Ġenerali
L-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza jgħin lill-Istati Membri jwieġbu għall-pandemija tal-coronavirus billi jindirizza l-ħtiġijiet b’mod strateġiku u kkoordinat fil-livell Ewropew.
L-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza huwa bbażat fuq il-prinċipju tas-solidarjetà u jiġbor flimkien l-isforzi u r-riżorsi biex jiġu indirizzati malajr il-ħtiġijiet strateġiċi komuni. L-istrument jgħin biex jittaffew il-konsegwenzi immedjati tal-pandemija u jantiċipa l-ħtiġijiet relatati mal-irkupru.
L-aħħar informazzjoni kollha dwar l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza u l-implimentazzjoni tagħhom se tiġi ppubblikata f’din il-paġna.
Vaċċini
Parti sinifikanti tal-baġit disponibbli taħt l-Istrument Ewropew għall-Appoġġ tintuża biex jiġu żgurati vaċċini sikuri u effettivi kontra l-COVID-19 fl-UE permezz ta’ Ftehimiet ta’ Xiri bil-Quddiem mal-produtturi tal-vaċċini. Din hija parti mill-istrateġija dwar il-vaċċini tal-Kummissjoni Ewropea.
Trattamenti
Veklury
L-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza tal-Kummissjoni Ewropea ffinanzja żewġ kuntratti mal-kumpanija farmaċewtika Gilead biex jiżgura dożi tat-trattament tal-Veklury, l-isem kummerċjali għall-mediċina terapewtika Remdesivir, għal total ta’ €70 miljun. Il-Veklury kienet l-ewwel mediċina awtorizzata fil-livell tal-UE biex tittratta l-COVID-19. Bl-appoġġ tal-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza, ġiet żgurata l-kura ta’ madwar 37,000 pazjent b’sintomi severi tal-COVID-19. Il-200,000 kunjett ta’ Veklury saru disponibbli għall-Istati Membri u r-Renju Unit f’diversi konsenji bejn Awwissu u Ottubru 2020.
Tagħmir tal-plasmaperesi
Fil-11 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni ħabbret l-24 proġett magħżula li se jibnu programmi ġodda, jew jespandu dawk eżistenti, biex jiġbru l-plażma minn donaturi li rkupraw mill-COVID-19 u biex jibnu tħejjija għall-ġbir rapidu f’każ ta’ żidiet għoljin jew mewġiet futuri tal-pandemija. Il-proġetti, li se jsiru f’14-il Stat Membru u fir-Renju Unit, huma nazzjonali jew reġjonali u, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, se jinvolvu t-tqassim ta’ fondi għal għadd kbir ta’ ċentri lokali tal-ġbir tad-demm jew tal-plażma (b’kollox aktar minn 150).
Provi kliniċi għal mediċini bi skop ġdid
Fit-13 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni tat għotja ta’ miljun euro, iffinanzjata taħt l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza, biex tappoġġja t-twettiq ta’ prova klinika għall-għoti ta’ skop ġdid lir-Raloxifene, mediċina eżistenti użata għall-prevenzjoni u l-kura tal-osteoporożi, identifikata permezz tal-pjattaforma tas-supercomputing Exscalate4CoV ta’ Orizzont 2020 bħala molekula promettenti għall-kura ta’ pazjenti li jbatu mill-COVID-19. L-għan tal-prova, li se tinvolvi 450 parteċipant, huwa li tivvaluta l-effikaċja u s-sikurezza tar-Raloxifene u l-kapaċità tagħha li tipprevjeni r-replikazzjoni tal-virus COVID-19 fiċ-ċelloli u li tnaqqas il-ħin medju tat-tixrid virali f’pazjenti bil-COVID-19 li għadhom ma wrewx sintomi severi.
Ittestjar
Testijiet rapidi tal-antiġeni
L-ittestjar huwa għodda deċiżiva biex innaqqsu r-rata tat-tixrid tal-coronavirus. Il-Kummissjoni Ewropea mmobilizzat €100 miljun taħt l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza biex tixtri direttament aktar minn 20 miljun test rapidu tal-antiġeni li se jitwasslu lil 24 Stat Membru minn Frar 2021.
Tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar fl-Istati Membri
Fit-18 ta’ Novembru, il-Kummissjoni Ewropea ffirmat ftehim mal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (IFRC) li jimmobbilizza €35.5 miljun mill-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza biex tiżdied il-kapaċità tal-ittestjar għall-COVID-19 fl-UE. Il-finanzjament qed jappoġġja t-taħriġ tal-istaff rigward il-ġbir u l-analiżi tal-kampjunar kif ukoll it-twettiq tat-testijiet, speċjalment permezz ta’ tagħmir mobbli. Il-finanzjament qed jippermetti lit-Timijiet tal-Ittestjar Mobbli tas-Salib l-Aħmar biex ikollhom aċċess għat-tagħmir, għall-oġġetti tal-laboratorju u għar-reaġenti meħtieġa biex jieħdu l-kampjuni u jwettqu t-testijiet, u jappoġġjaw lill-awtoritajiet nazzjonali f’ħidmiethom.
Trasport ta’ oġġetti essenzjali, timijiet mediċi u pazjenti
Il-Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza jipprovdi wkoll appoġġ għal:
It-trasport ta’ oġġetti mediċi lejn fejn huma l-aktar meħtieġa, billi jiġi ffinanzjat it-trasport tal-merkanzija ta’ oġġetti ta’ assistenza u ta’ sokkors lejn u bejn l-Istati Membri tal-UE.
It-trasferiment ta’ pazjenti bejn l-Istati Membri tal-UE jew mill-Istati Membri lejn pajjiżi ġirien. Dan jippermetti l-użu ta’ kapaċità żejda u jtaffi mill-pressjoni fuq is-servizzi tas-saħħa li jinsabu f’riskju li ma jlaħħqux. Jiżgura wkoll it-trattament għall-akbar numru ta’ pazjenti possibbli.
It-trasport ta’ staff mediku u ta’ timijiet mediċi mobbli bejn l-Istati Membri tal-UE u fl-UE minn pajjiżi ġirien oħra, biex jgħinu lin-nies kull fejn l-assistenza medika tkun meħtieġa l-aktar.
Din l-opportunità ta’ finanzjament addizzjonali hi miżjuda mal-appoġġ diġà disponibbli permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u l-kunsinni ta’ tagħmir protettiv permezz tar-rescEU.
Il-Kummissjoni rċeviet 78 applikazzjoni għall-appoġġ minn 20 Stat Membru u r-Renju Unit, li minnhom 60 kienu relatati ma’ kunsinni ta’ merkanzija ta’ oġġetti mediċi, tagħmir u terapiji relatati mat-tilqim u 18 ma’ trasferiment ta’ pazjenti u timijiet mediċi. B’mod ġenerali, saru disponsibbli aktar minn €173 miljun biex jappoġġjaw dawn l-operazzjonijiet.
Fir-rigward tal-appoġġ għat-trasportazzjoni tal-merkanzija, il-Kummissjoni allokat €164 miljun biex tappoġġja 20 Stat Membru u lir-Renju Unit għat-trasporti tal-merkanzija li saru minn April 2020. Dan jinkludi €14.6-il miljun li appoġġjaw 6 pajjiżi tal-UE bit-trasport ta’ merkanzija ta’ tagħmir relatat mat-tilqim kontra l-COVID-19 u prodotti terapewtiċi kontra l-COVID-19 permezz ta’ għotjiet u l-użu dirett tal-intermedjarju tal-Kummissjoni.
B’mod ġenerali, din l-assistenza appoġġjat aktar minn 1,000 titjira tal-merkanzija u 500 operazzjoni addizzjonali bit-triq u bil-baħar, li ġabet tagħmir protettiv personali li jsalva l-ħajja, u tagħmir mediku lejn l-Ewropa.
