Mur għall-kontenut ewlieni
alt=""
European Union/Getty Images
L-Unjoni Ewropea tas-Saħħa

Nipproteġu saħħitna flimkien

Ma nistgħux nistennew li tintemm il-pandemija biex insewwu u nħejju għall-futur. Se nibnu l-pedamenti ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa aktar b’saħħitha fejn 27 pajjiż jaħdmu id f’id biex jidentifikaw, iħejju u jirrispondu b’mod kollettiv.

Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, f’diskors fis-Summit Dinji tas-Saħħa (25 ta’ Ottubru 2020)

X’inhi l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa

Il-Kummissjoni Ewropea qed tibni Unjoni Ewropea tas-Saħħa b’saħħitha, li fiha l-pajjiżi kollha tal-UE jħejju u jirrispondu flimkien għall-kriżijiet tas-saħħa, fejn il-provvisti tal-mediċini huma disponibbli, affordabbli u innovattivi, u l-pajjiżi jaħdmu flimkien biex itejbu l-prevenzjoni, it-trattament u l-kura ta’ segwitu għall-mard bħall-kanċer.

L-Unjoni Ewropea tas-Saħħa tgħin

  • tipproteġi aħjar is-saħħa taċ-ċittadini tagħna
  • tgħammar lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jipprevjenu u jindirizzaw aħjar il-pandemiji futuri
  • ittejjeb ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tal-Ewropa

Il-lezzjonijiet mill-pandemija tal-coronavirus

Il-pandemija wriet l-importanza tal-koordinazzjoni fost il-pajjiżi Ewropej biex tiġi protetta s-saħħa tan-nies, kemm waqt kriżi kif ukoll fi żminijiet normali meta nistgħu nindirizzaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa sottostanti, ninvestu f’sistemi tas-saħħa b’saħħithom u nħarrġu lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa. L-Unjoni Ewropea tas-Saħħa ttejjeb il-protezzjoni, il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons fil-livell tal-UE kontra l-perikli għas-saħħa tal-bniedem.

Azzjonijiet ewlenin

Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa

L-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa li għadu kif tnieda, wieħed mill-elementi kostitwenti ċentrali tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa u stadju importanti fit-trasformazzjoni diġitali tal-UE, għandu l-għan li:

  • itejjeb it-twassil tal-kura tas-saħħa fl-UE kollha, billi jagħti s-setgħa lin-nies biex jikkontrollaw id-data tagħhom dwar is-saħħa f’pajjiżhom jew f’pajjiżi oħra tal-UE
  • joffri qafas konsistenti, sikur, affidabbli u effiċjenti għall-użu tad-data dwar is-saħħa. Taħt kundizzjonijiet stretti, ir-riċerkaturi, l-innovaturi, l-istituzzjonijiet pubbliċi jew l-industrija se jkollhom aċċess għal ammonti kbar ta’ data dwar is-saħħa ta’ kwalità għolja, kruċjali għall-iżvilupp ta’ trattamenti li jsalvaw il-ħajja, vaċċini jew apparat mediku.
  • irawwem suq uniku ġenwin għas-servizzi u l-prodotti tas-saħħa online

L-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa jibni fuq rekwiżiti rigorużi tal-privatezza, l-interoperabbiltà u s-sigurtà tad-data, inkluża ċ-ċibersigurtà, li hija kruċjali għall-fiduċja taċ-ċittadini u r-robustezza tal-proġett.

Skopri aktar dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa

Is-sigurtà tas-saħħa globali

Biex ittejjeb is-sigurtà tas-saħħa globali u twassal għal saħħa aħjar għal kulħadd f’dinja li qed tinbidel, il-Kummissjoni adottat Strateġija Globali ġdida tal-UE dwar is-Saħħa f’Novembru 2022.

L-Istrateġija tqis is-saħħa globali bħala pilastru essenzjali tal-politika esterna tal-UE. Hija tippromwovi sħubijiet sostenibbli u sinifikanti bejn partijiet indaqs abbażi tal-Global Gateway. Bħala d-dimensjoni esterna tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, l-istrateġija hija mfassla biex tiggwida l-azzjoni tal-UE biex tiżgura tħejjija u rispons aħjar għat-theddid għas-saħħa.

Dokumenti

25 JANNAR 2022
Regulation on a reinforced role for the European Medicines Agency
11 NOVEMBRU 2020
Komunikazzjoni: Il-bini ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa - it-tħejjija u r-reżiljenza
11 NOVEMBRU 2020
Proposta għal Regolament dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa
11 NOVEMBRU 2020
Proposta biex jiġi estiż il-mandat taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
11 NOVEMBRU 2020
Factsheet: "A European Health Union: tackling health crises together – The role of EU agencies"