Il-Kummissjoni pproponiet baġit għall-2028–2034 li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rwol globali tal-UE. Fost il-prijoritajiet ewlenin hemm:
- aktar appoġġ lill-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-UE
- għajnuna flessibbli u kontinwa lill-Ukrajna
- investiment kontinwu fil-paċi, is-sigurtà u s-sħubijiet globali.
Hu baġit li jixhed il-valuri tal-Ewropa –– u r-responsabbiltà tagħha fid-dinja –– u li jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà, il-kompetittività u s-sigurtà ekonomika.

Din il-paġna ġiet rieżaminata l-aħħar: 15 Jannar 2026