Sanzjonijiet kummerċjali internazzjonali L-UE, f’kollaborazzjoni mal-pajjiżi tal-G7 u sħab oħrajn tal-istess fehma, waqfet tittratta lir-Russja bħala Nazzjon Iffavorit Ħafna fi ħdan il-qafas tad-WTO mill-15 ta’ Marzu 2022. Dan iċaħħad lir-Russja minn vantaġġi kummerċjali ewlenin bħala membru tad-WTO.L-UE ddeċidiet li taġixxi mhux permezz ta’ żieda fit-tariffi tal-importazzjoni, iżda permezz ta’ sett ta’ sanzjonijiet li jinkludu projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti, b’mod partikolari:projbizzjoni tal-UE fuq l-importazzjoni tal-prodotti kollha tal-azzar lesti u nofshom lestiprojbizzjoni tal-UE fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti ta’ lussu biex jintlaqtu direttament l-eliti Russiprojbizzjoni tal-UE fuq l-importazzjoni ta’ djamanti mhux industrijali, estratti, ipproċessati jew prodotti fir-Russja. Din tagħmel parti minn projbizzjoni tad-djamanti tal-G7 ikkoordinata internazzjonalment, bl-għan li r-Russja tiċċaħħad minn dan il-fluss ta’ dħul importanti stmat għal €4 biljun fis-sena.projbizzjoni tal-UE fuq l-importazzjoni ta’ materja prima għall-produzzjoni tal-azzar, aluminju primarju, prodotti tal-aluminju pproċessat u oġġetti oħrajn tal-metallprojbizzjoni tal-UE fuq l-importazzjoni tal-elju, li jiġġenera dħul sinifikanti għar-Russjaprojbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti ta’ wirt kulturali Ukren misruqestensjoni tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-karozzi lussużi, tal-karozzi ġodda u użati kollha b’magna ’l fuq minn ċertu daqs (> 1.900 cm³), u tal-vetturi elettriċi u ibridi kollhaprojbizzjoni sħiħa fuq ċerti tipi ta’ komponenti tal-makkinarjuprojbizzjonijiet addizzjonali fuq l-importazzjoni, inklużi s-siment, il-prodotti tal-lastku, l-injam, l-ispirti, il-likur, il-frott tal-baħar ta’ kwalità għoljaprojbizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet f’oqsma fejn ir-Russja hi vulnerabbli minħabba d-dipendenza għolja tagħha fuq il-provvisti tal-UE. Dan jinkludi, pereżempju, il-computing kwantistiku, is-semikondutturi avvanzati, il-makkinarju u l-partijiet sensittivi, l-oġġetti relatati mal-kostruzzjoni, l-azzar ipproċessat, ir-ram u l-oġġetti tal-aluminju, il-lasers, il-batteriji, it-trasport u s-sustanzi kimiċi. Dan jinkludi wkoll katalizzaturi speċjalizzati użati fl-industrija tar-raffineriji. Dan se jikkontribwixxi biex titgħawwar il-bażi teknoloġika u l-kapaċità industrijali tar-Russja.restrizzjonijiet fuq oġġetti industrijali b’sinifikat militari, immirati speċifikament lejn minerali, sustanzi kimiċi, azzar, materjali tal-ħġieġ, u piroteknikaprojbizzjoni li jiġi pprovdut software tal-intrapriżi u relatat mad-disinn lill-Gvern Russu jew lill-kumpaniji Russi.projbizzjoni fuq ix-xiri, l-importazzjoni, jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, ta’ deheb, jekk joriġina mir-Russjarestrizzjoni fuq l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti teknoloġiċi misjuba fil-kamp tal-battalja fl-Ukrajna jew tagħmir meħtieġ għall-produzzjoni ta’ oġġetti bħal dawnprojbizzjoni li jinbiegħu, jiġu liċenzjati, ittrasferiti jew riferuti d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali użati b’rabta ma’ oġġetti ristretti biex jiġi evitat li l-oġġetti sanzjonati ma jkunux sempliċement immanifatturati barra mill-UErestrizzjonijiet aktar stretti fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti tal-ħadid u tal-azzar billi l-importaturi ta’ oġġetti tal-ħadid u tal-azzar sanzjonati li jkunu ġew ipproċessati f’pajjiż terz jintalbu jagħtu prova li l-inputs użati ma jkunux ġejjin mir-Russjarestrizzjonijiet aktar stretti fuq l-esportazzjoni fir-rigward ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju, u oġġetti ta’ teknoloġija avvanzata, għal entitajiet Russi u ta’ pajjiżi terzi assoċjati mal-kumpless militari-industrijali tar-Russjarestrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti komposti kimiċi użati għall-produzzjoni ta’ propellanti fi stat solidurestrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ għodod tal-magni b’Kontroll Numeriku tal-Kompjuter (CNC) użati għall-produzzjoni ta’ tagħmir tal-kamp tal-battaljaprojbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ makkinarju u apparat, b’mod partikolari makkinarju użat fis-settur tal-enerġija, bħal turbini tal-gassprojbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ sustanzi kimiċi, b’mod partikolari dawk użati bħala materja prima fl-industrijaprojbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti metalli bħal ram raffinat u oġġetti tar-ram, aluminju u oġġetti tal-aluminju, u oġġetti tal-azzarprojbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-plastikprojbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ mluħa u minerali projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ materjali tal-kostruzzjoni projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti magħmula mil-lastiku IL-FATTIMin-naħa tal-esportazzjoni, il-valur totali stmat tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġiji sal-lum hu ta’ €48 biljun. Dan jirrappreżenta 54% tal-esportazzjoni tal-UE qabel l-invażjoni.58% tal-importazzjonijiet ta’ qabel il-gwerra huma koperti mill-miżuri, li jirrappreżentaw €91.2 biljun.Il-valur totali tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tas-servizzi tan-negozju huwa ta’ €3.28 biljun (16 % tal-esportazzjonijiet tal-UE qabel l-invażjoni).Il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti teknoloġiċi tal-UE wasslet għal tnaqqis fl-industriji Russi intensivi fit-teknoloġija. It-tnaqqis fil-produzzjoni tal-karozzi, tagħmir ieħor tat-trasport u l-manifattura tal-computers kien partikolarment profond.Ebda waħda mill-miżuri li l-UE adottat ma timmira b’xi mod il-kummerċ fi prodotti agrikoli u tal-ikel, inklużi l-qamħ u l-fertilizzanti, bejn pajjiżi terzi u r-Russja. L-aħħar aġġornament: fit-23 ta' Ottubru 2025 Approċċ komprensiv għas-sanzjonijietSanzjonijiet kontra individwi, kumpaniji u organizzazzjonijietMiżuri dwar il-viżaMiżuri finanzjarji u tas-servizz tan-negozjuSanzjonijiet fuq l-enerġijaSanzjonijiet fuq it-trasportSanzjonijiet fuq oġġetti b’użu doppjuIrkupru u konfiska tal-assiNagħmlu s-sanzjonijiet effettivi