Global Gateway in Benin
X’tagħmel l-UE
Is-sħubijiet internazzjonali tal-UE huma kruċjali biex jissaħħaħ ir-rwol globali tagħha bil-promozzjoni ta’ relazzjonijiet sostenibbli u ta’ benefiċċju reċiproku ma’ pajjiżi b’introjtu baxx u medju.
Dawn is-sħubijiet ikopru l-Afrika sub-Saħarjana, l-Asja, il-Paċifiku, l-Amerka Latina, u l-Karibew kif ukoll it-territorji ekstra-Ewropej tal-UE.
L-UE għandha l-għan li ssawwar dinja aktar ġusta, aktar reżiljenti, u aktar sostenibbli billi tallinja mal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-NU. Is-sħubijiet internazzjonali jikkontribwixxu wkoll għall-ġid, għar-reżiljenza, u għas-sigurtà tal-UE.
Inizjattiva ewlenija hija l-Global Gateway, l-istrateġija ta’ investiment ta’ €300 biljun li tiffoka fuq: infrastruttura intelliġenti, nadifa, u sigura; l-appoġġ għall-investimenti fl-edukazzjoni, fis-saħħa, u fir-riċerka, u l-garanzija ta’ sħubijiet ġusti u bbażati fuq il-valuri.
Is-sħubijiet internazzjonali tal-UE jappoġġaw ukoll lill-pajjiżi li jinsabu f’kuntesti fraġli billi jipprovdu servizzi bażiċi. Barra minn hekk, jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari, inkluż bi ġlieda flimkien kontra n-networks tat-traffikar tal-bnedmin.
Permezz tal-approċċ tat-Tim Ewropa, l-UE tiżgura li dawn l-inizjattivi jiġu implimentati b’mod effiċjenti billi tikkoordina l-isforzi fost l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, il-Bank Ewropew tal-Investiment, u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

Ċifri ewlenin
Oqsma ta’ azzjoni
Skopri kif il-Global Gateway issaħħaħ il-konnessjonijiet bejn l-Ewropa u d-dinja, u tgħin biex jitnaqqas id-distakk diġitali
Esplora kif il-Global Gateway tappoġġa l-investimenti fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fir-reżiljenza, u fl-enerġija nadifa
Ara kif il-Global Gateway tippromwovi investimenti infrastrutturali globali għal networks tat-trasport sostenibbli, intelliġenti, reżiljenti, inklużivi, u sikuri
Sir af dwar l-isforzi tal-Global Gateway biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tas-servizzi tas-saħħa madwar id-dinja
Esplora kif il-Global Gateway qed tinvesti f’edukazzjoni ta’ kwalità u tippromowovi kooperazzjoni aktar b’saħħitha fir-riċerka u l-innovazzjoni
Sir af x’tagħmel l-UE biex il-migrazzjoni ssir b’mod sikur, ordnat, u regolari
Skopri kif l-UE tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, u l-istat tad-dritt madwar id-dinja
Sir af x’tagħmel l-UE madwar id-dinja biex tippromwovi d-drittijiet tan-nisa
Sir af kif l-UE ssaħħaħ il-pożizzjoni taż-żgħażagħ madwar id-dinja biex ikunu aġenti ewlenin għal bidla pożittiva
Kisbiet ewlenin
- L-UE varat il-Global Gateway madwar id-dinja billi nediet pakketti ta’ investiment fl-Afrika, fix-Xlokk tal-Asja, fl-Amerka Latina, fil-Karibew, u fl-Asja Ċentrali. Bħalissa għaddejjin aktar minn 250 proġett ewlieni.
- L-UE varat ħames pakketti tal-ekonomija diġitali biex tinkoraġġixxi t-tkabbir diġitali ċċentrat fuq il-bniedem. Eżempju ta’ dan huwa l-programm ta’ osservazzjoni tad-dinja tal-Copernicus fil-Filippini, li juża d-data satellitari għall-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri u biex itejjeb il-konnettività.
- L-UE tgħin lin-Namibja tiżviluppa faċilitajiet tal-idroġenu ekoloġiku, u b’hekk tkun fuq quddiem fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Tappoġġa lill-Costa Rica fl-isforz tagħha biex telettrifika s-sistema tat-trasport pubbliku, u tgħin lill-Karibew jibdel l-alga Sargassum f’riżorsa ekonomika.
- Il-kuritur tat-trasport Trans-Kaspju u l-kuritur Lobito jtejbu r-rotot kummerċjali bejn l-Ewropa, l-Asja, u l-Afrika.
- L-Istrateġija tal-UE għas-Saħħa Globali ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa u l-ktajjen tal-provvista tal-mediċini. Pereżempju, l-Inizjattiva tat-Tim Ewropa dwar il-vaċċini u l-mediċini twessa’ l-aċċess għall-vaċċini u tagħti spinta lill-produzzjoni farmaċewtika lokali fl-Afrika.
- Il-finanzjament tal-UE għall-edukazzjoni f’pajjiżi terzi kważi rdoppja, b’enfasi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-taħriġ tal-għalliema.
Taħt il-lenti
In-Namibja, li għandha riżorsi kbar tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx u depożiti minerali sinifikanti, għandha dak kollu li teħtieġ biex tkun ekonomija industrijali ekoloġika kompetittiva.
Inizjattiva tal-Global Gateway b’valur li jitla’ sa €20 biljun se tixpruna seba’ proġetti tal-idroġenu ekoloġiku filwaqt li tnaqqas id-dipendenza tal-pajjiż fuq l-elettriku impurtat.
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 4 Frar 2025