Ċifri ewlenin
Nindirizzaw l-isfidi strateġiċi
- Theddid għas-sigurtà mingħajr preċedent
It-tensjonijiet globali dejjem akbar jeħtieġu aktar prontezza u kapaċità ta’ rispons malajr.
- Infiq strateġiku Ewropew
L-investimenti fl-innovazzjoni u l-produzzjoni Ewropej isaħħu l-indipendenza u l-kapaċitajiet tal-UE.
- Pressjonijiet fuq il-fruntieri
Iż-żieda fil-pressjoni fuq il-fruntieri esterni tal-Ewropa teħtieġ kapaċità msaħħa fil-ġestjoni tal-fruntieri.
Ninvestu fid-difiża, is-sigurtà u l-ispazju
Permezz tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività, l-UE se twarrab €131 biljun biex tappoġġa l-investiment fid-difiża, is-sigurtà u l-ispazju –– żieda ta’ ħames darbiet meta mqabbla mal-perjodu baġitarju attwali.
- Appoġġ għad-difiża
L-Istati Membri u r-reġjuni se jkunu jistgħu jappoġġaw b’mod volontarju proġetti relatati mad-difiża, allinjati mal-prijoritajiet nazzjonali u reġjonali.
- Mobbiltà militari
Il-finanzjament għall-mobbiltà militari permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se jiżdied b’għaxar darbiet, biex l-infrastruttura tkun tista’ taqdi ħtiġijiet ċivili u militari.
- Sigurtà tal-enerġija
Il-proġetti transfruntieri tal-enerġija u t-trasport se jiġu appoġġati biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa.
- Investimenti kritiċi
L-investimenti se jsaħħu wkoll iċ-ċibersigurtà, it-trasport u l-iżvilupp tal-infrastruttura kritika.
Approċċ sod u ġust għall-migrazzjoni u s-sigurtà
Biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-migrazzjoni u tas-sigurtà interna, il-baġit il-ġdid se jalloka €81 biljun –– tliet darbiet aktar mill-QFP attwali.
- Rispons rapidu
Il-fondi se jappoġġaw lill-Istati Membri biex jirrispondu malajr għall-iżviluppi fil-prattika.
- Sigurtà tal-fruntiera
Il-gwardji tal-fruntieri se jiġi attrezzati bl-għodod u t-teknoloġija meħtieġa biex jipproteġu l-fruntieri esterni tal-UE.
- Infurzar tal-liġi
L-investimenti se jsaħħu wkoll iċ-ċibersigurtà, it-trasport u l-iżvilupp tal-infrastruttura kritika.
- Riforma tal-migrazzjoni
Il-finanzjament se jgħin fl-implimentazzjoni tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, filwaqt li jiżgura sistema tal-migrazzjoni ġusta, soda u li tħares ’il quddiem.
Xi jfisser dan għall-UE
B’dan il-baġit fit-tul, l-UE qed tieħu passi importanti biex:
- ikollna Ewropa aktar sikura u aktar sigura, b’risponsi aktar malajr għall-kriżijiet globali,
- issaħħaħ il-kapaċitajiet tad-difiża u tas-sigurtà tagħha stess,
- tappoġġa l-innovazzjoni fid-difiża madwar ir-reġjuni u l-Istati Membri, u
- tibni sistema ġusta u soda għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, filwaqt li l-fruntieri jibqgħu siguri u mmexxija tajjeb.
Din il-paġna ġiet rieżaminata l-aħħar: 15 Jannar 2026
