Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Il-miri tal-UE dwar il-klima, l-enerġija u l-ambjent

It-triq biex insiru newtrali għall-klima sal-2050 

L-UE stabbiliet għaliha nnifisha miri ambjentali, enerġetiċi u klimatiċi ambizzjużi għall-2030 u l-2040 fit-triq biex issir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima fid-dinja sal-2050.   

Sal-2030, l-UE trid tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990, u tpoġġi l-ekonomija b’mod sod fuq perkors newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Sal-2040, l-emissjonijiet mistennija li jonqsu b’madwar 90 %, u sal-2050 kwalunkwe emissjoni li jifdal trid tiġi bbilanċjata mill-assorbimenti tal-karbonju sabiex l-emissjonijiet ġenerali jilħqu emissjonijiet żero netti. Dawn il-miri huma mfassla bħala passi lejn għan wieħed fit-tul u joħolqu pjan direzzjonali prevedibbli u gradwali biex jgħinu lill-gvernijiet, lin-negozji u liċ-ċittadini jimmodernizzaw is-sistemi tal-enerġija u jnaqqsu t-tniġġis. Tgħallem kollox dwar il-miri rispettivi u dwar il-politika, l-istrateġija u l-leġiżlazzjoni li l-UE għandha fis-seħħ biex tilħaqhom.  

Il-klima

L-enerġija

L-ambjent