
Waħda minn kull tliet nisa fl-Ewropa.
Ġarrbu vjolenza abbażi tal-ġeneru.
Kellhom sieħeb vjolenti f’ħajjithom.
Sofrew fastidju sesswali fil-post tax-xogħol.
Meta tqis li din il-vjolenza għadha mhijiex irrapportata biżżejjed, dawn in-numri huma saħansitra aktar preokkupanti — din il-vjolenza trid tieqaf. Din hija r-raġuni għaliex kull sena, għall-komunità internazzjonali, inkluża l-UE, il-25 ta’ Novembru huwa l-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza Kontra n-Nisa.
L-UE hija impenjata biex teqred din il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, li għandha għeruq fil-fond, kif jixhdu l-kisbiet importanti li saru dan l-aħħar. L-UE issa għandha l-ewwel liġi b’saħħitha u komprensiva tagħha biex tiġġieled kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, li ġiet adottata f’Mejju 2024. Fl-2023, l-UE aderiet mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, l-ewwel trattat internazzjonali li jorbot legalment għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u tal-vjolenza domestika u għall-ġlieda kontrihom. U, aktar kmieni din is-sena, il-Kummissjoni enfasizzat l-impenji tagħha fil-pjan direzzjonali għad-drittijiet tan-nisa. Sadanittant, għaddejja ħidma fuq strateġija ġdida għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri li għandha tiġi ppreżentata fl-2026, li l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa se tkun element ċentrali tagħha.
Hemm ukoll assistenza konkreta. Il-vittmi jistgħu jċemplu fuq linja telefonika komuni tal-UE għall-assistenza: 116 016.
Fil-25 ta’ Novembru, l-UE għal darb’ oħra qed iġġedded l-impenn tagħha biex neqirdu l-vjolenza — inkluża l-vjolenza diġitali — kontra n-nisa u l-bniet fl-UE u lil hinn minnha. Qed tappella wkoll għal azzjoni biex ikun hemm solidarjetà mal-vittmi u mal-imġarrbin.
Għal aktar tagħrif
Il-Konvenzjoni ta’ Istanbul: Linji telefoniċi għall-assistenza fl-Ewropa
Finanzjament għal proġetti u organizzazzjonijiet biex tiġi indirizzata l-vjolenza abbażi tal-ġeneru
Ir-riżorsi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru
- Data tal-pubblikazzjoni
- 24 Novembru 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
Commission and Irish Presidency host a high-level Equality Data Roundtable on 30 September–1 October 2026, uniting key stakeholders to improve robust, ethical equality data and shape future EU action.
Għall-Jum Internazzjonali tal-Mara tat-8 ta’ Marzu, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat l-istrateġija tagħha dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-2026–2030. L-istrateġija tinkorpora l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’kull aspett tal-ħajja, kemm online kif ukoll offline.
Immaġina taħdem mil-lum sal-aħħar tas-sena mingħajr ma titħallas. Bid-differenza attwali fil-pagi bejn il-ġeneri fl-UE ta’ 12%, in-nisa b’mod simboliku jieqfu jitħallsu ta’ xogħolhom fis-17 ta’ Novembru.
Sabiex tiddefendi l-ugwaljanza u l-inklużjoni kull meta jkunu mhedda, l-UE nediet l-istrateġija tagħha dwar l-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ+ għall-2026-2030. Din tissejjes fuq l-istrateġija preċedenti għall-2020-2025 u se tmur lil hinn biex tiżgura li l-ugwaljanza tal-persuni LGBTIQ+ tiġi integrata fil-politiki kollha tal-UE.