F’Novembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea tat €2.9 miljun addizzjonali għal operazzjonijiet relatati mat-trasferiment ta’ pazjenti mediċi u t-trasport ta’ staff u timijiet mediċi. Dan iġib l-ammont globali allokat għal dan it-tip ta’ operazzjonijiet għal €9 miljun.
Permezz ta’ dawn il-proġetti, b’kollox, il-Kummissjoni Ewropea appoġġjat operazzjonijiet għat-trasferiment ta’ madwar 450 membru tal-istaff mediku u 350 pazjent.
Prodotti essenzjali relatati mas-saħħa
Il-Kummissjoni għamlet disponibbli kważi €100 miljun għall-akkwist ta’ prodotti essenzjali relatati mas-saħħa, bħal tagħmir protettiv personali, ventilaturi u mediċini għall-prevenzjoni u t-trattament tal-COVID-19 kif ukoll servizzi biex jiffaċilitaw l-kwalità u l-użu ta’ prodotti bħal dawn.
Tagħmir protettiv personali: il-Kummissjoni akkwistat 10 miljun maskra biex tipproteġi lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa. Dawn il-maskri twasslu lil 19-il Stat Membru bejn Lulju u Settembru 2020
Trattamenti: il-faċilità tal-prodotti essenzjali relatati mas-saħħa ntużat ukoll biex tiffinanzja x-xiri ta’ dożi ta’ trattament tal-Veklury, l-isem tal-marka għar-Remdesvir trapewtika (ara hawn fuq). Il-Veklury kienet l-ewwel mediċina awtorizzata fil-livell tal-UE biex tittratta l-COVID-19.
Robots UV għad-diżinfezzjoni tal-isptarijiet fl-Ewropa kollha
Il-Kummissjoni għamlet disponibbli €12-il miljun mill-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza biex tixtri 200 robot UV għad-diżinfezzjoni. Ir-robots jistgħu jiddiżinfettaw kmamar standard tal-pazjenti bl-użu tad-dawl ultravjola malajr fi 15-il minuta, u jirrappreżentaw assi importanti li jista’ jgħin lill-isptarijiet inaqqsu r-riskju ta’ infezzjoni u jrażżnu t-tixrid tal-coronavirus. Id-distribuzzjoni bdiet fis-26 ta’ Frar 2021, u ngħataw madwar 30 robot lil 12-il Stat Membru. Fil-21 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni kkonsenjat il-200 robot ta’ diżinfezzjoni (lill-isptar Consorci Corporació Sanitària Parc Taulí f’Barċellona, Spanja). Minbarra dawn il-200 robot, il-Kummissjoni assigurat ix-xiri ta’ 100 oħra, biex b’hekk it-total tad-donazzjonijiet tela’ għal 300.
Taħriġ tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa fil-ħiliet tal-kura intensiva
Il-Kummissjoni Ewropea għamlet €2.5 miljun disponibbli taħt l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza għat-taħriġ ta’ ġabra multidixxiplinari ta’ professjonisti fil-kura tas-saħħa biex jappoġġjaw u jassistu l-Unitajiet tal-Kura Intensiva. Il-programm dam għaddej 8 xhur u ħarreġ 17,000-il tabib u infermier f’700 sptar fl-UE kollha. Hu pprovda ħiliet ta’ kura medika intensiva lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa li ma jaħdmux b'mod regolari fl-Unitajiet tal-Kura Intensiva. Dan għin biex tiżdied id-disponibbiltà tal-istaff li jista’ jiġi stazzjonat fi żmien meta kien hemm bżonn li l-kapaċità fl-Unitajiet tal-Kura Intensiva tiżdied malajr, b’mod temporanju u sinifikanti. Il-materjal tat-taħriġ se jiġi xxerjat ma’ pajjiżi terzi interessati li jħejju għal żieda ta’ malajr fil-livell tal-istaff tal-unitajiet tal-kura intensiva għal mewġiet futuri tal-COVID-19 jew kriżijiet oħra relatati mas-saħħa.
Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE
Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2021. Diġà fis-17 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta biex jinħoloq Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE biex jiffaċilita l-moviment liberu sikur taċ-ċittadini fl-UE matul il-pandemija.
