Page contents Page contents 3 prinċipji3 prinċipji jiddeterminaw kif u f'liema oqsma tista' taġixxi l-UE:l-għoti ta' kompetenzi – l-UE għandha biss dik l-awtorità mogħtija mit-trattati tal-UE, li ġew ratifikati mill-pajjiżi membri kollhail-proporzjonalità – l-azzjoni tal-UE ma tistax tmur lil hinn minn dak li hu neċessarju biex tikseb l-objettivi tat-trattatiis-sussidjarjetà – f'oqsma fejn jistgħu jaġixxu l-UE jew il-gvernijiet nazzjonali, l-UE tista' tintervieni biss jekk tkun tista' taġixxi b'mod aktar effettivL-UE biss tista' tilleġiżlaF'ċerti oqsma, l-UE biss tista' tgħaddi l-liġijiet. Ir-rwol tal-pajjiżi membri hu limitat għall-applikazzjoni tal-liġi, sakemm l-UE ma tawtorizzahomx jadottaw ċerti liġijiet huma stess. F'dawn l-oqsma, l-UE għandha dawk li t-trattati jsejħulhom kompetenzi esklużivi:unjoni doganaliregoli tal-kompetizzjoni għas-suq unikupolitika monetarja għall-pajjiżi taż-żona tal-eurokummerċ u ftehimiet internazzjonali (taħt ċerti ċirkustanzi)pjanti u annimali tal-baħar regolati mill-politika komuni tas-sajdL-UE jew il-gvernijiet nazzjonali jistgħu jilleġiżlawF'ċerti oqsma, kemm l-UE kif ukoll il-pajjiżi membri jistgħu jgħaddu l-liġijiet. Iżda l-pajjiżi membri jistgħu jagħmlu dan biss jekk l-UE ma tkunx diġà pproponiet liġijiet jew iddeċidiet li ma tagħmilx dan. F'dawn l-oqsma, l-UE għandha dawk li t-trattati jsejħulhom kompetenzi kondiviżi:suq unikuimpjiegi u affarijiet soċjalikoeżjoni ekonomika, soċjali u territorjaliagrikolturasajdambjentprotezzjoni tal-konsumaturtrasportnetworks trans-Ewropejenerġijaġustizzja u drittijiet fundamentalimigrazzjoni u affarijiet internisaħħa pubblika (għall-aspetti definiti fl-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) riċerka u spazjukooperazzjoni għall-iżvilupp u għajnuna umanitarjaIl-pajjiżi membri jilleġiżlaw, l-UE tgħinF'ċerti oqsma, l-UE tista' biss tappoġġja, tikkoordina jew tikkomplementa l-azzjoni tal-pajjiżi membri. M'għandha ebda setgħa biex tgħaddi l-liġijiet u ma tistax tinterferixxi fl-abbiltà tal-pajjiżi membri biex jagħmlu dan. F'dawn l-oqsma, l-UE għandha dawk li t-trattati jsejħulhom kompetenzi ta' appoġġ.saħħa pubblikaindustrijakulturaturiżmuedukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sportprotezzjoni ċivilikooperazzjoni amministrattivaL-UE għandha rwol speċjaliF'ċerti oqsma, kompetenzi speċjali jippermettu lill-UE li jkollha rwol partikolari jew li tmur lil hinn minn dak li normalment hu permess taħt it-trattati:il-koordinazzjoni ta' politiki ekonomiċi u tal-impjiegiid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuniil-"klawsola tal-flessibbiltà", li taħt kundizzjonijiet stretti tippermetti lill-UE biex tieħu azzjoni barra mill-oqsma normali ta' responsabbiltà tagħha Links relatati Kif jittieħdu d-deċiżjonijietAktar dwar il-liġi tal-UE