Għaliex il-Kummissjoni tevalwa
Il-Kummissjoni tevalwa jekk liġijiet, politiki u attivitajiet ta' nfiq speċifiċi humiex tajbin biżżejjed għall-iskop tagħhom u jekk wasslux, bi spiża minima, it-tibdiliet mixtieqa lin-negozji u liċ-ċittadini.
Is-sejbiet tal-evalwazzjonijiet jgħinu lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi jekk l-azzjonijiet tal-UE jeħtiġilhomx jitkomplew jew jinbidlu.
Better regulation: why and how
REFIT - Nagħmlu l-liġi tal-UE aktar sempliċi u irħas bħala Link
L-evalwazzjonijiet jew il-kontroll tal-idoneità
Evalwazzjoni tivvaluta liġi, politika jew programm ta' finanzjament speċifiċi tal-UE:
- għall-effettività (jekk l-azzjoni tal-UE laħqitx l-objettivi tagħha)
- għall-effiċjenza (x’inhuma l-ispejjeż u l-benefiċċji)
- għar-rilevanza (jekk tweġibx għall-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati)
- għall-koerenza (kemm taħdem tajjeb ma’ azzjonijiet oħra)
- għall-valur miżjud tal-UE (x’inhuma l-benefiċċji tal-azzjoni fuq il-livell tal-UE)
Il-kontroll tal-idoneità hu tip ta’ evalwazzjoni li tivvaluta diversi azzjonijiet relatati. Hi tiffoka fuq l-identifikazzjoni ta' kif liġijiet, politiki u programmi differenti jinteraġixxu, fuq kwalunkwe inkonsistenzi jew sinerġiji, u fuq l-impatt kollettiv tagħhom.
L-evalwazzjonijiet li jmiss
Dawn huma kkomunikati lill-pubbliku permezz tal-pjanijiet direzzjonali ta' evalwazzjoni, u huma ppjanati fuq bażi multiannwali.
L-ippjanar tal-evalwazzjonijiet bħala Link
Kif issir kontribuzzjoni
Kulħadd jista' jipprovdi feedback dwar pjanijiet għal evalwazzjonijiet u għal kontrolli tal-idoneità u jipparteċipa f'konsultazzjonijiet pubbliċi dwar evalwazzjonijiet li għaddejjin bħalissa.
Ikkontribwixxi fit-tfassil tal-liġijiet
L-iżgurar tal-kwalità
Il-linji gwidi għal regolamentazzjoni aħjar u s-sett ta' għodda (2015) li jakkumpanjawhom jipprovdu standards komuni għal kwalità meta l-Kummissjoni tevalwa l-prestazzjoni tal-azzjonijiet tagħha.
Il-linji gwida għal regolamentazzjoni aħjar – Linji gwida dwar l-evalwazzjoni: kapitolu 6
Sett ta' għodda għal regolamentazzjoni aħjar – Valutazzjonijiet u kontroll tal-idoneità: kapitolu 6
Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jeżamina u joħroġ opinjonijiet dwar il-kwalità tal-evalwazzjonijiet u tal-kontrolli tal-idoneità maġġuri.
Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju bħala Link
Ir-riżultati tal-evalwazzjoni
Tingħata taqsira tas-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjonijiet fid-dokumenti ta' ħidma tal-persunal, li huma ppubblikati f'EUR-Lex. Ta' spiss, dawn huma bbażati fuq rapporti ta' evalwazzjoni ppreparati għall-Kummissjoni minn kuntratturi esterni. Dawn jistgħu jinstabu f'EU bookshop.