Dan l-ewwel Rapport Annwali ta’ Prospettiva Strateġika, Prospettiva Strateġika - Inwittu t-triq lejn Ewropa aktar reżiljenti, jippreżenta l-istrateġija tal-Kummissjoni biex tintegra l-prospettiva strateġika fit-tfassil tal-politika tal-UE. Huwa jidentifika l-ewwel tagħlimiet mill-kriżi tal-COVID-19, jintroduċi r-reżiljenza bħala boxxla ġdida għat-tfassil tal-politika tal-UE u jiddiskuti r-rwol tal-prospettiva strateġika fit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE u tal-Istati Membri tagħha. Ir-rapport janalizza r-reżiljenza fuq erba’ dimensjonijiet interrelatati – soċjali u ekonomiċi, ġeopolitiċi, ekoloġiċi u diġitali – u jispjega l-importanza tagħha għall-kisba tal-objettivi strateġiċi fit-tul tagħna fil-kuntest tat-tranżizzjonijiet diġitali, ekoloġiċi u ġusti. Page contents Page contents Il-Prospettiva Strateġika u t-tfassil tal-politika tal-UEL-inkorporazzjoni tal-prospettiva strateġika fit-tfassil tal-politika tal-UE se tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea:tibni u tuża intelliġenza kollettiva biex tantiċipa l-iżviluppi u tħejji għal opportunitajiet u sfidi ġodda aktar kmieni u b’mod aktar effettiv;tiżgura li l-prospettiva strateġika ssir parti sħiħa mill-istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt ex ante, u tappoġġja l-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni;twettaq eżerċiżżji ta’ prospettiva approfonditi u parteċipatorji dwar inizjattivi ewlenin bil-għan li jinfurmaw id-diskors annwali dwar l-Istat tal-Unjoni, il-Programmi ta’ Ħidma tal-Kummissjoni u l-eżerċizzji ta’ programmazzjoni pluriennali;trawwem kooperazzjoni u alleanzi ta’ prospettiva mal-istituzzjonijiet u s-sħab tal-UE, l-Istati Membri u partijiet ikkonċernati ewlenin oħra.Ir-reżiljenza bħala kumpass ġdid għall-politiki tal-UEIl-kriżi tal-COVID-19 uriet biċ-ċar li l-Ewropa għandha bżonn issaħħaħ ir-reżiljenza tagħha – li hi l-kapaċità mhux biss li tirreżisti u tlaħħaq mal-isfidi iżda wkoll li tgħaddi minn tranżizzjonijiet b’mod sostenibbli, ġust u demokratiku. Din il-Komunikazzjoni turi kif politiki li jħarsu ’l quddiem appoġġjati minn prospettiva strateġika se jikkontribwixxu għal dan.Il-prospettiva strateġika tista’ tinforma politiki li jtejbu r-reżiljenza f’erba’ dimensjonijiet. Tista’ tgħin tantiċipa żviluppi li x’aktarx ikollhom impatti negattivi, biex issaħħaħ ir-reżiljenza korrispondenti permezz ta’ bidliet strutturali kif ukoll biex jitqies l-impatt tal-kriżijiet attwali u futuri fuq ix-xejriet kbar rilevanti u l-kwistjonijiet emerġenti. Il-politiki li jibbenefikaw minn prospettiva strateġika jistgħu jtaffu aħjar il-vulnerabbiltajiet u jsaħħu l-kapaċitajiet żvelati mill-kriżi, filwaqt li jiftħu opportunitajiet ġodda u jagħmlu l-Ewropa aktar reżiljenti.Sejbiet ewlenin Reżiljenza soċjali u ekonomikaIl-pandemija żiedet l-inugwaljanzi, l-iżbilanċi demografiċi u l-faqar, aċċellerat l-awtomatizzazzjoni, u kellha impatt sproporzjonat fuq l-impjiegi fis-settur tas-servizzi. Il-prospettiva strateġika tista’ tintuża biex jiġu identifikati l-ħiliet għall-futur li għandna bżonn ninvestu fihom issa, u biex ikollna konverżazzjoni soċjetali akbar dwar l-aġġornament tal-kuntratt soċjali u fiskali. Reżiljenza ġeopolitikaIl-kriżi ħarġet fid-dieher id-dipendenza żejda tal-UE fuq pajjiżi terzi għal materja prima kritika kruċjali f’teknoloġiji ewlenin meħtieġa biex tinkiseb soċjetà diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju. Il-prospettiva strateġika tista’ tgħin biex jiġu identifikati xenarji possibbli u tiddefinixxi l-għażliet strateġiċi biex tingħata spinta lill-awtonomija strateġika tal-UE. Reżiljenza ekoloġikaĊaqliqa lejn ekonomija aktar ekoloġika tista’ toħloq 24 miljun impjieg ġdid globalment u l-impatt tagħha