Mur għall-kontenut ewlieni

Mekkaniżmu tal-Istat tad-Dritt

Il-mekkaniżmu Ewropew tal-istat tad-dritt huwa għodda preventiva, li għandu l-għan li jippromwovi l-istat tad-dritt u jipprevjeni li jitfaċċaw jew jiddeterjoraw l-isfidi.

X’inhu l-mekkaniżmu tal-istat tad-dritt?

Il-Mekkaniżmu Ewropew tal-Istat tad-Dritt jipprovdi proċess għal djalogu annwali bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew flimkien mal-Istati Membri kif ukoll il-parlamenti nazzjonali, is-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra dwar l-istat tad-dritt. Ir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt huwa l-pedament ta’ dan il-proċess il-ġdid.

Objettiv ewlieni tal-Mekkaniżmu Ewropew tal-Istat tad-Dritt huwa li jistimula l-kooperazzjoni interistituzzjonali u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jikkontribwixxu skont ir-rwoli istituzzjonali rispettivi tagħhom. Dan l-għan jirrifletti interess li ilu jeżisti kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kunsill. Il-Kummissjoni tistieden ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-awtoritajiet nazzjonali biex jiddiskutu r-rapport, u tħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati l-oħra fil-livell nazzjonali u tal-UE biex ikunu involuti.

Ir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt u l-ħidma preparatorja mal-Istati Membri jsiru kull sena bħala parti mill-Mekkaniżmu, u ser iservu bħala bażi għal diskussjonijiet fl-UE kif ukoll biex jipprevjenu l-problemi milli jitfaċċaw jew japprofondixxu aktar. L-identifikazzjoni tal-isfidi malajr kemm jista’ jkun u b’appoġġ reċiproku mill-Kummissjoni, Stati Membri oħra, u partijiet ikkonċernati inklużi l-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta’ Venezja, tista’ tgħin lill-Istati Membri jsibu soluzzjonijiet biex jissalvagwardjaw u jipproteġu l-istat tad-dritt.

Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2020

2020 Rule of Law Report

Ir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2020 se jissorvelja żviluppi sinifikanti, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, relatati mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri. Dan ikopri erba’ pilastri: is-sistema ġudizzjarja, il-qafas kontra l-korruzzjoni, il-pluraliżmu tal-midja, u kwistjonijiet istituzzjonali oħra relatati mal-kontrokontrolli.

 

National Rule of Law dialogues

The national rule of law dialogues are a format developed by the Commission and the Fundamental Rights Agency and facilitated by the national Commission Representations. They aim to bring together different stakeholders and authorities to discuss about national rule of law issues and how to follow-up to them, on the basis of the Rule of Law Report.