In-nies li jaħdmu fil-Kummissjoni Ewropea jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa u jeħtieġ li jkollhom prestazzjoni fl-ogħla livell fl-interess tal-Ewropej kollha. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem biex toffri lill-istaff tagħha post tax-xogħol modern u karrieri sodisfaċenti, biex tattira u żżomm l-aħjar talent mill-pajjiżi kollha tal-UE. Page contents Page contents Kun int il-bidlaTrid tgħin fit-tiswir tal-futur tal-Unjoni Ewropea? Tagħmel il-pjaneta aktar ekoloġika, tippromwovi soċjetà aktar ġusta, jew tappoġġja n-negozji u l-innovazzjoni fl-UE kollha? Mela ejja aħdem għall-Kummissjoni Ewropea fejn tista’ verament tagħmel differenza!L-istaff tal-Kummissjoni hu grupp divers ta’ nies, li huma motivati biex jgħinu jagħmlu l-Ewropa – u d-dinja – post aħjar. Huma ġejjin mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Nazzjonalitajiet, lingwi u kulturi differenti jagħmlu lill-Kummissjoni post tax-xogħol vibranti u inklużiv. L-opportunitajiet ta’ impjiegi jvarjaw minn segretarji, xjentisti u dawk li jfasslu l-politika sa ekonomisti, negozjaturi kummerċjali u spetturi nukleari. Tista’ ssir taf aktar dwar il-kompożizzjoni tal-istaff tagħna permezz taċ-ċifri u l-istatistika ewlenin uffiċjali tagħna. Iltaqa’ mal-istaff tagħna: Rasa Galykte Iltaqa’ mal-istaff tagħna: Per HaugaardItaqa’ ma’ aktar staff tal-KummissjoniL-impjieg li jmiss tiegħek fil-KummissjoniIl-Kummissjoni toffri opportunitajiet ta’ impjiegi b’diversi tipi ta’ status ta’ impjieg li jvarjaw minn pożizzjonijiet permanenti (impjegati taċ-ċivil) u staff mhux permanenti għal traineeships. Staff permanenti Jekk qed tfittex pożizzjoni permanenti, trid tgħaddi minn kompetizzjoni miftuħa. L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) jimmaniġġja dan il-proċess ta’ selezzjoni għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE. Żur is-sit web tiegħu biex issir taf kif tapplika.Ladarba tgħaddi minn kompetizzjoni, kwalunkwe istituzzjoni tal-UE tista’ tirreklutak mil-lista ta’ riżerva tal-kandidati li għaddew.Staff mhux permanenti Tista’ tapplika wkoll għal pożizzjoni b’terminu fiss bħala staff temporanju jew kuntrattwali. Il-proċeduri ta’ selezzjoni jvarjaw skont il-kategorija tal-istaff u t-tip ta’ kuntratt.Tista’ ssib postijiet vakanti għal staff temporanju u kuntrattwali fuq is-sit web tal-EPSO. Dawn jinkludu pożizzjonijiet segretarjali, speċjalisti u maniġerjali. Traineeship Darbtejn fis-sena, il-Kummissjoni Ewropea toffri traineeships bi ħlas ta’ 5 xhur lil 1,800 gradwat universitarju. Dawn jibdew kull Marzu u Ottubru. Skopri kif issir trainee.Impjiegi fil-KummissjoniIl-ħajja fil-Kummissjoni EwropeaL-impjiegi fil-Kummissjoni joffru karrieri varjati u sodisfaċenti f’ambjent vibranti, multilingwi u multikulturali, opportunitajiet eċċellenti ta’ tagħlim u żvilupp tal-karriera, kundizzjonijiet tax-xogħol kompetittivi u flessibbli u ambjent tax-xogħol modern. Ħidma fil-Kummissjoni – kundizzjonijiet u ambjentIl-Kummissjoni Ewropea hi impjegatur ekoloġiku u inklużiv li joffri kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli, bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u opportunitajiet ta’ tagħlim.Ħidma fl-UE u fid-dinja kollhaKarriera fil-Kummissjoni tagħtik l-opportunità li taħdem f’ħafna oqsma differenti u tmur f’dipartimenti oħrajn tal-Kummissjoni, pajjiżi jew istituzzjonijiet oħrajn tal-UE. Attracting talent from all Member States The European Commission is striving to achieve a balanced representation of people from all Members States among its staff. To that end, Joint Action Plans were developed for those nationalities which are currently under-represented at junior Administrator grades. Selection is based on merit and no posts are reserved for any specific nationality. These tailored documents include country-specific analyses of the reasons for the low representation and measures to address it - at national level, at the European Commission level and jointly. Consult the Action Plans Dokumenti 19 JANNAR 2023Leaflet Work With Us - PrintableLingwi oħrajn (23)български(413.63 KB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(411.62 KB - PDF)Iddawnlowdjačeština(412.42 KB - PDF)Iddawnlowdjadansk(411.91 KB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(412.54 KB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(410.52 KB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(412.54 KB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(410.93 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(411.79 KB - PDF)IddawnlowdjaGaeilge(411.31 KB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(403.84 KB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(410.83 KB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(411.05 KB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(410.96 KB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(412.16 KB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(410.86 KB - PDF)Iddawnlowdjapolski(412.95 KB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(412.15 KB - PDF)Iddawnlowdjaromână(411.84 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(400.07 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(410.9 KB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(410.25 KB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(411.91 KB - PDF)Iddawnlowdja 19 JANNAR 2023Leaflet Work with Us - web versionLingwi oħrajn (23)български(62.36 KB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(79.36 KB - PDF)Iddawnlowdjačeština(80.23 KB - PDF)Iddawnlowdjadansk(91.36 KB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(89.44 KB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(59.97 KB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(79.51 KB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(85.16 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(80.9 KB - PDF)IddawnlowdjaGaeilge(60.54 KB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(53.42 KB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(60.19 KB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(60.58 KB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(60.73 KB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(61.41 KB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(60.22 KB - PDF)Iddawnlowdjapolski(62.21 KB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(61.46 KB - PDF)Iddawnlowdjaromână(78.77 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(61.55 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(60.17 KB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(78.41 KB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(61.19 KB - PDF)Iddawnlowdja Links relatati Impjiegi u traineeships fl-istituzzjonijiet tal-UEUffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)EURESImpjiegi fl-aġenziji tal-UEĊifri ewlenin dwar l-istaff tal-Kummissjoni Ewropea
In-nies li jaħdmu fil-Kummissjoni Ewropea jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa u jeħtieġ li jkollhom prestazzjoni fl-ogħla livell fl-interess tal-Ewropej kollha. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem biex toffri lill-istaff tagħha post tax-xogħol modern u karrieri sodisfaċenti, biex tattira u żżomm l-aħjar talent mill-pajjiżi kollha tal-UE.
Ħidma fil-Kummissjoni – kundizzjonijiet u ambjentIl-Kummissjoni Ewropea hi impjegatur ekoloġiku u inklużiv li joffri kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli, bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u opportunitajiet ta’ tagħlim.
Ħidma fl-UE u fid-dinja kollhaKarriera fil-Kummissjoni tagħtik l-opportunità li taħdem f’ħafna oqsma differenti u tmur f’dipartimenti oħrajn tal-Kummissjoni, pajjiżi jew istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.