Negħlbu l-pandemijaPijunier f’vaċċini u trattamenti sikuri u effettivi Il-pandemija tal-coronavirus fixklet il-ħajja ta’ miljuni fid-dinja kollha. L-iskala tal-kriżi kienet tali, li bħala Unjoni biss stajna nipprovdu r-rispons xieraq għaċ-ċittadini tagħna u mexxejna s-solidarjetà internazzjonali biex niżguraw li l-vaċċini sikuri jilħqu l-irkejjen kollha tad-dinja. Il-Kummissjoni Ewropea ġġieldet il-pandemija fuq tliet fronti:Aħna ffukajna fuq it-trażżin tat-tixrid tal-coronavirus billi nipprovdu vaċċini lil kemm jista’ jkun nies.Aħna rrispondejna għax-xokk ekonomiku bi pjan ta’ rkupru mingħajr preċedent.Bqajna fit-triq it-tajba bit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tagħna. It-tilqim fl-UE83.4% tal-popolazzjoni adulta tal-UEirċevew tilqim primarju (1 jew 2 doża) kontra l-COVID-1962% tal-popolazzjoni adulta tal-UEirċevew doża booster IL-KISBIET EWLENIN IL-KISBIET EWLENIN Skeda ta’ żmien tal-approvazzjoni: Vaċċini sikuri u effettivi kontra l-COVID-19 21 ta’ Diċembru 2020BioNTech-Pfizer6 ta’ Jannar 2021Moderna29 ta’ Jannar 2021AstraZeneca11 ta’ Marzu 2021Johnson & Johnson20 ta’ Diċembru 2021Novavax24 ta’ Ġunju 2022Valneva Rispons rapidu għall-virusFil-bidu tal-pandemija, il-Kummissjoni daħlet fi ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem ma’ produtturi individwali tal-vaċċini f’isem l-Istati Membri. Bis-saħħa ta’ din il-prospettiva, u l-kapaċità li jiġu żgurati l-konsenji tal-vaċċini, l-Ewropa taffiet l-agħar pandemija f’seklu.Kif sar dan?Il-Kummissjoni ffinanzjat parti mill-ispejjeż li jiffaċċjaw il-produtturi tal-vaċċini mill-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza ta’ €2.7 biljun. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni żgurat għadd miftiehem ta’ vaċċini, iż-żmien tal-kunsinna u l-prezz. Billi għamlet hekk, il-Kummissjoni kkontribwiet għall-iżvilupp u l-manifattura ta’ vaċċini sikuri u effettivi fi żmien rekord.Fil-każ ta’ varjanti ġodda, jekk vaċċin adattat jiġi awtorizzat sal-ħarifa 2022, l-UE se jkollha aċċess għall-konsenji fil-forma ta’ vaċċini adattati minn BioNTech-Pfizer u Moderna. Progressjoni tal-ammont ta’ persuni mlaqqma fl-UE Aktar mill-vaċċini Il-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini teħtieġ ukoll trattamenti. Il-pazjenti bil-COVID-19 jeħtieġu trattamenti biex jiġġieldu l-marda, inaqqsu l-għadd ta' rikoverati fl-isptar u jipprevjenu t-telf ta’ ħajjiet. L-istrateġija tal-UE dwar il-prodotti terapewtiċi kontra l-COVID-19 qed tappoġġja l-iżvilupp u d-disponibbiltà tal-mediċini, inkluż għall-irkupru tal-pazjenti.F’Ottubru 2021, il-Kummissjoni stabbilixxiet portafoll ta’ 10 prodotti terapewtiċi potenzjali tal-COVID-19. Sa Mejju 2022, ġew awtorizzati tmien trattament għall-COVID-19, u ġew konklużi wkoll diversi kuntratti ta’ akkwist konġunt għall-mediċini tal-COVID-19 mal-manifatturi biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-Istati Membri għat-trattamenti tal-COVID-19. Kemm-il vaċċin tqassam s’issa? Sitta vaċċiniġew awtorizzati, wara li għaddew minn uħud mill-aktar provi kliniċi u proċessi ta’ approvazzjoni regolatorji rigorużi fid-dinja4.2 biljun dożi tal-vaċċinġew żgurati1.7 biljun dożi tal-vaċċinġew ikkonsenjati Kooperazzjoni u solidarjetà dinjijaMill-bidu, l-UE impenjat ruħha