Il-Kummissjoni għamlet il-protezzjoni tad-demokrazija l-prijorità tagħha. Ippreżentat strateġiji u leġiżlazzjoni li jipproteġu l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti, jikkumbattu l-indħil barrani, u jħarsu l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja kif ukoll is-sikurezza tal-ġurnalisti.
Fl-istess ħin, ipprovdiet aktar opportunitajiet biex iċ-ċittadini jinvolvu ruħhom b’mod attiv fil-ħajja demokratika, u b’hekk qed tippromwovi l-parteċipazzjoni u l-inklużjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
It-Tarka Ewropea għad-Demokrazija
It-Tarka Ewropea għad-Demokrazija, li ġiet ippreżentata f’Novembru 2025, hija l-istrateġija ġenerali tal-Kummissjoni biex tipproteġi u tirresponsabbilizza lid-demokraziji tagħna.
It-Tarka tippreżenta miżuri ġodda fi tliet oqsma prijoritarji
- Nipproteġu l-ispazju tal-informazzjoniintejbu l-kapaċità tal-UE li tagħraf is-sitwazzjoni u li tirrispondi għad-diżinformazzjoni u għall-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil minn barra
- Inqawwu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-midja ħielsainsaħħu l-ġustizzja u l-integrità tal-proċessi elettorali fl-UE, u nappoġġjaw lill-midja ħielsa u indipendenti
- Nagħtu spinta lir-reżiljenza tas-soċjetà u lill-involviment taċ-ċittadininiggarantixxu l-litteriżmu medjatiku u diġitali għall-etajiet kollha, u nappoġġjaw liċ-ċittadini u lis-soċjetà ċivili biex jinvolvu ruħhom b’mod attiv u sikur fil-ħajja demokratika
Aktar informazzjoni dwar it-Tarka Ewropea għad-Demokrazija
Iċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza Demokratika
Bħala komponent ewlieni tat-Tarka Ewropea għad-Demokrazija, iċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza Demokratika huwa ċentru ġdid għall-iskambji li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tidentifika u tirrispondi għat-theddid għad-demokraziji tagħna.
Iċ-Ċentru jiġbor flimkien l-għarfien espert u r-riżorsi tal-istituzzjonijiet tal-UE li qed jipparteċipaw, tal-Istati Membri, u tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, b’kontribuzzjonijiet addizzjonali mis-soċjetà ċivili u mill-akkademja.
Skopri aktar dwar iċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza Demokratika
Sforz ma jaqta’ xejn
It-Tarka Ewropea għad-Demokrazija hija parti minn approċċ usa’ u li qed jevolvi tal-UE biex nipproteġu d-demokrazija. L-inizjattivi li ttieħdu fil-passat poġġew sisien importanti għall-qafas li għandna llum.
Il-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea stabbilixxa qafas komprensiv biex nippromwovu l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti, insaħħu l-libertà tal-midja, nikkumbattu d-diżinformazzjoni, u ninkoraġġixxu l-involviment taċ-ċittadini. Din il-ħidma kompliet tiġi żviluppata permezz ta’ miżuri sussegwenti li introduċew standards ġodda ta’ trasparenza u responsabbiltà għal-lobbjar min-naħa ta’ pajjiżi terzi, flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet dwar ir-reżiljenza elettorali u l-involviment ċiviku.
Azzjonijiet tal-UE skont it-tema
Nipproteġu l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti
L-elezzjonijiet ħielsa u ġusti huma l-pedament tal-governanza demokratika. L-UE introduċiet għadd ta’ azzjonijiet ewlenin biex tappoġġa l-integrità elettorali:
- Ir-Regolament dwar ir-Reklamar Politiku, applikabbli mill-10 ta’ Ottubru 2025, jirrikjedi trasparenza sħiħa dwar min ikun qed jiffinanzja kontenut politiku sponsorjat, u b’hekk niżguraw li ċ-ċittadini jkunu jafu meta u għaliex ikunu qed jirċievu messaġġi politiċi.
- In-Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet ilaqqa’ flimkien lill-awtoritajiet elettorali tal-Istati Membri biex jaqsmu bejniethom l-għarfien espert u l-aħjar prattiki dwar kif l-elezzjonijiet inżommuhom ħielsa, ġusti, u siguri.
- Regoli aġġornati dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej isaħħu t-trasparenza u jillimitaw ir-riskji ta’ ndħil barrani.
Il-libertà u pluraliżmu tal-midja
Settur tal-midja ħieles u pluralistiku huwa essenzjali għal demokrazija b’saħħitha. Sabiex tappoġġa dan l-objettiv, l-UE ħadet damma storika ta’ miżuri:
- L-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media, applikabbli mit-8 ta’ Awwissu 2025, jipproteġi l-indipendenza editorjali, jipprojbixxi l-użu ta’ software ta’ spjunaġġ kontra l-ġurnalisti, u jiżgura t-trasparenza fis-sjieda tal-midja.