Barra minn hekk, fis-27 ta’ Settembru 2021 il-Kummissjoni tat għotjiet lil 20 Stat Membru li jammontaw għal €95 miljun biex jinxtraw testijiet dijanjostiċi tal-COVID-19 biex jiffaċilitaw il-konsenja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Dan jakkumpanja t-tilqim li għaddej kontra l-COVID-19. L-inizjattiva hija parti mill-impenn tal-Kummissjoni li tappoġġja aċċess affordabbli għal ittestjar rapidu u preċiż għal dawk iċ-ċittadini li għadhom ma tlaqqmux kompletament, b’mod partikolari dawk li ma jistgħux jitlaqqmu minħabba raġunijiet mediċi.
L-ewwel rapport tal-Kummissjoni dwar kif iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE qed jiġi implimentat mal-UE kollha.
Niżguraw l-interoperabbiltà
Il-Kummissjoni mmobilizzat madwar €16-il miljun taħt l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza biex tistabbilixxi l-infrastruttura meħtieġa għall-ħruġ u l-verifika ta’ ċertifikati interoperabbli dwar it-tilqim kontra l-COVID-19, l-ittestjar u l-irkupru.
Filwaqt li tibni fuq l-esperjenza miksuba mill-istabbiliment tal-infrastruttura diġitali magħrufa bħala s-“Servizz Ewropew ta’ Federation Gateway” għall-iskambju transfruntier ta’ data bejn l-applikazzjonijiet nazzjonali għat-traċċar u t-twissija tal-kuntatti, il-Kummissjoni żviluppat il-portal tal-UE, l-infrastruttura diġitali sigura li tgħaqqad is-sistemi nazzjonali li jiżguraw verifika affidabbli taċ-ċertifikati interoperabbli fl-UE. Wara fażi pilota li rnexxiet, il-portal tal-UE beda jopera f’ħin reali fl-1 ta’ Ġunju 2021. Dan jippermetti li ċ-Ċertifikati jiġu vverifikati bejn il-fruntieri.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għamlet disponibbli fondi addizzjonali taħt l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza biex tipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju sa €1 miljun għal kull pajjiż tal-UE biex jingħaqad fuq il-Portal tal-UE.
Kollegament tal-apps nazzjonali għat-traċċar tal-kuntatti
Fil-ġlieda kontra l-coronavirus, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri nedew app nazzjonali għat-traċċar tal-kuntatti u t-twissija, jew qed jippjanaw li jagħmlu dan. Madwar €10 miljun saru disponibbli taħt l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza biex dawn l-apps nazzjonali jiġu konnessi ħalli jisfruttaw il-potenzjal tal-apps għat-traċċar tal-kuntatti u t-twissija permezz tal-prossimità mobbli biex tinkiser il-katina tal-infezzjonijiet tal-coronavirus u jiġu salvati l-ħajjiet, anke meta n-nies ikunu qed jaqsmu l-fruntieri.
Is-servizz ta’ portal tal-interoperabbiltà se jipprovdi soluzzjoni Ewropea biex jiġi żgurat skambju sikur ta’ informazzjoni bejn l-apps nazzjonali abbażi ta’ arkitettura deċentralizzata u livell għoli ta’ protezzjoni tad-data. Wara fażi pilota li rnexxiet, is-sistema bdiet topera fid-19 ta’ Ottubru.
Sal-lum, huma konnessi 17-il app nazzjonali permezz ta’ dan is-servizz, li ġew iddawnlowdjati 67 miljun darba. Dalwaqt se jkun hemm aktar pajjiżi.
B’kollox, ġew riżervati €3 miljun taħt l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza biex jappoġġjaw lill-Istati Membri biex jadattaw l-apps nazzjonali tagħhom u l-backend servers sabiex jingħaqdu mas-servizz ta’ portal tal-interoperabbiltà. S’issa, 13-il Stat Membru bbenefikaw minn dan l-appoġġ.