favur il-kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-pandemija. Aħna sirna l-akbar fornitur uniku tal-vaċċini kontra l-COVID-19 fid-dinja, u wieħed mid-donaturi ewlenin għall-COVAX, inizjattiva globali mmirata lejn aċċess ekwu għall-vaċċini kontra l-COVID-19. Fi Frar 2022, l-UE wiegħdet €425 miljun fis-Summit bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana, biex tgħin biex jitħaffef il-pass tat-tilqim fl-Afrika.Fit-tieni Summit Globali dwar il-COVID, f’Mejju 2022, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen wiegħdet € 450 miljun għall-Fond Globali għat-Tħejjija għall-Pandemiji.Fil-livell reġjonali, l-UE qed tappoġġja t-tnedija tal-Aġenzija Afrikana għall-Mediċini. Fil-livell nazzjonali, l-enfasi hija fuq iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni u l-ħolqien tal-ekosistema t-tajba għall-investiment. Rispons globali għall-coronavirus€2.4 biljun dożital-vaċċini kontra l-COVID-19 esportati mill-UE lejn 168 pajjiż478 miljun dożiingħataw b’donazzjoni lill-pajjiżi fil-bżonn, b’mod partikolari fl-Afrika, l-aktar permezz tal-COVAX L-UE kienet fuq quddiem nett tar-rispons kummerċjali globali għall-pandemija. Matul it-12-il Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Ġunju 2022, il-membri qablu li jirrinunzjaw għal ċerti obbligi ta’ proprjetà intellettwali li jikkonċernaw il-vaċċini kontra l-COVID-19. Ftuħ mill-ġdid tal-Ewropa u tad-dinja Din hija l-ewwel pandemija miġġielda fl-era diġitali. Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE malajr sar standard globali. Adottata f’Ġunju 2021, is-sistema stabbilixxiet qafas komuni għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni tat-tilqim kontra l-COVID-19, tat-testijiet u tal-fejqan biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu. Mill-bidu tal-applikazzjoni tiegħu, inħarġu aktar minn 2 biljun ċertifikat fl-UE kollha. Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kien innovazzjoni kruċjali fir-rispons tal-Ewropa, u malajr sar standard globali li għen biex jerġa’ jibda l-ivvjaġġar internazzjonali sikur. Minn Awwissu 2022, aktar minn 1.6 biljun persuna fid-dinja kollha jistgħu jużaw iċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE għall-ivvjaġġar internazzjonali tagħhom.L-UE żviluppat standard globali: 48 pajjiż u territorju mhux tal-UE f’ħames kontinenti ngħaqdu mas-sistema, minbarra s-27 Stat Membru. L-istejjer tiegħekFl-2020, Adam King ta’ sitt snin mill-Irlanda, li jbati minn kundizzjoni tal-għadam fraġli, iddeċieda li jrid jibgħat tgħanniqa virtwali madwar id-dinja bħala simbolu ta’ tama matul il-pandemija tal-coronavirus. L-idea tiegħu kienet ta’ suċċess u għenitna nfiqu kollettivament.Ritratti: John Allen Naraw li d-dinja terġa’ tiċċaqlaq Flimkien maċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, il-Kummissjoni nediet Re-open EU - applikazzjoni tal-web u għall-mobile li tgħin lill-Ewropej isibu informazzjoni aġġornata dwar il-miżuri tal-ivvjaġġar u tas-saħħa fil-pajjiżi Ewropej b’24 lingwa.Sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet nazzjonali għat-traċċar tal-kuntatti jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni bejn il-fruntieri, il-Kummissjoni stabbilixxiet servizz ta' gateway Ewropew ta' interoperabbiltà. Sal-ħarifa 