Mur għall-kontenut ewlieni

Proċess ta’ negozjar tal-baġit fit-tul tal-UE għall-2021-2027 u n-NextGenerationEU

Il-baġit fit-tul tal-UE 2021-2027 flimkien man-NextGenerationEU, l-istrument ta’ rkupru, jiffurmaw l-ikbar pakkett ta’ stimolu li qatt ġie ffinanzjat mill-baġit tal-UE, b’ammont ta’ aktar minn €2.0 triljun.

Intlaħaq qbil dwaru wara proċess ta’ negozjati. Il-proċess beda bi proposta tal-Kummissjoni f’Mejju 2018. Wara li l-pandemija tal-coronavirus laqtet lill-Ewropa, segwiet it-tieni proposta f’Mejju 2020, biex jiġi żgurat li l-baġit ikun jista’ jappoġġja aħjar l-irkupru tal-Ewropa. It-tieni proposta inkludiet ukoll in-NextGenerationEU.

F’Lulju 2020, wara negozjati li damu 4 ijiem u 4 iljieli, il-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-UE approvaw il-baġit fit-tul li jmiss u n-NextGenerationEU. Fl-10 ta’ Novembru 2020, il-ftehim ġie approvat ukoll mill-Parlament Ewropew.

L-aħħar pass tal-proċess sar fis-17 ta’ Diċembru 2020, bl-adozzjoni finali tal-pakkett għall-2021-2027 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Wara dan il-proċess, u wara li r-regoli u r-regolamenti rilevanti addizzjonali ġew adottati jew ratifikati, in-nies fl-UE kollha u lil hinn minnha jistgħu japplikaw għall-finanzjament mill-1 ta’ Jannar 2021.

Negozjati finali

[node:146909:view-mode:teaser]{EU budget: European Commission welcomes the adoption of the EU's long-term budget for 2021-2027 as Teaser}

[node:146923:view-mode:teaser]{Questions and answers on the adoption of the EU's long-term budget for 2021-2027 as Teaser}

[node:144174:view-mode:teaser]{Questions and Answers on the agreement on the €1.8 trillion package to help build greener, more [...] t Europe * as Teaser}

[node:144104:view-mode:teaser]{EU budget: European Commission welcomes agreement on €1.8 trillion package to help build greene [...] ent Europe as Teaser}

[node:140593:view-mode:teaser]{NextGenerationEU: Commission presents next steps for €672.5 billion Recovery and Resilience Fac [...] h Strategy as Teaser}

[node:137878:view-mode:teaser]{Speech by President von der Leyen at the European Parliament Plenary on the conclusions of the [...] July 2020 as Teaser}

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, 23 ta’ Lulju 2020

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, 21 ta' Lulju 2020

 

Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027
allokazzjonijiet totali għal kull intestatura

  QFP NGEU TOTAL
1. Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali 149.5 11.5 161.0
2. Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri 426.7 776.5 1,203.2
3. Riżorsi Naturali u Ambjent 401.0 18.9 419.9
4. Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri 25.7 - 25.7
5. Sigurtà u Difiża 14.9 - 14.9
6. Viċinat u d-Dinja 110.6 - 110.6
7. Amministrazzjoni Pubblika Ewropea 82.5 - 82.5
TOTAL 1,210.9 806.9 2,017.8
TOTAL espress fi prezzijiet tal-2018 1,074.3 750.0 1,824.3

 

Il-baġit tal-UE mhuwiex u qatt ma kien dwar li trodd lura skont kemm tirċievi jew viċeversa. Kulħadd huwa rebbieħ bħala parti mis-suq uniku, li jindirizza l-isfida tal-migrazzjoni u jiġġieled kontra t-terroriżmu u t-tibdil fil-klima flimkien.

Għal dan il-baġit partikolari, kull Stat Membru se jirbaħ aktar riżorsi biex jiffinanzja l-irkupru ekonomiku u soċjali tiegħu wara l-kriżi tal-COVID-19.

Madankollu, għal xi programmi jeżistu pakketti għal kull pajjiż. Informazzjoni dwar dawn hija disponibbli hawnhekk.

Proposta tal-Kummissjoni Mejju 2020

F’Mejju 2020, il-Kummissjoni pproponiet baġit tal-UE fit-tul, b’saħħtu, modern u mġedded, xprunat mill-programm Next Generation EU, strument ta’ rkupru temporanju ta’ emerġenza, biex jgħin biex tissewwa l-ħsara ekonomika u soċjali immedjata li ġabet magħha l-pandemija tal-coronavirus, jagħti bidu għall-irkupru u jħejji għal futur aħjar għall-ġenerazzjoni li jmiss.

Din il-proposta tibni fuq il-proposta tal-Kummissjoni tal-2018 u fuq il-progress konsiderevoli li diġà sar fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-Pjan ta’ Rkupru, li jilħaq lil kulħadd fl-UE u lis-sħab globali tagħna, il-Kummissjoni qed timmobilizza varjetà ta’ strumenti, organizzati madwar tliet pilastri.

Il-baġit tal-UE propost se jkun il-bażi ta’ rkupru soċjoekonomiku ġust, isewwi u jagħti ħajja ġdida lis-Suq Uniku, jiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi, u jappoġġja l-investimenti urġenti – b’mod partikolari fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali – li huma kruċjali għall-prosperità u r-reżiljenza futuri tal-Ewropa.

Investimenti mingħajr preċedent għar-restawr u l-bini mill-ġdid tal-Ewropa

Materjal għall-istampa

Stqarrija għall-istampa

Questions and Answers related to the MFF proposal and the sectoral programmes presented in May 2020.

Speeches by President von der Leyen and European Commissioners on the proposals for the 2021-2027 EU long-term budget and sectoral programmes.

[node:137800:view-mode:teaser]{Opening remarks by President von der Leyen at the joint press conference with President Michel [...] July 2020 as Teaser}

[node:134075:view-mode:teaser]{Speech by President von der Leyen at the European Parliament Plenary on the EU Recovery package as Teaser}

  • Factsheet

Factsheets on the Commission's proposal for the 2021-2027 Multiannual Financial Framework.

  • Factsheet

Factsheets on the sectoral programmes presented in May 2020 with the Commission's proposal for the 2021-2027 Multiannual Financial Framework.

Dokumenti

The Commission’s proposal for the 2021-2027 Multiannual Financial Framework and system of Own Resources.

The sectoral legislation governing the programmes of the 2021-2027 Multiannual Financial Framework.

Proposta tal-Kummissjoni Mejju 2018

Għal aktar informazzjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni adottata f’Mejju 2018, ara:

Il-baġit tal-UE għall-futur