Infiq u dħul - Il-Kummissjoni Ewropea
Mur għall-kontenut ewlieni

Infiq u dħul tal-UE 2014-2020

Chart interattiva li turi l-infiq u d-dħul tal-UE għall-perjodu 2014-2020 skont is-sena u l-pajjiż.

Infiq u dħul tal-UE 2021-2027

Għal data relatata mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027

Iċ-chart interattiva ta’ hawn taħt tippreżenta l-informazzjoni dwar l-infiq u d-dħul taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. Id-data hi disponibbli biex tiġi ddawlowdjata fil-qiegħ tal-paġna (anke għal baġits fit-tul preċedenti). Għal aktar informazzjoni dwar il-QFP, ara hawnhekk.

Id-data li qed tidher tinkludi l-impatt retroattiv tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji tal-2014. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni.

L-ammonti huma għal skopijiet ta’ preżentazzjoni biss. Kwalunkwe referenza formali għall-informazzjoni baġitarja għandha tkun għal dokumenti u rapporti uffiċjali tal-baġit.

Kif jintuża

Ikklikkja waħda mit-tliet tabs ("Overview", "Spending" u "Revenue") biex taqleb bejn il-viżwalizzazzjonijiet. Tista’ tuża l-filtri (eż. is-sena, il-pajjiż) biex tagħżel valur wieħed jew aktar biex jintwera. L-għażla attwali tiegħek tidher fl-istrixxa blu: ikklikkjaha biex timmodifikaha, jew ikklikkja “x” biex tneħħiha. Jista’ jkun li mhux l-opzjonijiet kollha jkunu disponibbli għax jiddependi mill-għażla attwali tiegħek: jekk ma jkunx possibbli li jintgħażel valur, dan jidher fi sfond griż skur.

L-għażla attwali tista’ tiġi ddawlowdjata billi tikklikkja l-buttuna "Download the selected data” fiċ-chart.

Impatt retroattiv tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji

Id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji tal-2014 (DRP 2014, Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014) daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2016 b’effett retroattiv sal-1 ta’ Jannar 2014 wara t-tlestija tal-proċess ta’ ratifika mill-Istati Membri kollha tal-UE f’Settembru 2016. Minħabba din l-adozzjoni tardiva, il-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE u r-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) għas-snin 2014 u 2015 inizjalment ġew ikkalkulati abbażi tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji 2007 (DRP 2007). Għalhekk, fl-2016 ġew ikkonvertiti għar-regoli applikabbli tad-Deċiżjoni l-ġdida dwar ir-Riżorsi Proprji 2014 (DRP 2014) daqslikieku ġew applikati mill-1 ta’ Jannar 2014 sabiex juru żvilupp aktar stabbli. L-impatt retroattiv hu integrat fit-taqsima tal-kontribuzzjoni nazzjonali u fit-taqsima tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) tal-parti tad-dħul fiċ-chart interattiva. It-tabelli ta’ ħarsa ġenerali tal-Excel hawn taħt jippreżentaw data b’aġġornament retroattiv għas-snin 2014 u 2015 u mingħajru.

Iddawnlowdja

  • 31 LULJU 2023
EU spending and revenue - Data 2000-2022
  • 29 MARZU 2021
EU spending and revenue - Data 2000-2020 with retro-active impact of the 2014 own resources decision

Id-data għas-snin ta’ qabel l-2000 hi disponibbli mir-Rapport Finanzjarju tal-2008

Benefiċċji tas-sħubija fl-UE

Il-baġit tal-UE mhux logħba ta’ somma żero. Kulħadd jirbaħ mis-sħubija fl-UE, u jgawdi minn ivvjaġġar mingħajr fruntieri, telefonati affordabbli minn barra l-pajjiż u rispons ikkoordinat tal-UE għall-pandemija tal-coronavirus u l-konsegwenzi tagħha. L-Istati Membri kollha tal-UE jibbenefikaw flimkien billi jagħmlu parti mis-suq uniku, mill-indirizzar tal-isfidi tal-migrazzjoni u mill-ġlieda kontra t-terroriżmu u t-tibdil fil-klima, kif ukoll minn toroq aħjar, servizzi pubbliċi modernizzati u trattament mediku avvanzat.

L-allokazzjoni tan-nefqa lill-Istati Membri hi min-natura tagħha imperfetta, peress li ma tirriflettix il-vantaġġi tal-parteċipazzjoni fil-proġett Ewropew kondiviż tagħna jew il-valur miżjud tal-baġit tal-UE. Il-benefiċċji tal-kontabilità li qed jidhru hawn fuq ikopru biss sehem żgħir mill-vantaġġi ġenerali tas-sħubija fl-UE. In-nefqa li tidher li tmur biss għand Stat Membru tista’ tagħti l-benefiċċji lil kollha jew uħud minnhom minħabba riperkussjonijiet qawwija tan-nefqa tal-UE, jew tindirizza ġid pubbliku Ewropew li jeħtieġ finanzjament kondiviż.

Ara wkoll il-Benefiċċji tal-baġit tal-UE