2021, 19-il Stat Membru kienu qed jiskambjaw informazzjoni ta’ kuntatt tar-riskju permezz tas-servizz ta’ gateway Ewropew, bl-apps nazzjonali tagħhom li ġew iddawnlowdjati aktar minn 70 miljun darba. Nibnu Unjoni Ewropea tas-saħħa b’saħħitha It-telf tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima għamluha aktar faċli biex il-viruses jgħaddu mill-annimali għall-bnedmin. F’każ ta’ pandemija oħra, l-Istati Membri kollha jridu jkunu mħejjija u reattivi b’mod ugwali. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni stabbilixxiet il-pedamenti ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa. Meta nibnu Unjoni Ewropea tas-Saħħa robusta se nkunu qed:nipproteġu s-saħħa taċ-ċittadini tal-UEngħammru lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jipprevjenu u jindirizzaw il-pandemiji futuriinsaħħu r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Ewropa. L-Awtorità ġdida għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) qed tikkontribwixxi għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-ħżin ta’ mediċini, vaċċini u kontromiżuri mediċi oħra – bħat-tagħmir protettiv personali.Sa mill-attivazzjoni tagħha, l-HERA:Stabbilixxiet grupp ta’ esperti dwar il-varjanti tal-COVID-19 biex jimmonitorja l-mutazzjonijietxrat vaċċini kontra l-monkeypoxWaqqfet l-EU FAB – network ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ reazzjoni f’każ ta’ emerġenza għall-manifattura tal-vaċċini u tal-mediċiniBdiet taħżen tagħmir u drogi kontra theddid kimiku u nukleari Tejbet u rawmet s-saħħa fl-UEĦarset lin-nies fl-UE minn theddidiet transfruntieri serji għas-saħħaIntejbu l-prodotti mediċinali, l-apparat mediku u l-prodotti rilevanti għall-kriżijietInsaħħu s-sistemi tas-saħħa L-istejjer tiegħekFl-Estonja, Johanna-Maria Lehtme waqqfet “Slava Ukraini”, għaqda li wasslet aktar minn 60 ambulanza lill-Ukrajna, mimlijin provvisti mediċi u assistenza oħra meħtieġa biex jiġu salvati l-ħajjiet. Nibnu r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa Il-pandemija għad għandha impatt kbir fuq il-pazjenti, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u s-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa. Hu għalhekk li l-programm EU4Health tfassal biex imur lil hinn mir-rispons għall-kriżijiet biex tiġi indirizzata r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa. Minħabba t-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija, l-EU4Health qed tinvesti €5.3 biljun biex issaħħaħ is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri. L-istrateġija farmaċewtika għall-Ewropa, adottata f’Novembru 2020, tippreżenta inizjattivi konkreti biex jiġi żgurat aċċess għal mediċini sikuri, ta’ kwalità għolja, affordabbli għall-pazjenti, filwaqt li tindirizza il-bżonnijiet mediċi mhux sodisfatti. Timmira wkoll li ssaħħaħ is-sigurtà tal-provvista, tindirizza n-nuqqasijiet u tippromwovi l-awtonomija strateġika tal-UE. F’Marzu 2022, il-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ssaħħaħ biex jipprovdi għal monitoraġġ u mitigazzjoni aħjar tan-nuqqasijiet ta’ mediċini kritiċi. Nużaw id-data biex jiġu salvati l-ħajjiet Bl-Ispazju Ewropew il-ġdid tad-Data dwar is-Saħħa, il-Kummissjoni qed tieħu pass storiku lejn il-kura tas-saħħa diġitali