fl-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 jista’ jkun ferm akbar milli kien maħsub qabel. Il-prospettiva strateġika tista’ tgħinna nesploraw l-ixprunaturi tal-bidla, nifhmu ċ-ċaqliqa strutturali futura fis-suq tax-xogħol u tiggwida l-kisba mill-ġdid ta’ ħiliet ta’ dawk li tilfu l-impjieg tagħhom matul il-kriżi jew li x’aktarx jitilfuh fil-futur minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u l-awtomatizzazzjoni. Reżiljenza diġitaliIl-kriżi aċċellerat l-iperkonnettività u l-integrazzjoni ta’ teknoloġija ġodda li jaffettwaw il-kundizzjoni umana u l-mod kif ngħixu. Il-prospettiva strateġika tista’ tgħinna nantiċipaw kif teknoloġiji emerġenti jistgħu jiżviluppaw, l-impatt tagħhom fuq l-isferi kollha tal-ħajja, u l-modi kif naħtfu l-opportunitajiet li ġejjin.Aġenda tal-Prospettiva StrateġikaIr-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika 2020 juri li prospettiva strateġika mmexxija mill-azzjoni hija adatta b’mod uniku biex tinforma lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex imexxu t-tranżizzjonijiet tewmin u jsaħħu r-reżiljenza tal-UE. Għal dan il-għan, din il-Komunikazzjoni tippreżenta l-passi li jmiss:prototip ta’ tabella ta’ indikaturi ta’ reżiljenza bħala eżempju ta’ mod ta’ monitoraġġ tar-reżiljenza. Il-prototip tat-tabella ta’ indikaturi se jiġi żviluppat aktar u jinħoloq b’mod konġunt f’diskussjonijiet esploratorji mal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati ewlenin oħra. Il-fokus ta’ din il-ħidma se tkun fuq il-perjodu medju u fit-tul, biex jingħataw l-aħjar kundizzjonijiet għal politiki infurmati mill-prospettiva biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet u jissaħħu l-kapaċitajiet.l-Aġenda tal-Prospettiva Strateġika tal-Kummissjoni, li tappoġġja l-prijoritajiet politiċi ġenerali. Din se tinkludi eżerċizzji ta’ prospettiva ad-hoc biex jinfurmaw l-inizjattivi ewlenin ippjanati fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni kif ukoll kwistjonijiet trasversali identifikati bħala ta’ impatt għoli. L-eżempji jistgħu jinkludu: awtonomija strateġika mifutħa, il-futur tal-impjiegi u l-ħiliet ekoloġiċi, u l-approfondiment tat-tranżizzjonijiet tewmin ekoloġiċi u diġitali fil-politiki u l-istrateġiji kollhail-konferenza annwali tal-ESPAS, ippjanata għal Novembru 2020. Il-Kummissjoni se tuża din l-opportunità biex tiddiskuti s-suġġett tar-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tas-sena li jmiss. Il-Kummissjoni qed tippjana wkoll li tuża l-konferenza tal-ESPAS biex tniedi Network ta’ Prospettiva fl-UE kollha b’kapaċitajiet ta’ prospettiva pubblika tal-Istati Membri, it-think tanks, l-akkademja, il-partijiet ikkonċernati tal-industrija u s-soċjetà ċivilixenarji ta’ prospettiva biex jinfurmaw id-dibattitu ta' orjentazzjoni futur, jiżguraw il-koerenza fil-politiki kollha, u biex iservu bħala qafas kondiviż u li jħares ’il quddiem għal proposti ta’ politika. Dawn ix-xenarji se jgħinu biex jiġu identifikati l-mogħdijiet potenzjali għat-tranżizzjonijiet tewmin. Dan l-eżerċizzju jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.Il-passi li jmissIl-Konferenza annwali dwar is-Sistema Ewropea ta’ Analiżi tal-Istrateġiji u l-Politiki (ESPAS)Iktar żvilupp fit-tabelli ta’ indikaturi tar-reżiljenzaIr-Rapport Annwali ta' Prospettiva Strateġika 2021L-implimentazzjoni ta’ Aġenda ta’ Prospettiva StrateġikaKuntattGħal kwalunkwe mistoqsija, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq SG-FORESIGHTec [dot] europa [dot] eu (SG-FORESIGHT[at]ec[dot]europa[dot]eu); JRC-FORESIGHTec [dot] europa [dot] eu (JRC-FORESIGHT[at]ec[dot]europa[dot]eu) Documents 9 SETTEMBRU 2020Strategic Foresight Report – Charting the course towards a more resilient Europe (reader-friendly version) 9 SETTEMBRU 2020PROSPETTIVA STRATEĠIKA – INWITTU T-TRIQ LEJN EWROPA IKTAR REŻILJENTILingwi oħrajn (22)български(545.64 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(421.01 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(406.16 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(408.76 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(419.35 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(398.28 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(543.5 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(391.07 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(432.23 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(402.75 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(417.03 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(400.89 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(406.86 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(430.2 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(408.01 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(417.97 KB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(432.03 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(425.93 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(414.67 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(400.71 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(408.51 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(401.73 KB - HTML)Iddawnlowdja 16 LULJU 2019Linji gwida politiċi tal-Kummissjoni għall-2019-2024Lingwi oħrajn (22)български(1.16 MB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(1.18 MB - PDF)Iddawnlowdjačeština(1.21 MB - PDF)Iddawnlowdjadansk(1.15 MB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(1.11 MB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(1.24 MB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(1.2 MB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(1.19 MB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(1.2 MB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(1.15 MB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(1.16 MB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(1.22 MB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(1.1 MB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(1.24 MB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(1.24 MB - PDF)Iddawnlowdjapolski(1.22 MB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(1.15 MB - PDF)Iddawnlowdjaromână(1.24 MB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(1.11 MB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(1.18 MB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(1.17 MB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(1.08 MB - PDF)Iddawnlowdja [node:26659:view-mode:teaser] 9 SETTEMBRU 2020Prototype dashboard for monitoring the social and economic dimension of resilience 9 SETTEMBRU 2020Prototype dashboards for monitoring the geopolitical, green, and digital dimensions of resilience Links relatati Il-Hub tal-Megatendenzi
Dan l-ewwel Rapport Annwali ta’ Prospettiva Strateġika, Prospettiva Strateġika - Inwittu t-triq lejn Ewropa aktar reżiljenti, jippreżenta l-istrateġija tal-Kummissjoni biex tintegra l-prospettiva strateġika fit-tfassil tal-politika tal-UE. Huwa jidentifika l-ewwel tagħlimiet mill-kriżi tal-COVID-19, jintroduċi r-reżiljenza bħala boxxla ġdida għat-tfassil tal-politika tal-UE u jiddiskuti r-rwol tal-prospettiva strateġika fit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE u tal-Istati Membri tagħha. Ir-rapport janalizza r-reżiljenza fuq erba’ dimensjonijiet interrelatati – soċjali u ekonomiċi, ġeopolitiċi, ekoloġiċi u diġitali – u jispjega l-importanza tagħha għall-kisba tal-objettivi strateġiċi fit-tul tagħna fil-kuntest tat-tranżizzjonijiet diġitali, ekoloġiċi u ġusti.