Apps mobbli għat-traċċar tal-kuntatti fl-Istati Membri tal-UE
Links utli
- Ir-rispons tal-Kummissjoni għall-coronavirus fil-qasam tas-saħħa pubblika.
- M&T dwar l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza.
- Bażi legali tal-2016 tal-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza u l-attivazzjoni fl-2020.
- Punt ċentrali ta’ koordinament għat-tagħmir mediku tal-Kummissjoni
Dokumenti
- Iddawnlowdjaбългарски(151.98 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaespañol(142.35 KB - HTML)
- Iddawnlowdjačeština(141.99 KB - HTML)
- Iddawnlowdjadansk(142.62 KB - HTML)
- IddawnlowdjaDeutsch(143.06 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaeesti(140.83 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaελληνικά(153.34 KB - HTML)
- IddawnlowdjaEnglish(141.72 KB - HTML)
- Iddawnlowdjafrançais(143.25 KB - HTML)
- IddawnlowdjaGaeilge(143.49 KB - HTML)
- Iddawnlowdjahrvatski(141.53 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaitaliano(142.74 KB - HTML)
- Iddawnlowdjalatviešu(141.45 KB - HTML)
- Iddawnlowdjalietuvių(141.59 KB - HTML)
- Iddawnlowdjamagyar(143.66 KB - HTML)
- IddawnlowdjaNederlands(142.77 KB - HTML)
- Iddawnlowdjapolski(142.58 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaportuguês(142.59 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaromână(142.86 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaslovenčina(141.72 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaslovenščina(141.16 KB - HTML)
- Iddawnlowdjasuomi(142.71 KB - HTML)
- Iddawnlowdjasvenska(142.13 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaбългарски(214.2 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaespañol(203.04 KB - HTML)
- Iddawnlowdjačeština(202.2 KB - HTML)
- Iddawnlowdjadansk(200.9 KB - HTML)
- IddawnlowdjaDeutsch(203.18 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaeesti(200.81 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaελληνικά(215.35 KB - HTML)
- IddawnlowdjaEnglish(200.8 KB - HTML)
- Iddawnlowdjafrançais(203.26 KB - HTML)
- Iddawnlowdjahrvatski(202.08 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaitaliano(202.29 KB - HTML)
- Iddawnlowdjalatviešu(202.15 KB - HTML)
- Iddawnlowdjalietuvių(201.05 KB - HTML)
- Iddawnlowdjamagyar(204.93 KB - HTML)
- IddawnlowdjaNederlands(201.92 KB - HTML)
- Iddawnlowdjapolski(203.8 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaportuguês(202.74 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaromână(202.69 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaslovenčina(202.22 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaslovenščina(200.71 KB - HTML)
- Iddawnlowdjasuomi(202.29 KB - HTML)
- Iddawnlowdjasvenska(201.5 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaбългарски(159.66 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaespañol(147.62 KB - HTML)
- Iddawnlowdjačeština(147.56 KB - HTML)
- Iddawnlowdjadansk(147.14 KB - HTML)
- IddawnlowdjaDeutsch(148.98 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaeesti(145.96 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaελληνικά(160.79 KB - HTML)
- IddawnlowdjaEnglish(146.5 KB - HTML)
- Iddawnlowdjafrançais(148.27 KB - HTML)
- IddawnlowdjaGaeilge(148.63 KB - HTML)
- Iddawnlowdjahrvatski(146.67 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaitaliano(147.63 KB - HTML)
- Iddawnlowdjalatviešu(146.87 KB - HTML)
- Iddawnlowdjalietuvių(146.8 KB - HTML)
- Iddawnlowdjamagyar(149.55 KB - HTML)
- IddawnlowdjaNederlands(147.5 KB - HTML)
- Iddawnlowdjapolski(147.92 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaportuguês(147.5 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaromână(148.16 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaslovenčina(147.14 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaslovenščina(145.87 KB - HTML)
- Iddawnlowdjasuomi(148.44 KB - HTML)
- Iddawnlowdjasvenska(147.31 KB - HTML)