Id-definizzjoni tal-prijoritajiet leġiżlattivi
Kull ħarifa, il-Kummissjoni tistabbilixxi fil-programm ta’ ħidma tagħha l-prijoritajiet tal-politika tagħha għas-sena ta’ wara. Wara li jiġi adottat, il-programm ta’ ħidma jiġi ppreżentat lis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew u wara lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali.
Il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni
Ftehim interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet
L-ippjanar u l-proponiment tal-liġijiet
Bħala parti mill-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar, l-individwi, in-negozji u l-gruppi tal-partijiet ikkonċernati jistgħu jsegwu l-inizjattivi tal-Kummissjoni fl-istadji kollha tal-proċess.
Inizjattivi futuri ppubblikati reċentement, inklużi sejħiet għal evidenza u konsultazzjoni pubblika
Ir-Reġistru ta’ gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u ta’ entitajiet simili oħrajn
L-adozzjoni tal-liġijiet
Il-partijiet interessati jistgħu jsegwu l-progress tal-inizjattivi tal-Kummissjoni permezz tal-proċessi leġiżlattivi kemm tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali. Dan jibda mit-tnedija inizjali tagħhom san-negozjati fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill u jispiċċa bl-adozzjoni finali u l-inklużjoni tagħhom fil-liġi nazzjonali.
Emendi mhux essenzjali għall-inizjattivi tal-UE li m’għandhomx il-ħtieġa li jgħaddu mill-proċess sħiħ tat-tfassil tal-liġi, li jissejħu atti delegati u ta' implimentazzjoni, ukoll jistgħu jiġu segwiti fl-istadji varji tal-iżvilupp tagħhom.
Segwi ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ liġi ġdida proposta
Bażi tad-data tal-opinjonijiet tal-parlamenti nazzjonali u t-tweġibiet tal-Kummissjoni Ewropea
Ir-reġistru interistituzzjonali tal-atti delegati
Ir-reġistru tal-komitoloġija għall-atti ta' implimentazzjoni
Paġna ewlenija — Ir-reġistru tal-atti delegati
L-applikazzjoni tal-liġijiet tal-UE
Hu possibbli wkoll li ssib liema miżuri jieħdu l-pajjiżi biex jinkorporaw il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li ssegwi l-proċeduri ta' ksur meħudin mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-pajjiżi tal-UE.
Miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni
Ir-reġistru tad-deċiżjonijiet dwar każijiet ta’ ksur
L-evalwazzjoni u t-titjib ta’ liġijiet eżistenti
Il-Kummissjoni Ewropea tevalwa kontinwament jekk il-liġijiet tal-UE jkunux qed jilħqu l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u n-negozju bl-inqas spejjeż possibbli. L-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità jorjentaw l-iffissar tal-prijoritajiet politiċi u jikkontribwixxu għall-ippjanar strateġiku, kif ukoll għar-reviżjoni tal-politiki u l-leġiżlazzjoni eżistenti.
L-evalwazzjoni tal-liġijiet, tal-politiki, u tal-programmi ta’ finanzjament