Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-baġit annwali tal-UE 2021-2027Għal data relatata mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027Ara ċ-ċart il-ġdida Baġit annwali huwa parti waħda mill-baġit fit-tul tal-Unjoni, li jipprovdi l-limiti għall-infiq għal mill-inqas ħames snin. Din iċ-ċart interattiva ssegwi l-approprjazzjonijiet ivvutati għan-naħa tan-nefqa tal-baġit. Skrolja fil-qiegħ tal-paġna għal struzzjonijiet dettaljati dwar kif tuża ċ-ċart u tiddawnlowdja d-data. Tista’ taċċessa wkoll id-dokumenti dwar il-baġit annwali (l-adozzjoni, l-implimentazzjoni, u l-kontabbiltà u r-rappurtar) hawnhekk. Kif tintuża Tista’ tagħżel sena finanzjarja billi tuża l-filtru “Year”. Jekk tixtieq tara fażi speċifika tal-baġit, agħżel din billi tuża l-filtru “Budget phase”. Hija tippreżenta stampa astratta tal-fażijiet tal-baġit. Pereżempju, il-fażi “2014.1 draft budget” tfisser li l-ewwel fażi fil-proċedura baġitarja tal-2014 hija l-abbozz tal-baġit. Imbagħad tista’ tagħżel livelli differenti ta’ dettall. Pereżempju, tista’ tara l-ammont fl-ogħla livell ta’ aggregazzjoni, l-intestatura tal-baġit. Bl-istess mod, tista’ tagħżel li tara aktar dettall: il-livell tas-subintestatura, tal-programm u tas-subprogramm. Biex tagħmel dan, ikklikkja fuq iċ-ċart jew uża l-filtru. Huwa possibbli li l-kategoriji tal-baġit li mhumiex programmi, pereżempju “Pensions”, se jidhru taħt il-kategorija “Programme”. Dan sar biex tiġi ffaċilitata n-navigazzjoni, u mhuwiex maħsub biex jissuġġerixxi li l-“Pensions” huma programm. Jekk tixtieq tqabbel il-fażijiet tal-baġit, imbagħad agħżel diversi fażijiet tal-baġit billi tuża l-filtru “Budget phase” fl-istess sena finanzjarja. Tista’ tagħmel paragun simili tul is-snin finanzjarji. Tista’ tiddawnlowdja d-data mill-għażla attwali tiegħek billi tuża l-buttuna “Download the selected data”. Tista’ wkoll tiddawnlowdja s-sett tad-data kollu hawn taħt. Iddawnlowdja 30 APRIL 2021Annual budget lifecycle interactive chart data Informazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tal-baġit annwali Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-baġit annwali tal-UE huwa ta’ madwar tliet snin. L-istituzzjonijiet baġitarji (il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) iħejju, jiddiskutu u jadottaw il-baġit annwali (proċedura baġitarja annwali) fis-sena finanzjarja (n-1) qabel ma jiġi implimentat, f’konformità mal-prinċipju tal-annwalità. Imbagħad jiġi emendat u implimentat matul is-sena finanzjarja (n). Aktar implimentazzjoni u rappurtar iseħħu fis-snin finanzjarji sussegwenti (n+1). Iċ-ċart interattiva tippreżenta għaxar fażijiet possibbli tal-baġit: l-abbozz tal-baġit, il-pożizzjoni tal-Kunsill, l-ittri emendatorji, il-pożizzjoni tal-Parlament, it-tieni abbozz tal-baġit, il-baġit adottat, u l-baġit inklużi l-baġits emendatorji. Din hija rappreżentazzjoni astratta tal-proċedura baġitarja annwali biex tiġi ffaċilitata n-navigazzjoni. Jekk fażi baġitarja ma tidhirx, allura ma tapplikax għas-sena magħżula. L-ammonti jirreferu għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament ivvutati, f’miljuni ta’ euro, skont is-sena finanzjarja. Sabiex tiġi ffaċilitata n-navigazzjoni, xi elementi (eż. strumenti speċjali, marġnijiet tal-baġit) ġew esklużi mill-viżwalizzazzjoni, iżda jista’ jkun hemm aċċess għalihom meta tiddawnlowdja s-sett tad-data. L-istruttura u l-ammonti huma għal skopijiet ta’ preżentazzjoni biss. Kwalunkwe referenza formali għall-informazzjoni baġitarja għandha tkun għal dokumenti u rapporti uffiċjali tal-baġit. Links relatati Ċart interattiva: infiq u dħul 2014-2020