Tipi ta’ persunal mhux permanenti
Il-Kummissjoni Ewropea ta’ spiss tirrekluta persunal mhux permanenti għal kuntratti ta’ terminu fiss.
- il-persunal temporanju jagħmel xogħol speċjalizzat ħafna u jista’ jiġi ingaġġat għal żmien limitat
- il-persunal bil-kuntratt jagħmel xogħol manwali jew amministrattiv, jew jikkontribwixxi biex tiżdied il-kapaċità f’oqsma speċjalizzati meta ma jkunx hemm uffiċjali disponibbli; ġeneralment jiġi ingaġġat għal perjodu ta’ żmien fiss
- l-esperti nazzjonali sekondati (seconded national experts, SNEs) huma impjegati taċ-ċivil ikkwalifikati fl-Istati Membri tal-UE li jiġu ingaġġati biex jaqsmu dak li jafu u l-esperjenza esperta tagħhom mal-UE għal perjodu ta’ żmien fiss
Postijiet tax-xogħol li bħalissa huma vakanti
Il-postijiet tax-xogħol vakanti għal pożizzjonijiet mhux permanenti jittellgħu fis-sit tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO):
Sib postijiet tax-xogħol vakanti għal persunal temporanju fil-Kummissjoni u f’istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.
Sib postijiet tax-xogħol vakanti għal persunal bil-kuntratt fil-Kummissjoni u f’istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.
Sib postijiet tax-xogħol vakanti għal esperti nazzjonali sekondati fil-Kummissjoni u f’istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.
Applikazzjonijiet spontanji
Hemm żewġ modi kif tissottometti applikazzjoni spontanja:
L-Għodda għas-Selezzjoni tal-Aġenti Kuntrattwali (Contract Agent Selection Tool, CAST)
Jekk jinteressak li tiġi reklutat(a) bħala membru tal-persunal bil-kuntratt mal-Kummissjoni jew ma’ istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-UE, tista’ tirreġistra fil-bażi tad-data tal-CAST.
Meta jinqala’ l-bżonn li jiġi rrekultat persunal bil-kuntratt, il-persunal tagħna li jieħu ħsieb ir-reklutaġġi jfittex f’din il-bażi tad-data u jagħmel lista ristretta ta’ għadd ta’ kandidati li l-profili tagħhom ikunu jaqblu mar-rekwiżiti tal-impjieg.
Biex tirreġistra fil-bażi tad-data tal-CAST, l-ewwel trid toħloq profil tal-EPSO. Imbagħad tista’ tirreġistra skont il-profil tal-impjieg li l-aktar li jkun jaqbel mal-isfond akkademiku u professjonali tiegħek.
EU CV Online
Tista’ tirreġistra fil-bażi tad-data tas-CVs tagħna billi toħloq kont tal-EU CV Online.
Jekk inkunu interessati fil-profil tiegħek, il-persunal tagħna li jieħu ħsieb ir-reklutaġġ jikkuntattjak bil-posta elettronika jew bit-telefown.
Dokumenti
- Deutsch
- français