Kontenut arkivjatIl-paġni web f’din it-taqsima m’għadhomx jiġu aġġornati. Il-kontenut jista’ jkun skadut u għandu jiġi kkonsultat għal referenza tal-passat biss. Page contents Page contents Vjaġġar sikur bejn il-pajjiżi Ewropej B’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, u r-restrizzjonijiet sussegwenti fuq l-ivvjaġġar stabbiliti mill-Istati Membri biex jipproteġu s-saħħa pubblika, l-UE introduċiet miżuri biex tiffaċilita l-ivvjaġġar sikur filwaqt li tillimita l-propagazzjoni tal-virus u tipproteġi s-saħħa u l-benesseri tal-Ewropej kollha: Ċertifikat COVID Diġitali tal-UETgħallem aktar dwar iċ-ċertifikati tal-ivvjaġġar li ffaċilitaw il-moviment liberu fl-UE matul il-pandemija.Apps mobbli għat-traċċar u t-twissija tal-kuntattiTgħallem kif l-applikazzjonijiet għat-traċċar tal-kuntatti u għat-twissija għenu biex tinkiser il-katina tal-infezzjonijiet tal-coronavirus. Drittijiet tal-passiġġieri u tal-vjaġġaturiVjaġġar matul il-pandemija - FAQsDrittijiet tal-passiġġieriIs-sikurezza u l-benesseri tal-passiġġieri tal-ajru L-iffaċilitar tal-ivvjaġġar fl-UE matul il-pandemija tal-COVID-19 Matul il-pandemija tal-COVID-19, l-Istati Membri tal-UE ħadu diversi miżuri biex jirrestrinġu l-ivvjaġġar sabiex jillimitaw it-tixrid tal-coronavirus. Biex tiżgura koordinazzjoni u komunikazzjoni ċara fl-UE kollha, il-Kummissjoni ħadmet fuq it-trawwim tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar tali restrizzjonijiet. Fit-13 ta’ Ottubru 2020, abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. Ir-Rakkomandazzjoni kellha l-għan li tevita l-frammentazzjoni u t-tfixkil, u li żżid it-trasparenza u l-prevedibbiltà għaċ-ċittadini u n-negozji. B’mod aktar speċifiku, hi stabbiliet approċċ komuni dwar il-punti ewlenin li ġejjin: L-applikazzjoni ta’ kriterji u limiti komuni meta jiġi deċiż jekk għandhomx jiġu introdotti restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar Immappjar taż-żoni ta’ riskju tat-trażmissjoni tal-COVID-19 abbażi ta’ kundizzjonijiet komuni u kodiċi tal-kuluri maqbul, ippubblikat miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard Qafas komuni għal miżuri applikati għal vjaġġaturi minn żoni ta’ riskju għoli Koordinazzjoni fost l-Istati Membri u informazzjoni ċara u f’waqtha lill-pubbliku dwar kwalunkwe restrizzjoni Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ġiet aġġornata diversi drabi b’rispons għall-iżviluppi tal-pandemija. Dan kien jinkludi l-istabbiliment ta’ perjodi ta’ validità standard għat-testijiet tal-infezzjoni tal-COVID-19. Għodda importanti oħra biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar sikur fl-UE, kien ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2021. Iċ-ċertifikat serva bħala prova li persuna tlaqqmet kontra l-COVID-19, kienet reċentement irċeviet riżultat negattiv tat-test jew irkuprat mill-COVID-19. Meta jivvjaġġa, kull detentur taċ-Ċertifikat ikollu l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru miżjur li jkunu tlaqqmu, ġew ittestjati jew irkupraw mill-COVID-19. Bħala tali, ir-regolament kellu l-għan li jiffaċilita t-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar stabbiliti mill-Istati Membri. Użat mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri mit-tnedija tiegħu fl-2021 sa nofs l-2022, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kien suċċess kbir fl-isforzi tal-Ewropa biex tindirizza u ttaffi l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-soċjetajiet u l-ekonomiji. B’aktar minn 2.3 biljun ċertifikat maħruġa, kien kruċjali li jiġu appoġġjati l-moviment liberu u l-industrija tat-turiżmu tal-Ewropa li ntlaqtet ħażin ħafna. Hekk kif is-sitwazzjoni epidemjoloġika tjiebet, ir-rekwiżiti biex jinżammu Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE għall-ivvjaġġar intra-UE naqsu. Fid-29 ta’ Ġunju 2022, biex jiġi żgurat l-ivvjaġġar kontinwu fil-każ ta’ deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ġie estiż sat-30 ta’ Ġunju 2023. Sa Awwissu 2022, l-Istati Membri kollha kienu neħħew ir-restrizzjonijiet kollha tal-ivvjaġġar intra-UE. Fil-5 ta’ Mejju 2023, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikjarat it-tmiem tal-pandemija tal-COVID-19 bħala emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali. B’riflessjoni ta’ din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni ma pproponietx estensjoni ulterjuri tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2023. Mill-1 ta’ Lulju 2023, ir-regolament u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill li takkumpanjah m’għadhomx fis-seħħ. L-impatt pożittiv tas-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE estenda lil hinn mill-UE, peress li saret standard globali bbażat b’mod sod fuq il-valuri tal-UE ta’ ftuħ, sigurtà u protezzjoni tad-data. B’mod ġenerali, 78 pajjiż f’ħames kontinenti bbenefikaw mis-sistema. Dan is-suċċess ikkontribwixxa għat-tkomplija tal-ivvjaġġar internazzjonali f’kondizzjonijiet sikuri u għall-irkupru globali. L-organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddeċidiet li tadotta s-sistema tal-UE taċ-ċertifikazzjoni diġitali tal-COVID-19 biex tistabbilixxi sistema globali li se tgħin biex tipproteġi liċ-ċittadini madwar id-dinja minn theddid kontinwu u futur għas-saħħa, inklużi pandemiji. Għal aktar informazzjoni dwar l-użu futur possibbli tat-teknoloġija sottostanti, ara ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Vjaġġar minn pajjiżi li mhumiex fl-UE lejn l-UE Kmieni matul il-pandemija, fis-16 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni li tirrakkomanda restrizzjoni temporanja fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali minn pajjiżi terzi lejn l-UE. Fis-17 ta’ Marzu 2020, l-Istati Membri qablu li jimplimentaw ir-restrizzjoni temporanja, bl-erba’ Stati Assoċjati ma’ Schengen jimplimentawha wkoll. Fit-30 ta’ Ġunju 2020, wara proposta mill-Kummissjoni fl-11 ta’ Ġunju, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar it-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet temporanji fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ġiet aġġornata diversi drabi b’rispons għall-iżviluppi tal-pandemija. Matul il-perjodu fejn kienu fis-seħħ restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar lejn l-UE, ġew stabbiliti xi eżenzjonijiet biex jiġi żgurat il-moviment liberu taċ-ċittadini, tal-merkanzija u tas-servizzi – b’rispett sħiħ tal-miżuri tas-saħħa u s-sikurezza. Dawn jistgħu jiġu kkonsultati hawnhekk: Eżenzjonijiet għar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar tal-coronavirus Wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2548 tat-13 ta’ Diċembru 2022, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jimponu ebda restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, il-pajjiżi tal-UE daħħlu fis-seħħ xi salvagwardji f’każ ta’ sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tiddeterjora jew li jitfaċċaw varjant ġdid ta’ tħassib. Assistenza konsulari għaċ-ċittadini tal-UE barra minn pajjiżhom Wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għenu biex jinġiebu lura f’pajjiżhom ċittadini tal-UE li nqabdu f’pajjiżi oħra minn madwar id-dinja kollha. Informazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE għall-protezzjoni diplomatika jew konsulari barra l-UE Dokumenti 16 MARZU 2020COVID-19: Restrizzjoni Temporanja fuq Vjaġġar Mhux Essenzjali lejn l-UELingwi oħrajn (22)български(139.8 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(132.04 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(132.02 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(131.63 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(132.62 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(130.73 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(140.11 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(131.35 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(132.92 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(131.08 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(131.92 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(131.45 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(131.6 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(133 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(131.71 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(132.58 KB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(132.26 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(132.58 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(132.35 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(130.85 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(132.33 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(131.51 KB - HTML)Iddawnlowdja 17 MARZU 2021Komunikazzjoni: Triq komuni lejn ftuħ mill-ġdid sikur u sostenibbliLingwi oħrajn (23)български(214.94 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(200.69 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(197.68 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(196.48 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(201.92 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(193.3 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(240.62 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(176.26 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(203.13 KB - HTML)IddawnlowdjaGaeilge(193.04 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(193.42 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(199 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(199.37 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(195.91 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(203.46 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(197.7 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(200.71 KB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(200.4 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(201.97 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(196.98 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(193.65 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(196.7 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(193.02 KB - HTML)Iddawnlowdja 15 ĠUNJU 2021REGOLAMENT (UE) 2021/953 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Ġunju 2021Lingwi oħrajn (23)български(336.1 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(305.58 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(300.47 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(299.92 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(303.6 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(296.83 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(346.52 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(298.58 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(307.7 KB - HTML)IddawnlowdjaGaeilge(305.27 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(296.48 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(302.57 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(299.24 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(299.16 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(305.55 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(301.67 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(303.37 KB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(308.08 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(304.79 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(301.6 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(294.49 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(301.65 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(298.99 KB - HTML)Iddawnlowdja 22 DIĊEMBRU 2022RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2548 tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar approċċ ikkoordinat għall-ivvjaġġar lejn l-Unjoni matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912Lingwi oħrajn (23)български(289.39 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(273.22 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(271.85 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(270.96 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(273.51 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(270.5 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(293.3 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(270.8 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(274.6 KB - HTML)IddawnlowdjaGaeilge(274.71 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(269.65 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(273.42 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(271.92 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(271.09 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(274.8 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(271.85 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(273.15 KB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(273.77 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(274.25 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(272.25 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(269.4 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(272.16 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(270.84 KB - HTML)Iddawnlowdja Ċaħda ta’ responsabilità. Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar f’Settembru 2023 Links relatati Trasportazzjoni matul il-pandemijaSaħħa pubblikaImmaniġġjar tal-kriżi u solidarjetàTrasportazzjoni matul il-pandemija
Ċertifikat COVID Diġitali tal-UETgħallem aktar dwar iċ-ċertifikati tal-ivvjaġġar li ffaċilitaw il-moviment liberu fl-UE matul il-pandemija.
Apps mobbli għat-traċċar u t-twissija tal-kuntattiTgħallem kif l-applikazzjonijiet għat-traċċar tal-kuntatti u għat-twissija għenu biex tinkiser il-katina tal-infezzjonijiet tal-coronavirus.