Fil-qosor
- Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE għall-2028-2034, magħruf ukoll bħala l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP)
- B’valur ta’ €2 triljun għas-seba’ snin, il-baġit għandu l-għan li jsaħħaħ is-sovranità tal-Ewropa, jagħti spinta lill-kompetittività, u jibni r-reżiljenza
- Il-baġit il-ġdid tal-UE se jkun aktar simplifikat, jimmodernizza l-investimenti tal-UE u jallinja l-prijoritajiet nazzjonali u tal-UE b’mod aktar strateġiku
Kif se jintefqu l-flus?
- €865 biljun – kważi nofs il-baġit – biex jgħinu ħalli jitneħħa d-distakk bejn ir-reġjuni tal-Ewropa
- €409 biljun biex l-Ewropa ssir aktar kompetittiva fl-ekonomija dinjija
- €49 biljun għall-investiment fl-edukazzjoni (Erasmus+) u għall-promozzjoni tal-valuri demokratiċi (AgoraEU)
- €200 biljun biex jinbnew sħubijiet aktar sodi mal-bqija tad-dinja
Dwar din it-tabella
L-ammonti huma espressi bi prezzijiet attwali.
*inkluż Orizzont Ewropa. Il-Fond għall-Innovazzjoni (€41 biljun) mhuwiex inkluż
** Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), il-protezzjoni ċivili u s-saħħa, il-Programm tas-Suq Uniku (SMP), il-Programm tar-Riċerka u t-Taħriġ tal-Euratom, il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), Ġustizzja, id-dekummissjonar nukleari, il-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (OCT), u l-programm Pericles IV
X’inhuma l-prijoritajiet ewlenin tal-proposta tal-baġit il-ġdid tal-UE?
Il-proposta tidentifika sitt prijoritajiet strateġiċi li jiddefinixxu l-baġit fit-tul li jmiss tal-UE.
- Ċittadini
- Finanzjament għall-edukazzjoni u l-opportunitajiet taż-żgħażagħ biex jistudjaw u jaħdmu barra mill-pajjiż (eż. Erasmus+ qed jikber b’50%)
- Appoġġ aktar b’saħħtu lis-soċjetà ċivili, il-libertà tal-istampa, l-ambjent, il-valuri demokratiċi permezz tal-programm il-ġdid AgoraEU
- Tħejjija aħjar u azzjoni aktar malajr waqt emerġenzi u diżastri naturali
- Aċċess aktar faċli għal akkomodazzjoni affordabbli, inkluż fil-pjanijiet nazzjonali u reġjonali
- L-Istati Membri tal-UE
- Aċċess aktar sempliċi għall-finanzjament tal-UE bi pjanijiet issimplifikati maħsubin apposta
- Aktar kontrolli għaż-żoni lokali dwar kif jużaw il-fondi, filwaqt li jintlaħqu xorta l-prijoritajiet tal-UE
- Opportunitajiet ġodda ta’ self ta’ flus permezz ta’ Catalyst Europe b’kundizzjonijiet favorevoli għal investimenti strateġiċi
- Għodod iżjed strateġiċi għal indipendenza fl-enerġija, innovazzjoni teknoloġika, kapaċità fid-difiża
L-UE kif se tiffinanzja dan il-baġit?
Biex tiffinanzja dan il-programm ambizzjuż mingħajr ma titlob lill-pajjiżi jikkontribwixxu aktar, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet ħames sorsi ġodda ta’ introjtu tal-UE, li qed jissejħu “riżorsi proprji:
- Is-Sistema tal-UE għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet
- Mekkaniżmi ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri
- Skart elettroniku mhux miġbur
- Dazju tas-sisa fuq it-tabakk
- Kontribuzzjonijiet mingħand korporazzjonijiet kbar li joperaw fis-suq uniku
Dawn mistennija jiġġeneraw €58.5 biljun fis-sena. Dawn se jgħinu biex l-UE tiffinanzja prijoritajiet fit-tul ġodda (it-teknoloġiji diġitali, tad-difiża u nodfa) u jħallsu lura wkoll id-djun tal-programm tal-irkupru mill-COVID (NextGenerationEU)
X’inhuma r-riżorsi proprji tal-UE?
Ir-riżorsi proprji huma l-modi ewlenin tal-UE kif tiġbor il-flus, bħal dazji doganali jew sehem mill-VAT, li jidħlu direttament fil-baġit tal-UE biex jiffinanzjaw il-prijoritajiet tal-UE.
X’inhu l-pass li jmiss?
Il-proposta issa tgħaddi għall-fażi tan-negozjati mal-Parlament Ewropew u mal-Istati Membri. Ladarba jiġi approvat, il-baġit tal-UE li jmiss mhux biss se jiffinanzja l-għanijiet tal-Ewropa iżda se jsawwar mill-ġdid kif l-Unjoni tipprovdi valur bejn il-fruntieri u l-ġenerazzjonijiet.
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 10 Settembru 2025