Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
SOTEU banner blue bg with dots
Niddefendu l-valuri tal-UE

Id-demokrazija u l-libertajiet fundamentali

Kif uriet l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, id-demokrazija hija kunċett fraġli u rridu nieħdu ħsiebha u nħarsuha kull mument.

Nipproteġu l-istat tad-dritt

L-istat tad-dritt huwa l-kolla li żżomm lill-Unjoni Ewropea magħquda. Bil-fatt li ngħaqdu mal-UE, is-27 Stat Membru daħlu għall-impenn li jiddefendu l-istat tad-dritt, li huwa essenzjali biex nipproteġu l-valuri li fuqhom twaqqfet l-UE: id-demokrazija, il-ħelsien, l-ugwaljanza, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. 

Issa ġew ippubblikati tliet Rapporti annwali dwar l-Istat tad-Dritt dwar l-iżviluppi attwali fl-Istati Membri kollha f’erba’ oqsma ewlenin:

  • Is-sistema ġudizzjarja
  • Il-qafas kontra l-korruzzjoni
  • Il-pluraliżmu tal-midja
  • Kwistjonijiet istituzzjonali oħra relatati mal-kontrokontrolli

Għodod addizzjonali għas-salvagwardja tal-istat tad-dritt fl-UE

Il-mekkaniżmu tal-istat tad-dritt 

Jippromwovi djalogu miftuħ dwar l-istat tad-dritt fost l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u s-soċjetà ċivili.

Regolament dwar il-Kondizzjonalità 

Jissorvelja l-ksur tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri li jista’ jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE.

Trasparenza akbar fir-reklamar politiku

Il-ġurnaliżmu u l-libertà tal-espressjoni

Il-progress demokratiku spiss jinfirex malajr f’reġjun sħiħ... li juri s-setgħa li d-demokrazija għandha toħloq momentum u twemmin li bidla pożittiva hija possibbli

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen

Nappoġġjaw il-midja indipendenti u s-soċjetà ċivili tal-Ukrajna

€150,000 fond ta’ emerġenza għall-midja Ukrena
stabbiliti minn diversi organizzazzjonijiet tal-midja Ewropej biex jappoġġjaw il-ħidma tal-kontropartijiet Ukreni tagħhom.
€1.5 miljun inġabru s’issa
biex jgħinu lill-ġurnalisti Ukreni jkopru l-ispejjeż operattivi tar-rappurtar dwar il-gwerra.
€1.5 biljun għall-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali
inklużi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili madwar id-dinja sal-2027.

L-isfidi futuri

Il-bidliet teknoloġiċi u l-inkwiet soċjali matul dawn l-aħħar snin ifissru li ħafna ġurnalisti issa ma jistgħux jagħmlu xogħolhom kif suppost. Sa issa ġew implimentati tliet miżuri biex jitreġġgħu lura dawn ix-xejriet jew qed jitħejjew mill-Kummissjoni.

  • Sikurezza tal-ġurnalisti  — offline u online – L-inizjattivi ewlenin jinkludu l-ħolqien ta’ servizzi ta’ appoġġ nazzjonali indipendenti, bħalma huma l-linji telefoniċi għall-għajnuna, il-pariri legali, l-appoġġ psikoloġiku, iż-żieda fil-protezzjoni tal-ġurnalisti waqt id-dimostrazzjonijiet u postijiet ta’ kenn għall-ġurnalisti u għall-professjonisti tal-midja li jiffaċċjaw theddidiet.
  • Leġiżlazzjoni biex tipproteġi lill-ġurnalisti u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kontra kawżi abbużivi Il-miżuri l-ġodda se jippermettu lill-imħallfin ineħħu malajr l-hekk imsejħa SLAPPs (litigazzjoni strateġika kontra parteċipazzjonijiet pubbliċi) u jagħtu s-setgħa lill-ġurnalisti u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-isforzi tagħhom biex jitkellmu fl-interess pubbliku.
  • Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media   L-att se jistabbilixxi, għall-ewwel darba fid-dritt tal-UE, salvagwardji komuni biex jiġi protett il-pluraliżmu tal-media u l-indipendenza editorjali tal-midja. Il-libertà tal-midja, il-pluraliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti huma mmonitorjati wkoll fir-rapporti annwali dwar l-Istat tad-Dritt.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda tar-responsabbiltà: Id-data f’din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fil-31 ta’ Awwissu 2022

Progress f’oqsma oħra

soteu dark blue
Il-kisbiet

dwar il-Kummissjoni von der Leyen