Ewropa lesta għall-era diġitaliNagħtu s-setgħa lin-nies permezz ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ teknoloġiji Inwettqu l-wegħdiet tagħna It-teknoloġija diġitali qed tittrasformalna ħajjitna. Fl-2019, l-UE nediet strateġija diġitali biex tagħti s-setgħa lin-nies u lin-negozji b’ġenerazzjoni ġdida ta’ teknoloġiji, filwaqt li sadattant tgħinha tilħaq il-mira tagħha ta’ Ewropa newtrali għall-klima sal-2050. L-istrateġija tistabbilixxi modi kif id-deċennju li qegħdin fih jissawwar fid-“deċennju diġitali” tal-Ewropa. Hija ħeġġet l-innovazzjoni fit-teknoloġija diġitali biex inżommuna kompetittivi iżda stabbiliet ukoll modi biex timminimizza r-riskji negattivi tagħha. Dan saħħaħ is-sovranità diġitali tal-Ewropa u stabbilixxa standards, b’enfasi ċara fuq id-data, it-teknoloġija u l-infrastruttura. Madwar l-Ewropa, l-UE investiet biljuni fl-espansjoni tal-fibra ottika u l-5G; ikkonnettajt r-reġjuni rurali u attrezzat mijiet ta’ eluf ta’ ħaddiema b’ħiliet għall-futur diġitali. F’dawn l-aħħar snin, l-Ewropa kisbet aktar għaċ-ċittadini u n-negozji fl-ispazju diġitali minn qatt qabel. Wegħdiet miżmuma Id-drittijiet taċ-ċittadini u tan-negozji online L-Att dwar is-Servizzi Diġitali jimponi responsabbiltà ogħla fuq l-akbar pjattaformi biex jitneħħa l-kontenut illegali bħad-diskors ta’ mibegħda u d-diżinformazzjoni u jiġu indirizzati r-riskji għat-tfal u l-elezzjonijiet Sa tmiem l-2026, il-Kartiera tal-Identità Diġitali se tippermetti lill-Ewropej kollha jkollhom identità diġitali sigura li tipproteġi d-data personali u taħdem fl-Istati Membri kollha L-Att dwar is-Swieq Diġitali jippermetti lin-negozji jisfidaw il-“gwardjani” diġitali billi jiżguraw swieq diġitali ġusti, miftuħa u kontestabbli L-intelliġenza artifiċjali Ressaqna l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali li jiffavorixxi l-innovazzjoni li se jgħin biex jiġi żgurat li s-sistemi tal-IA użati fl-UE jkunu sikuri, trasparenti, etiċi, imparzjali u taħt il-kontroll tal-bniedem Stabbilixxejna għan li ninvestu aktar minn EUR 1 biljun fis-sena fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA, bl-objettiv li nattiraw aktar investiment fl-IA kull sena matul dan id-deċennju. Id-data L-Att dwar id-Data, li se japplika minn Settembru 2025, jinċentiva l-kondiviżjoni tad-data minn dawk li jiġġenerawha u jagħmel is-swieq tal-cloud tagħna aktar kompetittivi; l-Att dwar il-Governanza tad-Data daħal fis-seħħ, u jgħin biex tiżdied il-fiduċja fl-intermedjarji tad-data u jsaħħaħ il-mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tad-data Iċ-ċibersigurtà Intlaħaq qbil dwar l-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika. Dan jistabbilixxi standards għoljin taċ-ċibersigurtà għall-apparati konnessi kollha mibjugħa fl-UE, minn monitors tat-trabi, arloġġi intelliġenti, u logħob tal-kompjuter sa firewalls u routers. L-Att tal-UE dwar iċ-Ċibersolidarjetà, maqbul fl-2024, se jtejjeb ir-rispons għat-theddid ċibernetiku madwar l-UE. L-industrija Permezz tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep, l-UE għandha l-għan li ssaħħaħ il-kompetittività tagħha u tirdoppja s-sehem fis-suq globali tas-semikondutturi għal 20 % sal-2030. Diġà skattat pjanijiet ta’ investiment pubbliku u privat b’valur ta’ aktar minn EUR 80 biljun. L-ispazju Ipproponejna pjan għal sistema ta’ komunikazzjoni sigura tal-UE bbażata fl-ispazju li, fost possibbiltajiet oħra, tista’ tappoġġa l-edge computing, l-Internet tal-Oġġetti, is-sewqan awtonomu, is-saħħa elettronika, ix-xogħol u l-edukazzjoni intelliġenti, il-konnettività matul it-titjira u dik marittima, u l-agrikoltura intelliġenti Titjib tal-ħiliet diġitali Il-Kummissjoni nediet programmi bħall-Akkademja tal-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà u l-Pjattaforma għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali biex tgħin ħalli jiżdied l-għadd ta’ gradwati fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u biex tħarreġ lin-nies li jaħdmu f’oqsma diġitali. Hemm ukoll aktar minn 200 Ċentru Ewropew tal-Innovazzjoni Diġitali madwar l-UE. Dawn iċ-ċentri jgħinu lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet pubbliċi jindirizzaw l-isfidi diġitali u jtejbu l-kompetittività tagħhom. Aqra aktar dwar dawn il-kisbiet Oqsma ta’ politika Ewropa Lesta għall-Era DiġitaliNagħtu s-setgħa lin-negozji u lin-nies f’futur diġitali ffukat fuq il-bniedem, sostenibbli u prosperuStrateġija Ewropea dwar id-<i>data</i>Nagħmlu lill-UE mudell għal soċjetà mogħtija s-setgħa bid-<i> data</i>Strateġija industrijali EwropeaNiżguraw li l-industrija Ewropea tmexxi t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u t-tmexxija diġitaliSpazjuInizjattivi tal-UE għal sistema ta’ konnettività bbażata fuq is-satelliti u l-ġestjoni tat-traffiku spazjaliKontribut għad-Difiża EwropeaNaħdmu flimkien biex nindirizzaw it-theddid u l-isfidi għas-sigurtà b’mod aktar robustĊibersigurtàNippromwovu r-reżiljenza ċibernetika, nissalvagwardjaw il-komunikazzjoni u d-<i>data </i>tagħna u nżommu s-soċjetà u l-ekonomija online siguriL-edukazzjoni diġitaliNoħolqu suq uniku u mingħajr fruntieri għar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-UE kollhaŻona Ewropea tar-RiċerkaNoħolqu suq uniku u mingħajr fruntieri għar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-UE kollhaFinanzi diġitaliTeknoloġiji finanzjarji ġodda jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi finanzjarji u jtejbu l-effiċjenza tas-sistema finanzjarja Links relatati Strateġija diġitaliPolitika ta’ koeżjoni u l-era diġitaliPjan ta’ rkupru għall-EwropaAppoġġ għar-riforma għat-tranżizzjoni diġitali
Ewropa Lesta għall-Era DiġitaliNagħtu s-setgħa lin-negozji u lin-nies f’futur diġitali ffukat fuq il-bniedem, sostenibbli u prosperu
Strateġija Ewropea dwar id-<i>data</i>Nagħmlu lill-UE mudell għal soċjetà mogħtija s-setgħa bid-<i> data</i>
Strateġija industrijali EwropeaNiżguraw li l-industrija Ewropea tmexxi t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u t-tmexxija diġitali
SpazjuInizjattivi tal-UE għal sistema ta’ konnettività bbażata fuq is-satelliti u l-ġestjoni tat-traffiku spazjali
Kontribut għad-Difiża EwropeaNaħdmu flimkien biex nindirizzaw it-theddid u l-isfidi għas-sigurtà b’mod aktar robust
ĊibersigurtàNippromwovu r-reżiljenza ċibernetika, nissalvagwardjaw il-komunikazzjoni u d-<i>data </i>tagħna u nżommu s-soċjetà u l-ekonomija online siguri
L-edukazzjoni diġitaliNoħolqu suq uniku u mingħajr fruntieri għar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-UE kollha
Żona Ewropea tar-RiċerkaNoħolqu suq uniku u mingħajr fruntieri għar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-UE kollha
Finanzi diġitaliTeknoloġiji finanzjarji ġodda jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi finanzjarji u jtejbu l-effiċjenza tas-sistema finanzjarja