fl-UE. Il-Kummissjoni qed tagħti s-setgħa liċ-ċittadini billi tagħtihom kontroll sħiħ fuq id-data dwar saħħithom u tippermettilhom kura tas-saħħa. Se trawwem ukoll suq uniku Ewropew ġenwin għas-servizzi u l-prodotti tas-saħħa diġitali billi toffri qafas biex tintuża d-data dwar is-saħħa għar-riċerka, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politika u l-attivitajiet regolatorji. Dan se jkun imprezzabbli għax-xjenzati, ir-riċerkaturi, l-innovaturi u għal dawk li jfasslu l-politika li jaħdmu fuq trattamenti innovattivi li jsalvaw il-ħajja. Bis-saħħa tat-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija, u l-miżuri stabbiliti minn dak iż-żmien, l-UE issa tinsab f’pożizzjoni aktar b’saħħitha minn qatt qabel biex tiġġieled kontra kriżijiet tas-saħħa futuri. Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Id-data f’din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fil-31 ta’ Awwissu 2022 Progress f’oqsma oħra Solidarjetà mal-UkrajnaTmexxija tat-tranżizzjoni ekoloġikaREPowerEUTmexxija tat-tranżizzjoni l-ġustaNavvanzaw id-deċennju diġitali tal-EwropaNiddefendu l-valuri tal-UEId-demografija taż-żgħażagħ u d-diversità tal-Ewropa Il-kisbiettal-Kummissjoni von der LeyenSkopri aktar Links relatati Ir-rispons għall-coronavirus
Il-pandemija tal-coronavirus fixklet il-ħajja ta’ miljuni fid-dinja kollha. L-iskala tal-kriżi kienet tali, li bħala Unjoni biss stajna nipprovdu r-rispons xieraq għaċ-ċittadini tagħna u mexxejna s-solidarjetà internazzjonali biex niżguraw li l-vaċċini sikuri jilħqu l-irkejjen kollha tad-dinja. Il-Kummissjoni Ewropea ġġieldet il-pandemija fuq tliet fronti:Aħna ffukajna fuq it-trażżin tat-tixrid tal-coronavirus billi nipprovdu vaċċini lil kemm jista’ jkun nies.Aħna rrispondejna għax-xokk ekonomiku bi pjan ta’ rkupru mingħajr preċedent.Bqajna fit-triq it-tajba bit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tagħna.
Il-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini teħtieġ ukoll trattamenti. Il-pazjenti bil-COVID-19 jeħtieġu trattamenti biex jiġġieldu l-marda, inaqqsu l-għadd ta' rikoverati fl-isptar u jipprevjenu t-telf ta’ ħajjiet. L-istrateġija tal-UE dwar il-prodotti terapewtiċi kontra l-COVID-19 qed tappoġġja l-iżvilupp u d-disponibbiltà tal-mediċini, inkluż għall-irkupru tal-pazjenti.F’Ottubru 2021, il-Kummissjoni stabbilixxiet portafoll ta’ 10 prodotti terapewtiċi potenzjali tal-COVID-19. Sa Mejju 2022, ġew awtorizzati tmien trattament għall-COVID-19, u ġew konklużi wkoll diversi kuntratti ta’ akkwist konġunt għall-mediċini tal-COVID-19 mal-manifatturi biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-Istati Membri għat-trattamenti tal-COVID-19.
Fi Frar 2022, l-UE wiegħdet €425 miljun fis-Summit bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana, biex tgħin biex jitħaffef il-pass tat-tilqim fl-Afrika.Fit-tieni Summit Globali dwar il-COVID, f’Mejju 2022, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen wiegħdet € 450 miljun għall-Fond Globali għat-Tħejjija għall-Pandemiji.Fil-livell reġjonali, l-UE qed tappoġġja t-tnedija tal-Aġenzija Afrikana għall-Mediċini. Fil-livell nazzjonali, l-enfasi hija fuq iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni u l-ħolqien tal-ekosistema t-tajba għall-investiment.
