Page contents Page contents Theddida dejjem tikber għad-demokraziji Ewropej Id-diżinformazzjoni hi ta’ tħassib għaċ-ċittadini tagħna. 83%tan-niesjaħsbu li d-diżinformazzjoni thedded id-demokrazija63%ta’ Ewropej iżgħar fl-etàjiltaqgħu ma’ aħbarijiet foloz aktar minn darba fil-ġimgħa51%tal-Ewropejjaħsbu li ġew esposti għal diżinformazzjoni online Id-diżinformazzjoni tagħmel ħsara lis-soċjetà tagħna billitimmina l-fiduċja fl-istituzzjonijiet u l-mediatpoġġi l-elezzjonijiet f’riskjutfixkel il-kapaċità taċ-ċittadini li jieħdu deċiżjonijiet infurmatitagħmel il-ħsara lil-libertà tal-espressjoniMatul il-kriżi tal-COVID-19, informazzjoni falza dwar il-vaċċini, informazzjoni qarrieqa dwar il-kura tas-saħħa, ċajtiet sensazzjonali perikolużi b’dikjarazzjonijiet foloz u teoriji ta’ kospirazzjoni pperikolaw is-saħħa pubblika. Aktar reċentement, id-diżinformazzjoni aggressiva favur il-Kremlin u l-propaganda tal-gwerra akkumpanjaw l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha qed isaħħu l-azzjonijiet tagħhom biex jiġġieldu kontra l-isforzi minn atturi li jxerrdu d-diżinformazzjoni biex jiddestabbilizzaw is-soċjetajiet u d-demokraziji tagħna, jippruvaw jisfruttaw kriżi, u jpoġġu ħajjet iċ-ċittadini f’riskju. detecting, analysing and exposing disinformation improving societal resilience and mobilising the private sector Tisħiħ tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni Fl-2018 ġie stabbilit Kodiċi ta’ Prattika għall-ewwel darba għall-pjattaformi online, l-assoċjazzjonijiet kummerċjali u l-atturi ewlenin tas-settur tar-reklamar. Hu impenjahom li jrażżnu d-diżinformazzjoni u jtejbu l-politiki online tagħhom.Dan wera li hu għodda innovattiva biex jiġu żgurati aktar trasparenza u responsabbiltà tal-pjattaformi online kif ukoll jipprovdi qafas strutturat għall-monitoraġġ u jtejjeb il-politiki tal-pjattaformi dwar id-diżinformazzjoni. L-iskambji mal-firmatarji saru aktar regolari u effiċjenti. Matul il-kriżi tal-coronavirus, il-pjattaformi rrappurtaw kull xahar lill-Kummissjoni u taw ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet tagħhom biex jippromwovu kontenut awtorevoli, itejbu s-sensibilizzazzjoni tal-utenti, iniżżlu l-livell ta’ kontenut dannuż jew jieħdu azzjoni kontrih u jidentifikaw reklamar marbut mad-diżinformazzjoni dwar il-coronavirus. Kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea, f’Mejju 2021 il-Kummissjoni ppubblikat Gwida fejn talbet lill-firmatarji jsaħħu l-Kodiċi fl-oqsma kollha tiegħu biex jagħmluh għodda b’saħħitha, effiċjenti u flessibbli għall-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni. Kodiċi ta’ Prattika tal-2018 Awtoregolamentazzjoni 16-il firmatarju – 21 impenji dwar: Skrutinju ta’ tqegħid ta’ reklami Trasparenza tar-reklamar politiku u dak ibbażat fuq kwistjonijiet Integrità tas-servizzi Għoti ta’ setgħat lill-konsumaturi Għoti tas-setgħa lill-verifikaturi tal-fatti u lir-riċerkaturi Kejl tal-effettività tal-Kodiċi Kodiċi ta’ Prattika Imsaħħaħ tal-2022 Koregolamentazzjoni għal Pjattaformi Online Kbar Ħafna skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali 34 firmatarju – 44 impenn u 127 miżura speċifika: Miżuri aktar b’saħħithom biex id-diżinformazzjoni titlef il-valur tagħha. Żieda fit-trasparenza tar-reklamar politiku u bbażat fuq il-kwistjonijiet Żgurar ta’ kopertura komprensiva tal-imġiba manipulattiva attwali u emerġenti Twessigħ u tisħiħ tal-għodod li jagħtu s-setgħa lill-utenti, eż. biex jidentifikaw u jimmarkaw kontenut falz jew qarrieqi Żieda fil-kopertura tal-verifika tal-fatti fil-pajjiżi u l-lingwi kollha tal-UE Għoti ta’ aktar aċċess għad-data lir-riċerkaturi Twaqqif ta’ qafas robust ta’ monitoraġġ u rappurtar, b’informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri Twaqqif ta’ Ċentru ta’ Trasparenza Ħolqien ta’ Task-force permanenti biex tevolvi u tadatta l-Kodiċi Kronoloġija tal-azzjonijiet tal-UE kontra d-diżinformazzjoni Marzu 2015Tnedija tat-Taskforce StratCom tal-Lvant fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni EsternaApril 2016Qafas Konġunt dwar il-ġlieda kontra t-theddid ibriduApproċċ komprensiv biex jittejjeb ir-rispons komuni għall-isfidi ppreżentati mit-theddid ibridu għall-Istati Membri, iċ-ċittadini u s-sigurtà kollettiva tal-Ewropa.Marzu 2018Rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli indipendenti dwar l-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni online li jirrakkomanda li jiġu indirizzati problemi urġenti u reazzjonijiet aktar fit-tul biex tiżdied ir-reżiljenza tas-soċjetà għad-diżinformazzjoniApril 2018Komunikazzjoni dwar l-indirizzar tad-diżinformazzjoni online fost l-oħrajn li tħabbar il-kodiċi ta’ Prattika dwar id-DiżinformazzjoniSettembru 2018Komunikazzjoni dwar il-kisba ta’ elezzjonijiet Ewropej liberi u ġustiOttubru 2018Kodiċi ta’ prattika dwar id-diżinformazzjoniGħodda awtoregolatorja innovattiva biex tiżgura aktar trasparenza u responsabbiltà tal-pjattaformi online, u qafas għall-monitoraġġ u t-titjib tal-politiki tal-pjattaformi online dwar id-diżinformazzjoni.Diċembru 2018Pjan ta' Azzjoni kontra d-diżinformazzjoniDan jistabbilixxi l-qafas tal-azzjonijiet tal-UE billi jtejjeb il-kapaċitajiet ta’ detezzjoni u analiżi, iqajjem kuxjenza, isaħħaħ ir-reżiljenza tas-soċjetà, iżid ir-reazzjonijiet koordinati, u jimmobilizza l-pjattaformi online u s-settur tar-reklamar.Marzu 2019Tnedija tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija kontra d-diżinformazzjoni.Ġunju 2020Komunikazzjoni: Nindirizzaw id-diżinformazzjoni tal-COVID-19 u t-tnedija tal-programm ta’ monitoraġġ tad-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19Miżura ta’ trasparenza biex tiġi żgurata r-responsabbiltà lejn il-pubbliku tal-isforzi li saru mill-firmatarji tal-Kodiċi biex jillimitaw id-diżinformazzjoni online relatata mal-COVID-19.Tnedija tal-Osservatorju Ewropew tal-Media DiġitaliDan joħloq u jappoġġja komunità multidixxiplinari, inklużi verifikaturi tal-fatti, riċerkaturi akkademiċi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra li jikkontribwixxu għall-indirizzar tad-diżinformazzjoni.Rapport dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019Diċembru 2020Proposta għal Att dwar is-Servizzi DiġitaliDan jiddefinixxi responsabbiltajiet aktar ċari u obbligu ta' rendikont għall-pjattaformi online mfassla skont ir-rwol, id-daqs u l-impatt rispettivi tagħhom fl-ekosistema online.Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija EwropeaDan jinkludi azzjonijiet biex itejbu s-sett ta’ għodod eżistenti tal-UE għall-ġlieda kontra l-interferenza barranija, bħall-impożizzjoni ta’ multi u l-gwida biex jissaħħaħ il-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni.Mejju 2021Gwida għat-Tisħiħ tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-DiżinformazzjoniIl-fehmiet tal-Kummissjoni dwar kif il-pjattaformi għandhom jindirizzaw il-lakuni u n-nuqqasijiet fil-Kodiċi u joħolqu ambjent online aktar trasparenti, sikur u affidabbli.Tnedija taċ-ċentri nazzjonali tal-Osservatorju Ewropew tal-Media DiġitaliBiex tiżdied il-kapaċità tad-detezzjoni, l-analiżi u l-kxif ta’ kampanji ta’ diżinformazzjoni.Ġunju 2021It-tnedija tal-proċess ta’ reviżjoni mill-firmatarji tal-Kodiċi tal-2018 u firmatarji prospettivi ġodda addizzjonali.Novembru 2021Proposta leġiżlattiva dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politikuUri 3 aktar oġġettiĠunju 2022Kodiċi ta’ Prattika Msaħħaħ Dokumenti 16 ĠUNJU 2022Press release: Disinformation - Commission welcomes the new stronger and more comprehensive Code of Practice on disinformation 16 ĠUNJU 2022Questions and Answers: Strengthened Code of Practice on disinformation 16 ĠUNJU 20222022 Strengthened Code of Practice on Disinformation 26 MEJJU 2021European Commission Guidance on Strengthening the Code of Practice on Disinformation 26 MEJJU 2021Questions and answers on the the Code of Practice on Disinformation Links relatati Shaping Europe’s digital future