Sejħa għall-applikazzjonijiet
Bħalissa m’hemm ebda sejħa miftuħa għal żjarat ta’ studju. Is-sejħa li jmiss (għal żjarat li se jseħħu bejn Settembru u Diċembru 2026) se tiġi ppubblikata fuq dan is-sit web f’Mejju/Ġunju 2026.
Dwar iż-żjarat ta’ studju
Bis-saħħa taż-żjarat ta’ studju fid-DĠ Interpretazzjoni, l-istudenti fl-interpretazzjoni tal-konferenzi jkunu jistgħu jiffamiljarizzaw ruħhom mal-ħajja professjonali ta’ interpretu tal-konferenzi li jaħdem għall-istituzzjonijiet Ewropej.
Din hija opportunità unika għall-interpreti tal-futur biex jisimgħu dwar kif jaħdem id-dipartiment, isiru jafu dwar l-istandards professjonali meħtieġa biex jaħdmu mal-Istituzzjonijiet Ewropej, jitgħallmu l-aħħar żviluppi fit-teknoloġiji l-ġodda fl-interpretazzjoni tal-konferenzi u jipprattikaw għal ġurnata f’“kabina ta’ prova”, ma’ interpetu li jħarriġhom.
Formati taż-żjarat
Żjarat minn universitajiet li d-DĠ Interpretazzjoni qed jikkoopera magħhom bħalissa:
- Żjara kkombinata bejn id-DĠ Interpretazzjoni u s-servizz ta’ interpretazzjoni tal-Parlament Ewropew (DĠ LINC):
żjara ta’ 3 ijiem; jumejn fid-DĠ Interpretazzjoni u jum fil-Parlament Ewropew - ġeneralment mit-Tnejn sal-Erbgħa - Żjarat fid-DĠ Interpretazzjoni biss:
Jumejn jew 3 ijiem – it-tul jiġi deċiż skont il-każ
Żjarat minn universitajiet li d-DĠ Interpretazzjoni mhux qed jikkoopera magħhom bħalissa:
- Nofstanhar jew jum sħiħ
Kif tapplika
- It-talbiet għal żjara ta’ studju għandhom jintbagħtu minn min imexxi l-kors universitarju, mhux mill-istudenti individwali.
- It-talbiet se jitqiesu skont l-interess tagħhom għad-DĠ Interpretazzjoni u s-servizz ta’ interpretazzjoni tal-Parlament Ewropew.
- It-talbiet huma suġġetti għall-approvazzjoni mid-Diretturi/Kapijiet tal-Unità rilevanti kif ukoll suġġetti għad-disponibbiltà tal-istaff.
- Il-“perjodu l-aktar popolari” għaż-żjarat tal-istudju hu minn Frar sa Mejju. L-universitajiet huma ġentilment mistiedna jindikaw dati alternattivi fil-perjodu minn Settembru sa Jannar u/jew fix-xahar ta’ Ġunju. Il-flessibilità ta’ dati alternattivi għaż-żjara hi apprezzata ferm.
Żomm f’moħħok li d-DĠ Interpretazzjoni u s-servizz ta’ interpretazzjoni tal-Parlament Ewropew huma servizzi tax-xogħol. Jekk l-università tiegħek ma toffrix korsijiet fl-interpretazzjoni u tixtieq sempliċiment issir taf dwar l-aspetti ġenerali (tal-lingwa) tal-Kummissjoni Ewropea, tista’ żżur il-Kummissjoni Ewropea permezz taċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Kummissjoni Ewropea.
Kuntatt
Żjara ta’ studju fid-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni
- Isem
- Żjara ta’ studju fid-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni
- scic-study-visits
ec [dot] europa [dot] eu
Żjarat ta’ studju fil-Parlament Ewropew
- Isem
- Żjarat ta’ studju fil-Parlament Ewropew
- LINC [dot] universities
europarl [dot] europa [dot] eu