Ħarsa ġenerali
Iċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza Demokratika huwa ċentru ġdid maħsub għall-iskambju bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, u s-soċjetà ċivili biex inqawwu, nipproteġu, u nippromwovu demokraziji b’saħħithom u reżiljenti madwar l-UE.
Iċ-Ċentru huwa komponent fundamentali tat-Tarka Ewropea għad-Demokrazija, li tiddefinixxi strateġija wiesa’ u mifruxa mas-soċjetà kollha biex tissaħħaħ id-demokrazija.
Taħt il-lenti
24 ta’ Frar 2026 — Waqt il-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali, il-Kummissarju għad-Demokrazija u l-Ġustizzja, Michael McGrath, iltaqa’ mal-Ministri tal-UE biex jiddiskutu kif iċ-Ċentru jista’ jiffaċilita l-qsim tal-kompetenza esperta u tal-esperjenza u jsostni l-iżvilupp ta’ risponsi effettivi għal theddid komuni, sabiex jinkisbu riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini.
Bil-ftuħ taċ-Ċentru, l-Unjoni Ewropea qed tagħmel pass ieħor ’il quddiem biex tqawwi r-reżiljenza demokratika, tħares l-integrità tad-dibattitu pubbliku, u ssaħħaħ il-fiduċja fis-sistemi demokratiċi tal-Ewropa.

X'inhu l-irwol tal-Istati Membri?
Iċ-Ċentru jlaqqa’ flimkien l-għarfien espert u r-riżorsi tal-membri tiegħu biex iżid il-kapaċità kollettiva li nantiċipaw, nidentifikaw, u nirrispondu għat-theddid kontra d-demokraziji tagħna, bħall-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn barranin (FIMI, foreign information manipulation and interference) u d-diżinformazzjoni.
Se jservi bħala qafas għall-iskambju u l-kooperazzjoni u koordinazzjoni operazzjonali fost l-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali tal-UE, u l-istituzzjonijiet tal-UE li qed jipparteċipaw fih.
Ħidmet iċ-Ċentru se jkollha wkoll is-sostenn ta’ pjattaforma tal-partijiet ikkonċernati indipendenti (bħall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ir-riċerkaturi, u l-akkademja, eċċ.), li se tikkondividi l-għarfien espert u r-riċerka, u tinkoraġġixxi l-iskambji.
Min hu involut?
Iċ-Ċentru jħeġġeġ għal parteċipazzjoni wiesgħa mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, mill-Istati Membri, u mill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali tal-UE, kif ukoll mill-partijiet ikkonċernati indipendenti permezz tal-pjattaforma tal-partijiet ikkonċernati.
Il-membri
L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE li qed jipparteċipaw
- Il-Parlament Ewropew
- Il-Kummissjoni Ewropea
- Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
L-Istati Membri tal-UE li qed jipparteċipaw
- L-Awstrija
- Il-Belġju
- Il-Bulgarija
- Il-Kroazja
- Ċipru
- iċ-Ċekja
- Id-Danimarka
- L-Estonja
- Il-Finlandja
- Franza
- Il-Ġermanja
- Il-Greċja
- L-Ungerija
- L-Irlanda
- L-Italja
- Il-Latvja
- Il-Litwanja
- Il-Lussemburgu
- Malta
- In-Netherlands
- Il-Polonja
- Il-Portugall
- Ir-Rumanija
- Is-Slovakkja
- Is-Slovenja
- Spanja
- L-Iżvezja
Segretarjat
Is-segretarjat taċ-Ċentru jiżgura l-koordinazzjoni operazzjonali bejn il-membri.
Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar iċ-Ċentru, tista’ tikkuntattja lis-segretarjat bl-email: EU-ECDR
ec [dot] europa [dot] eu (EU-ECDR[at]ec[dot]europa[dot]eu)
Laqgħat
Avvenimenti li ġejjin
Fil-15 ta’ Lulju 2026 se ssir laqgħa mal-punti ta’ kuntatt taċ-Ċentru.
Avvenimenti li seħħew
It-tieni l laqgħa teknika ta’ livell għoli saret fi Brussell fid-9 ta’ Lulju 2026.
Fis-17 ta’ Ġunju 2026 saret laqgħa mal-punti ta’ kuntatt taċ-Ċentru.
Fl-20 ta’ Mejju 2026 saret laqgħa mal-punti ta’ kuntatt taċ-Ċentru.
Fil-15 ta’ April 2026 saret laqgħa mal-punti ta’ kuntatt taċ-Ċentru.
Sar workshop dwar approċċi ħolistiċi għar-reżiljenza demokratika fi Brussell fis-27 ta’ Marzu 2026.
Fis-16 ta’ Marzu 2026 saret laqgħa mal-punti ta’ kuntatt taċ-Ċentru.
L-ewwel laqgħa teknika ta’ livell għoli saret fi Brussell fid-29 ta’ Jannar 2026.
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 10 Lulju 2026