Din hija l-ewwel pandemija miġġielda fl-era diġitali. Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE malajr sar standard globali. Adottata f’Ġunju 2021, is-sistema stabbilixxiet qafas komuni għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni tat-tilqim kontra l-COVID-19, tat-testijiet u tal-fejqan biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu. Mill-bidu tal-applikazzjoni tiegħu, inħarġu aktar minn 2 biljun ċertifikat fl-UE kollha.
L-istejjer tiegħekFl-2020, Adam King ta’ sitt snin mill-Irlanda, li jbati minn kundizzjoni tal-għadam fraġli, iddeċieda li jrid jibgħat tgħanniqa virtwali madwar id-dinja bħala simbolu ta’ tama matul il-pandemija tal-coronavirus. L-idea tiegħu kienet ta’ suċċess u għenitna nfiqu kollettivament.Ritratti: John Allen
Flimkien maċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, il-Kummissjoni nediet Re-open EU - applikazzjoni tal-web u għall-mobile li tgħin lill-Ewropej isibu informazzjoni aġġornata dwar il-miżuri tal-ivvjaġġar u tas-saħħa fil-pajjiżi Ewropej b’24 lingwa.Sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet nazzjonali għat-traċċar tal-kuntatti jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni bejn il-fruntieri, il-Kummissjoni stabbilixxiet servizz ta' gateway Ewropew ta' interoperabbiltà. Sal-ħarifa 2021, 19-il Stat Membru kienu qed jiskambjaw informazzjoni ta’ kuntatt tar-riskju permezz tas-servizz ta’ gateway Ewropew, bl-apps nazzjonali tagħhom li ġew iddawnlowdjati aktar minn 70 miljun darba.
It-telf tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima għamluha aktar faċli biex il-viruses jgħaddu mill-annimali għall-bnedmin. F’każ ta’ pandemija oħra, l-Istati Membri kollha jridu jkunu mħejjija u reattivi b’mod ugwali. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni stabbilixxiet il-pedamenti ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa. Meta nibnu Unjoni Ewropea tas-Saħħa robusta se nkunu qed:nipproteġu s-saħħa taċ-ċittadini tal-UEngħammru lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jipprevjenu u jindirizzaw il-pandemiji futuriinsaħħu r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Ewropa.
L-istejjer tiegħekFl-Estonja, Johanna-Maria Lehtme waqqfet “Slava Ukraini”, għaqda li wasslet aktar minn 60 ambulanza lill-Ukrajna, mimlijin provvisti mediċi u assistenza oħra meħtieġa biex jiġu salvati l-ħajjiet.
Il-pandemija għad għandha impatt kbir fuq il-pazjenti, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u s-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa. Hu għalhekk li l-programm EU4Health tfassal biex imur lil hinn mir-rispons għall-kriżijiet biex tiġi indirizzata r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa. Minħabba t-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija, l-EU4Health qed tinvesti €5.3 biljun biex issaħħaħ is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri.
Bl-Ispazju Ewropew il-ġdid tad-Data dwar is-Saħħa, il-Kummissjoni qed tieħu pass storiku lejn il-kura tas-saħħa diġitali fl-UE. Il-Kummissjoni qed tagħti s-setgħa liċ-ċittadini billi tagħtihom kontroll sħiħ fuq id-data dwar saħħithom u tippermettilhom kura tas-saħħa. Se trawwem ukoll suq uniku Ewropew ġenwin għas-servizzi u l-prodotti tas-saħħa diġitali billi toffri qafas biex tintuża d-data dwar is-saħħa għar-riċerka, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politika u l-attivitajiet regolatorji. Dan se jkun imprezzabbli għax-xjenzati, ir-riċerkaturi, l-innovaturi u għal dawk li jfasslu l-politika li jaħdmu fuq trattamenti innovattivi li jsalvaw il-ħajja.