COVID-19 awtorizzat fl-UE. Din l-awtorizzazzjoni ssegwi rakkomandazzjoni xjentifika pożittiva mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA).

  2. 21 ta' Ġunju 2022
    Il-Kummissjoni tiġbor €5 biljun f’bonds ekoloġiċi fl-10 tranżazzjoni ta’ suċċess

    Il-Kummissjoni ħarġet €5 biljun ieħor f’bonds ekoloġiċi tan-NextGenerationEU fl-10 tranżazzjoni sindakata taħt l-istrument għall-irkupru tan-NextGenerationEU. Il-bond għal 25 snin dovut fl-4 ta’ Frar 2048 kien aktar minn sitt darbiet sottoskritt. B’din it-tranżazzjoni, il-Kummissjoni ħarġet total ta’ €47.5 biljun fl-ewwel nofs tal-2022, u ġabitha pass eqreb lejn il-mira ta’ finanzjament tan-NextGenerationEU ta’ €50 biljun għall-ewwel sitt xhur tas-sena.

  3. 1 ta' Ġunju 2022
    Il-Kummissjoni tapprova l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ta’ €35.4 biljun tal-Polonja

    Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Polonja, pass importanti lejn l-iżborż mill-UE ta’ €23.9 biljun f’għotjiet u €11.5 biljun f’self taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Dan il-finanzjament se jappoġġja l-implimentazzjoni tal-miżuri kruċjali ta’ investiment u ta’ riforma deskritti fil-pjan tal-Polonja għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan se jippermetti lill-Polonja toħroġ aktar b’saħħitha mill-pandemija tal-COVID-19 u tagħmel progress fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

Mejju 2022

  1. 12 ta' Mejju 2022
    Żieda fil-finanzjament għall-introduzzjoni tat-tilqim fl-Afrika

    Il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li żżid il-finanzjament biex taċċellera l-introduzzjoni u l-użu tal-vaċċini u għodod oħrajn tal-COVID-19 fl-Afrika, b’appoġġ ieħor ta’ €400 miljun. Il-Kummissjoni tipprevedi wkoll kontribuzzjoni ta’ €427 miljun għall-Fond Globali għat-Tħejjija għall-Pandemiji biex tappoġġja l-isforzi għall-prevenzjoni u r-rispons aħjar għal pandemiji futuri.

  2. 11 ta' Mejju 2022
    Il-Kummissjoni tiġbor €9 biljun ieħor b’appoġġ għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Ewropa

    Il-Kummissjoni ħarġet €9 biljun ieħor fi tranżazzjoni ta’ segment doppju taħt l-istrument għall-irkupru tan-NextGenerationEU. Il-Ftehim hu d-9 tranżazzjoni sindakata taħt in-NextGenerationEU, u r-4 waħda tal-2022. Dan kien jikkonsisti f’bond ġdid ta’ 3 snin ta’ €6 biljun dovut fl-4 ta’ Lulju 2025 u ħruġ ta’ €3 biljun ta’ bond eżistenti ta’ 30 sena dovut fis-6 ta’ Lulju 2051. Dan hu l-ewwel bond ta’ 3 snin li l-Kummissjoni ħarġet taħt l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata tagħha.

April 2022

  1. 27 ta' April 2022
    Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex ikunu ppreparati iżjed għall-fażi li jmiss tal-pandemija

    Il-Kummissjoni pproponiet sett ta’ azzjonijiet biex timmaniġġja l-fażi attwali tal-pandemija tal-COVID-19 u tħejji għal dik li jmiss. Hi appellat lill-Istati Membri biex jieħdu azzjonijiet qabel il-ħarifa biex jiżguraw viġilanza u koordinazzjoni kontinwa tat-tħejjija u r-rispons għas-saħħa.

  2. 7 ta' April 2022
    Il-Kummissjoni tapprova l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ta’ €6.3 biljun tal-Bulgarija

    Il-Kummissjoni adottat valutazzjoni pożittiva tal-pjan tal-Bulgarija għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan hu pass ewlieni li jwitti t-triq għall-UE biex tiżborża €6.3 biljun f’għotjiet taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Dan il-finanzjament se jappoġġja l-implimentazzjoni tal-miżuri kruċjali ta’ investiment u ta’ riforma deskritti fil-pjan tal-Bulgarija għall-irkupru u r-reżiljenza. Se jkollu rwol kruċjali biex jippermetti lill-Bulgarija toħroġ aktar b’saħħitha mill-pandemija tal-COVID-19.

Marzu 2022

  1. 29 ta' Marzu 2022
    Il-Kummissjoni tapprova l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ta’ €3.3 biljun tal-Iżvezja

    Il-Kummissjoni adottat valutazzjoni pożittiva tal-pjan tal-Iżvezja għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan hu pass ewlieni li jwitti t-triq għall-UE biex tiżborża €3.3 biljun f’għotjiet lill-Iżvezja taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Dan il-finanzjament se jappoġġja l-implimentazzjoni tal-miżuri kruċjali ta’ investiment u ta’ riforma deskritti fil-pjan tal-Iżvezja għall-irkupru u r-reżiljenza. Se jkollu rwol kruċjali biex jippermetti lill-Iżvezja toħroġ aktar b’saħħitha mill-pandemija tal-COVID-19. 

