Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren | українська | bir-Russu | русский
Oġġetti, servizzi bi skop militari u ċivili (“oġġetti u servizzi b’użu doppju”)
L-UE saħħet u estendiet il-kontrolli tal-esportazzjoni fuq oġġetti b’użu doppju biex timmira setturi sensittivi fil-kumpless militari industrijali tar-Russja, u llimitat l-aċċess tar-Russja għal teknoloġija avvanzata kruċjali:
- droni u software għad-droni
- software għall-apparati ta’ kriptaġġ
- software użat għall-manifattura tal-armi
- semikondutturi u elettronika avvanzata
- magni għad-droni
- sustanzi kimiċi u prekursuri kimiċi li jistgħu jintużaw għal armi kimiċi jew applikazzjonijiet militari oħra
- oġġetti għall-infurzar tal-liġi
- materjali speċjali u makkinarju industrijali
- tagħmir tal-camouflage u aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet
- elementi terrestri rari
- termostati
- cameras termografiċi
- makkinarji għodda
- partijiet tal-makkinarju
- Muturi u servomuturi DC għal vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs)
- komponenti elettroniċi identifikati fis-sistemi tal-armi (helicopters, missili, droni, u vetturi bir-roti)
- vetturi għal kull tip ta’ terren bħall-quad bikes
- amplifikaturi tal-microwave u tal-antenni
- reġistraturi diġitali tad-data tat-titjiriet
- prekursuri kimiċi għall-materjal enerġetiku
- spare-parts u komponenti ta’ għodod tal-magni ta’ preċiżjoni għolja b’Kontroll Numeriku tal-Kompjuter (CNC, Computer Numerical Control)
- metalli użati għall-kostruzzjoni ta’ sistemi ta’ armamenti
- prodotti użati fil-preparazzjoni ta’ propellanti
L-UE estendiet ukoll il-lista ta’ entitajiet sanzjonati li għalihom japplikaw restrizzjonijiet aktar stretti, inklużi kumpaniji attivi f’oqsma militari u ta’ difiża, li qed jappoġġjaw b’mod loġistiku u materjali l-invażjoni.
Il-projobizzjoni ta’ esportazzjoni eżistenti issa tkopri wkoll il-fuel tal-jets u tal-addittivi tal-fuel li jistgħu jintużaw mill-armata Russa.
Huma pprojbiti wkoll oġġetti b’teknoloġija aktar baxxa użati mill-militar bħal droni tal-logħob/passatempi, kontrolluri tal-logħob tal-video, apparati kumplessi ta’ ġeneraturi, laptops, cameras u lentijiet, apparat għall-għajnuna tan-navigazzjoni bir-radju u apparat għat-trażmissjoni jew ir-riċezzjoni ta’ vuċi, immaġni jew data.
FATTI

Is-sanzjonijiet jolqtu l-aċċess tar-Russja għal teknoloġiji importanti lil hinn minn prodotti u teknoloġiji b’użu doppju u matul iż-żmien se jbaxxu l-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħhom.

Dawn se jwaqqfu l-finanzjament pubbliku jew l-assistenza finanzjarja għall-kummerċ mar-Russja jew l-appoġġ għall-investiment fiha, inkluż l-appoġġ nazzjonali għall-esportazzjoni.
Din il-paġna ġiet rieżaminata l-aħħar: 23 April 2026