- Id-Direttiva kontra s-SLAPP, applikabbli mis-7 ta’ Mejju 2026, tipproteġi lill-ġurnalisti, lill-attivisti, u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minn kawżi abbużivi mfasslin biex isikktuhom, u tippermetti lill-qrati jiċħdu malajr il-kawżi infondati u jipprovdu kumpens għal dawk fil-mira.
Nikkumbattu d-diżinformazzjoni u l-indħil barrani
Id-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn barra joħolqu theddida diretta għad-dibattitu demokratiku u għall-integrità elettorali. Ir-rispons tal-UE jinkludi:
- Li nirresponsabbilizzaw lill-pjattaformi online — l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jirrikjedi li l-pjattaformi l-kbar jivvalutaw u jimmitigaw ir-riskji ta’ diżinformazzjoni. Il-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni jimpenja lill-firmatarji biex jintroduċu miżuri biex inaqqsu t-tixrid tad-diżinformazzjoni fuq il-pjattaformi tagħhom. L-Att dwar l-IA jipprovdi salvagwardji addizzjonali kontra l-manipulazzjoni ġġenerata mill-IA.
- Li nindividwaw u nikxfu l-indħil barrani — il-proġett EUvsDisinfo u s-Sistema ta’ Twissija Rapida jimmonitorjaw u jikxfu kampanji ta’ diżinformazzjoni, b’enfasi partikulari fuq atturi statali barranin. L-UE adottat ukoll sanzjonijiet kontra l-mezzi tal-midja tal-Kremlin li, minn mindu bdiet il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna, għandhom fil-mira tagħhom lid-demokraziji Ewropej.
- Li nsaħħu r-reżiljenza tas-soċjetà — il-Kummissjoni tippromwovi l-litteriżmu diġitali u medjatiku permezz ta’ riżorsi għall-edukaturi u għaċ-ċittadini ta’ kull età, inklużi linji gwida għall-għalliema u settijiet ta’ għodod għall-iskejjel sekondarji.
- Li nsostnu l-verifika tal-fatti — fl-ambitu tat-Tarka Ewropea għad-Demokrazija, Network Ewropew ta’ Verifikaturi tal-Fatti msaħħaħ se jipprovdi verifika tal-fatti indipendenti bil-lingwi kollha tal-UE. L-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali jlaqqa’ flimkien verifikaturi tal-fatti, riċerkaturi, u esperti tal-litteriżmu medjatiku madwar l-UE.
Aktar dwar il-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni
L-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini
Il-parteċipazzjoni sinifikattiva taċ-ċittadini tagħni d-dibattitu demokratiku u ssaħħaħ id-demokrazija rappreżentattiva. Ir-Rakkomandazzjoni tal-2023 tal-Kummissjoni dwar l-involviment ċiviku ppromwoviet l-involviment taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politika pubblika fil-livelli kollha tal-gvern.
L-UE tipprovdi firxa ta’ opportunitajiet għaċ-ċittadini biex jinvolvu ruħhom direttament fit-tfassil tal-politika:
ilaqqgħu flimkien ċittadini magħżulin b’mod aleatorju biex jiddeliberaw dwar kwistjonijiet politiċi speċifiċi u jikkontribwixxu direttament għall-proposti tal-Kummissjoni b’rakkomandazzjonijiet konkreti
tippermetti liċ-ċittadini jappellaw direttament lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni ġdida, b’aktar minn 20 miljun firma miġburin f’aktar minn 120 inizjattiva mill-2011 ’l hawn
jippermetti liċ-ċittadini jgħidu tagħhom dwar l-inizjattivi tal-Kummissjoni u jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet
ilaqqa’ flimkien rappreżentanti żgħażagħ minn madwar l-Ewropa biex jagħtu pariri lill-Kummissjoni direttament dwar il-politiki rilevanti għaż-żgħażagħ
Il-finanzjament
Il-Kummissjoni timmobilizza finanzjament apposta f’diversi programmi tal-UE biex issostni l-ħidma tagħha biex tipproteġi d-demokrazija.
Il-programmi tal-UE jgħinu biex jiġu ffinanzjati miżuri li jinkludu
- il-promozzjoni tal-integrità elettorali, l-għoti ta’ spinta lill-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, l-involviment ċiviku, u l-fiduċja fid-demokrazija
- it-tisħiħ tal-finanzjament għall-organizzazzjonijiet tal-midja tal-aħbarijiet fl-UE u lil hinn minnha
- il-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku u l-għajnuna liċ-ċittadini biex jidentifikaw id-diżinformazzjoni.
Il-programmi ewlenin ta’ finanzjament jinkludu
B’ħarsitha l quddiem, il-Kummissjoni pproponiet il-programm AgoraEU fl-ambitu tal-baġit fit-tul li jmiss tal-UE, li bħalissa qed jiġi nnegozjat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Meta jiġi adottat, se jżid b’mod sinifikanti l-appoġġ finanzjarju għall-parteċipazzjoni demokratika, għal-libertà tal-midja, u għas-soċjetà ċivili.
Links relatati
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 29 Ġunju 2026