Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Il-leġiżlazzjoni

Skopri kif issir, tiġi applikata, u tiġi infurzata l-leġiżlazzjoni tal-UE. Informa ruħek dwar id-deċiżjonijiet tal-qorti, il-konformità legali, u kif tista’ tikkontribwixxi għat-tfassil tal-politiki tal-UE.

Il-proċess tat-tfassil tal-liġijiet

Il-Kummissjoni Ewropea għandha rwol ewlieni fil-ħolqien, l-implimentazzjoni, u l-infurzar tal-liġijiet tal-UE. Dan il-proċess jiżgura li l-leġiżlazzjoni tkun ippjanata sew, evalwata kif xieraq, u applikata b’mod effettiv fl-Istati Membri kollha.

  1. L-ippjanar u l-proposti

    Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi liġijiet ġodda bbażati fuq il-prijoritajiet politiċi, il-kontribut tal-esperti, u l-konsultazzjonijiet pubbliċi. Timxi skont l-approċċ ta’ Regolamentazzjoni Aħjar biex jiġu żgurati l-effiċjenza u l-impatt.

    Il-proċess tat-tfassil tal-liġijiet 

    L-ippjanar u l-proponiment tal-leġiżlazzjoni 

    Regolamentazzjoni aħjar

    It-tipi ta’ liġi tal-UE 

  2. L-adozzjoni

    Il-proposti leġiżlattivi jiġu dibattuti u approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-UE. Fil-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni tintuża l-Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja, li teħtieġ qbil min-naħa taż-żewġ istituzzjonijiet.

    L-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE

  3. L-evalwazzjoni u t-titjib ta’ liġijiet eżistenti

    Il-liġijiet eżistenti jiġu vvalutati regolarment biex jiġu żgurati r-rilevanza u l-effettività, filwaqt li jiġu inkorporati r-rispons tal-pubbliku u r-rieżamijiet tal-esperti. 

    L-evalwazzjoni tal-liġijiet, tal-politiki, u tal-programmi ta’ finanzjament

  4. Segwi l-proċess leġiżlattiv

    Żomm ruħek aġġornat dwar l-iżviluppi leġiżlattivi. 

    Segwi l-proċess leġiżlattiv

L-applikazzjoni tal-liġi tal-UE

L-Istati Membri jridu japplikaw il-liġijiet tal-UE u jintegraw id-direttivi fis-sistemi legali nazzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea timmonitorja l-konformità.

Jekk pajjiż ma japplikax il-liġi tal-UE b’mod korrett, il-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni legali, li potenzjalment twassal għal każijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. Din tissejjaħ il-proċedura ta’ ksur. Iċ-ċittadini jistgħu jirrapportaw każijiet ta’ ksur, u huma koperti bil-protezzjonijiet li hemm fis-seħħ għall-informaturi.

L-UE tappoġġa wkoll il-kooperazzjoni ġudizzjarja biex jiġu solvuti kwistjonijiet amministrattivi jew legali bejn l-Istati Membri, u b’hekk tagħmilha aktar faċli għan-nies u għan-negozji biex joperaw b’mod transfruntier.

Informazzjoni dwar il-proċedura u r-reġistru tal-każijiet ta’ ksur u d-deċiżjonijiet dwarhom

Is-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet amministrattivi jew legali li jkunu jinvolvu żewġ pajjiżi tal-UE jew aktar

Ikkontribwixxi għat-tfassil tal-liġijiet tal-UE

Iċ-ċittadini, in-negozji, u l-organizzazzjonijiet jistgħu jipparteċipaw fit-tfassil tal-liġijiet tal-UE permezz ta’ konsultazzjonijiet u stħarriġiet pubbliċi. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tippermetti li ċ-ċittadini tal-UE jipproponu liġijiet ġodda jekk jinġabru miljun firma minn diversi Stati Membri.

Informazzjoni u riżorsi legali

L-utenti jistgħu jesploraw u jfittxu għal firxa wiesgħa ta’ dokumenti legali, inklużi:

Iċ-ċittadini jistgħu jfittxu wkoll il-liġi tal-UE skont is-suġġett

Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll riżorsi biex tgħin lill-individwi u lin-negozji jsibu esperti legali kwalifikati, inklużi avukati, tradutturi jew interpreti legali, medjaturi, u nutara.

Sib professjonist legali