
Tfal fi proċedimenti ġudizzjarji
It-tfal jistgħu jkunu involuti fi proċedimenti ġudizzjarji, jew direttament, bħala konvenuti, vittmi, xhieda jew indirettament meta d-deċiżjonijiet ikollhom impatt konsiderevoli fuq ħajjithom. Dan jista’ jkun il-każ fi proċedimenti ta’ divorzju jew kustodja jew fi proċeduri ta’ migrazzjoni u ta’ determinazzjoni tal-istatus.
Fil-każijiet kollha, it-tfal għandhom iħossuhom komdi u sikuri biex jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċedimenti u hemm bżonn li s-sistemi ġudizzjarji fl-Ewropa jiġu adatti għall-ħtiġijiet tat-tfal u għandhom jirrispettaw id-drittijiet tagħhom.
Azzjonijiet tal-UE biex jiġu appoġġjati sistemi ġudizzjarji li jippromwovu d-drittijiet u l-ħtiġijiet tat-tfal
Biex tinkuraġġixxi lis-sistemi ġudizzjarji jadattaw għall-ħtiġijiet tat-tfal, il-Kummissjoni Ewropea:
- adottat id-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità
- adottat l-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020-2025)
- adottat: id-Direttiva 2016/800/UE dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali
- adottat l-Istrateġija Ewropea għat-Taħriġ Ġudizzjarju għall-2021-2024 COM (2020) 713 final
- adottat ir-regolament dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri (2201/2003/EC),
- adottat ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f'materji relatati ma' obbligi ta' manteniment (4/2009/KE)
- adottat acquis estensiv tal-UE dwar il-migrazzjoni
- ippromwoviet il-linji gwida tal-Kunsill tal-Ewropa tas-17 ta’ Novembru 2010 dwar ġustizzja adatta għat-tfal
- Adottat il-Komunikazzjoni tal-2017 dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti
- Iffinanzjat it-twaqqif tan-Network Ewropew tat-Tutela
Skont l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal, il-Kummissjoni impenjat ruħha li:
- fl-2022 tipproponi inizjattiva leġiżlattiva orizzontali dwar ir-rikonoxximent tal-paternità bejn l-Istati Membri;
- tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-professjonisti tal-ġustizzja dwar id-drittijiet tat-tfal u l-ġustizzja adatta għat-tfal, f’konformità mal-istrateġija Ewropea għat-taħriġ ġudizzjarju għall-2021-2024, u permezz tan-Network Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN), il-programmi Ġustizzja u CERV, kif ukoll il-Pjattaforma Ewropea għat-Taħriġ tal-portal tal-ġustizzja elettronika tal-UE;
- issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-2010 dwar Ġustizzja adatta għat-tfal mal-Kunsill tal-Ewropa;
- tipprovdi appoġġ finanzjarju mmirat għal proġetti transnazzjonali u innovattivi għall-protezzjoni tat-tfal migranti taħt il-Fond il-ġdid għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)
- tappoġġja lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ alternattivi effettivi u vijabbli għad-detenzjoni tat-tfal fi proċeduri ta’ migrazzjoni.