  2. 24 ta' Marzu 2022
    L-istrument SURE: It-tielet rapport juri suċċess kontinwu fil-protezzjoni tal-impjiegi u fl-appoġġ għall-irkupru

    Il-Kummissjoni ppubblikat it-tielet rapport biannwali tagħha dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ SURE, l-istrument ta’ €100 biljun imfassal biex jipproteġi l-impjiegi u d-dħul affettwati mill-pandemija tal-COVID-19. Ir-rapport ikkonferma li SURE rnexxielu jtaffi l-impatt tal-pandemija u jappoġġja l-irkupru fl-2021.

  3. 22 ta' Marzu 2022
    Il-Kummissjoni tlesti t-tieni ħruġ ta’ bonds b’suċċess fl-2022

    Il-Kummissjoni ġabret €10 biljun ieħor f’fondi tan-NextGenerationEU permezz tat-tieni sindakazzjoni tal-bonds tagħha tal-2022. Il-bond ta’ 10 snin, dovut fis-6 ta' Lulju 2032, iġib il-finanzjament totali miġbur taħt il-programm għal €91 biljun. Dan il-pjazzament se jkompli jappoġġja l-irkupru ekonomiku tal-Ewropa taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-programmi l-oħrajn tal-baġit tal-UE ffinanzjati permezz tan-NextGenerationEU.

  4. 1 ta' Marzu 2022
    L-ewwel rapport annwali dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jsib li l-implimentazzjoni tinsab fi stadju avvanzat

    Il-Kummissjoni adottat l-ewwel rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), il-qofol tan-NextGenerationEU. L-RRF qed tipprovdi sa €723.8 biljun f’għotjiet u self lill-Istati Membri biex tappoġġja investimenti u riformi trasformattivi li se jippermettu lill-UE toħroġ aktar b’saħħitha mill-pandemija tal-COVID-19. Ir-rapport juri li sar progress kbir u jikkonferma li l-implimentazzjoni tal-RRF tinsab fi stadju avvanzat.

Frar 2022

  1. 10 ta' Frar 2022
    L-HERA tniedi l-ewwel pjan ta’ ħidma b’€1.3 biljun għat-tħejjija u għar-rispons f’każ ta’ emerġenzi tas-saħħa fl-2022

    L-Awtorità l-ġdida tal-UE għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) tippreżenta l-ewwel pjan ta’ ħidma annwali tagħha, li se jkollu baġit ta’ €1.3 biljun għall-2022 sabiex tipprevjeni l-emerġenzi tas-saħħa transfruntiera, tħejji għalihom u tirrispondi għalihom malajr.

  2. 8 ta' Frar 2022
    Il-Kummissjoni tiġbor €5 biljun addizzjonali b’appoġġ għall-irkupru tal-Ewropa

    Fl-ewwel sindakazzjoni tal-bonds tagħha tal-2022, il-Kummissjoni ġabret €5 biljun ieħor f’fondi tan-NextGenerationEU f’isem l-UE fil-qafas ta’ operazzjoni oħra li rnexxiet. Il-bond ta’ 30 sena, li hu dovut fis-6 ta’ Lulju 2051 u hu eżegwit bħala żieda għal Bond tal-UE eżistenti, itella’ l-finanzjament totali miġbur taħt il-programm għal €78.5 biljun. Is-suċċess tal-pjazzament tal-Kummissjoni se jgħin biex iżomm il-momentum wara l-irkupru tal-Ewropa mill-pandemija tal-COVID-19.

  3. 3 ta' Frar 2022
    Il-Kummissjoni tipproponi li testendi ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE b’sena

    Il-Kummissjoni pproponiet li testendi ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE b’sena, sat-30 ta’ Ġunju 2023. L-estensjoni tar-Regolament se tiżgura li l-vjaġġaturi jistgħu jkomplu jużaw iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE meta jivvjaġġaw fl-UE fejn l-Istati Membri jżommu ċerti miżuri tas-saħħa pubblika.

Jannar 2022

  1. 25 ta' Jannar 2022
    Unjoni Ewropea tas-Saħħa: rwol aktar b’saħħtu għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

    Bħala parti mill-ħidma li għaddejja biex tinbena Unjoni Ewropea tas-Saħħa b’saħħitha, il-Kunsill adotta r-Regolament li jirrevedi l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), u b’hekk ittieħed pass importanti lejn it-tisħiħ tal-EMA fit-tħejjija għall-kriżijiet u fl-immaniġġjar tagħhom fir-rigward tal-prodotti mediċinali u tal-apparati mediċi.

  2. 21 ta' Jannar 2022
    Il-Kummissjoni tiżborża €271 miljun fi prefinanzjament lill-Finlandja

    Il-Kummissjoni żborżat €271 miljun lill-Finlandja fi prefinanzjament, ekwivalenti għal 13% tal-allokazzjoni finanzjarja tal-pajjiż taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-pagament ta’ prefinanzjament se jgħin biex jagħti spinta lill-implimentazzjoni tal-miżuri kruċjali ta’ investiment u riforma deskritti fil-pjan tal-Finlandja għall-irkupru u r-reżiljenza.